Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Sports 29 Ritratt: Skola Nazzjonali tal-iSport Valletta, kien l-ewwel wieħed li rbaħna ħaġa sabiħa ferm' - Melvin Borg minnhekk, Valletta Futsal huwa klabb importanti u dejjem trid tkun ta' eżempju barra u ġewwa l-pitch. Kemm tħoss illi l-MFA qed tagħmel biżżejjed sabiex il- futsal jiżviluppa f 'pajjiżna? Matul l-istaġun li ġej, l-MFA ħa terġa' tieħu l-Kampjonat domestiku f 'idejha u qed nispera li jinħadem pjan fit- tul biex anke forsi jkun hemm aktar interess u anke jitħajru aktar timijiet li jidħlu. Hemm bżonn ukoll ta' proġett serju rigward it-tim nazzjonali, fejn ilu għal din l-aħħar sena u nofs ma jkun hemm logħba internazzjonali. Huwa logħob ta' livell internazzjonali fejn nistgħu ngħollu l-livell tal- plejers Maltin. Hemm bżonn ukoll li jibdew idaħħlu l-futsal aktar fil-livell tal- youths biex il-logħba tibda tiġi mgħallma sa minn ta' età żgħira. Kemm inti kuntent fil-post fejn tilagħbu l-futsal jiġifieri l-Padiljun Sportiv ta' Kordin? Jiddispjaċini ngħid li l-Padiljun ta' Kordin m'għadux attrezzat biex fih jintlagħab il-futsal. Sfortunatament qatt ma saru t-tibdiliet neċessarji kemm fejn jidħlu showers, dressing rooms, pitch surface u sigurtà. Ukoll din is-sena kien hemm problema kbira bis-saqaf fejn mal-ewwel ftit xita kien iqattar l-ilma u jiġi mħassar il-logħob. Wasal iż- żmien fejn il-logħba tal-futsal ikollha kumpless ġdid. Xi tgħidli dwar is-sigurtà li teżisti bħalissa fil-Padiljun Sportiv ta' Kordin? Is-sigurtà ġewwa Kordin bħalma kulħadd jaf hija problema kbira u waħda mir-raġunijiet prinċipali hi li l-Padiljun huwa antik ħafna u qatt ma sarulu t-tibdiliet neċessarji. Kemm tħoss li huwa importanti l-isport fil-ħajja tal-bniedem? Nemmen li sa minn ta' età żgħira, għandek tibda tipprattika xi tip ta' sport ikun xi jkun, għax jgħinek tkun attiv u fl-istess ħin tagħmel ħbieb ġodda.U huwa importanti wkoll għal min hu ikbar fl-età kemm biex tkun aħjar fiżikament kif ukoll jiswa' ta' sfog wara ġurnata xogħol. Melvin Borg jgħolli t-Tazza tar-rebħ tal-Kampjonat minn Valletta Futsal fost il-briju tal-plejers u diriġenti sħabu 'Riżultati pożittivi bħal dawn huma ta' motivazzjoni biex inkompli nistinka u nagħmel dak li vera nħobb' - Emilia Vella minn Cristian Antony Muscat EMILIA Vella ilha tipprattika t-Triathlon minn mindu kellha tmien snin. Minn dejjem kienet tifforma parti mill-Malta Youth Triathlon Academy – il-MYTA. Hija tatna iktar dettalji rigward l-involviment tagħha f 'dans l-isport li tant tħobb. "L-imħabba tiegħi lejn dan l-isport bdiet meta kont immur diversi drabi nara numru ta' tlielaq tat- triathlon. Iżda dak iż-żmien, f 'Malta ma kienx hawn l-opportunità għat-tfal biex jipprattikaw dan l-isport. Maż-żmien, ġiet imwaqqfa l-Malta Youth Triathlon Academy, u b'entużjażmu kbir, jien kont mort għall- ewwel sessjoni tat-taħriġ tiegħi mal-MYTA. Minn dakinhar, ħassejt bħall-ġibda lejn l-isport u ndunajt li kien l-isport ideali għalija. Illum, wara kważi sitt snin f 'dan l-isport, ħajti nbidlet ħafna. Il-fatt li t-triathlon huwa sport li jinkludi tliet dixxiplini ta' differenti, naturalment in-numru ta' sessjonijiet ta' taħriġ li triatleta għandu bżonn jagħmel mhuwiex ftit. Jien nittrenja disa' darbiet fil-ġimgħa. Tlieta mis-sessjonijiet huma tal-iskola, għaliex jiena ilni għal dawn l-aħħar tliet snin nagħmel parti mill-iSkola Nazzjonali tal-iSport. Riċentament, irbaħt it-titlu ta' 'Female Triathlete of the Year' fil-kategorija tiegħi. Ġejt mogħtija dan l-unur wara li rbaħt il-Malta Youth Triathlon Series 2017 fil-kategorija tiegħi. Riżultati pożittivi bħal dawn huma ta' motivazzjoni biex inkompli nistinka u nagħmel dak li vera nħobb, bl-għajnuna tal-kowċis tiegħi ġewwa l-MYTA, l-Iskola Nazzjonali tal-Isport u l-ġenituri tiegħi. Inħossni tassew kuntenta li nipprattika l-isport għaliex fl-aħħar mill-aħħar, il-kuntentizza li nġib minn dan l-isport huwa r-riżultat tas-sagrifiċċji li nagħmel ta' kuljum biex inlaħħaq mal-istudji tiegħi fl-iskola u fl-isport," temmet tgħid Vella. Emila Vella

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018