Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bdejt nipprattika l-futbol ta' sitt snin meta kont għadni kemm bdejt l-edukazzjoni tiegħi fl-iskola primarja. L-Italja l-futbol jingħata importanza kbira u fil-familja tiegħi iktar u iktar minħabba li missieri wkoll kien jilgħab dan l-isport. Hu kien ingħaqad ma' Lazio ħafna snin ilu u ta' spiss kont immur il-grawnd narah jilgħab. Missieri kien l-idolu tiegħi fil-veru sens tal-kelma u xtaqt ħafna li nkun bħalu. Jien illum nilgħab bħala attakkant u ninsab kuntent illi kull fejn kont dejjem tajt il-kontribut tiegħi mill-aħjar li stajt. Kif kienu l-ewwel logħbiet tiegħek bħala plejer żagħżugħ fl-Italja? Jien bdejt il-karriera tiegħi propju ma' Lazio fejn qattajt ħafna mit-tfulija u biċċa miż-żgħożija tiegħi hemmhekk. Iżda mbagħad wara ħafna għażliet mort nilgħab ma' diversi klabbs oħra fosthom Atletico Roma li kienu jilagħbu fis-Serie C. Kien hemm mumenti fejn dan it-tim kien qed jissielet għas-Serie B iżda għal xi raġuni jew oħra ma wasalx. Imbagħad kont ngħaqadt ma' Salernitana fejn hemmhekk lgħabt għal staġun sħiħ. Wara kelli mumenti fejn kont ukoll ma' Ostiamare u Civitavecchia. Fl-istaġun 2014/2015 kien kellimni l-president ta' Floriana Riccardo Gaucci biex ningħaqad mat-tim tiegħu. Jien rajt illi din kienet opportunità tajba għalija minħabba illi dak iż-żmien bdejt nara li l-futbol Taljan kien f 'diffikultà u xtaqt nipprova esperjenza ġdida fuq livell internazzjonali. Proprjament jien ma kontx nafu lil Gauci iżda kien hemm persuna oħra li kien jafu li eventwalment issuġġerih biex jakkwista s-servizzi tiegħi. Jien kont verament kuntent li ġietni din l-opportunità ferm importanti għalija li nilgħab Malta. Fis-sena 2016 int ingħaqadt ma' Balzan. Kif tiddeskriviha din l-esperjenza hemmhekk? Meta jien ingħaqadt ma' Balzan kont f 'mument partikolari tal-karriera tiegħi. Kont ili tliet snin hawn Malta u kont għadni ma kellix dik l-istabbiltà li xtaqt. Meta kien avviċinani l-president Tagliaferro kien qalli li xtaqni ħafna li nissieħeb mat-tim tiegħu. Dan tal-aħħar huwa persuna mill-aħjar fejn bħala tim tawni merħba kbira u ħassejtni parti minn familja sabiħa. Hemmhekk għamilt staġun wieħed biss fejn għamilna li stajna biex nirbħu unur iżda ma rnexxilniex. Imbagħad waslet l-esperjenza ma' Valletta, bla dubju waħda mill-isbaħ esperjenzi tiegħek. Taqbel miegħi? Mhux għax għandi kemm irbaħt il- kampjonat magħhom iżda naħseb illi dan il-klabb huwa wieħed mill-aqwa li qatt lgħabt fih minħabba organizazzjoni u serjetà li jħaddan. Għandhom partitarji numerużi u l-futbol huwa kultura kbira għalihom. Dan l-istaġun kien wieħed eċċezzjonali għalija. Meta l-president Victor Schriha kien għażilni biex inkun parti mit-tim tiegħu ħassejtni onorat ħafna. Naħseb li rnexxieli nagħti lura dak li hu talabni biex nagħmel. B'hekk ħadna l-24 kampjonat fl-istorja tagħna. Xi tħoss meta tilgħab bil-flokk ta' Valletta kontra l-eks timijiet tiegħek Floriana u Balzan? Li nista' ngħid hu li bħalissa qed nilbes il-flokk ta' Valletta u li qed nilgħab magħhom. Kuntent illi nferraħ lill- partitarji Beltin bil-gowls illi niskorja. Personalment ma jkollix xi emozzjonijiet partikolari meta nilgħab kontra l-eks timijiet tiegħi. Forsi l-logħba kontra Floriana kienet importanti minħabba li hi derby partikolari u akkanit. Min-naħa l-oħra l-motto personali tiegħi hu li mmur fil-grawnd biex nilgħab u nirbaħ. Semmejtli d-derby kontra Floriana. Jidher illi tħobb tiskorja kontrihom minħabba li sibt ix-xibka kemm fl- ewwel rawnd kif ukoll fit-tieni rawnd... Hekk qisu hux! Nerġa' ngħid jien inkun qed nagħmel xogħli u daqshekk. Fl-ewwel rawnd kien gowl tiegħi li ta t-tliet punti lil Valletta filwaqt illi fit-tieni rawnd konna morna fil-vantaġġ iżda mbagħad kienu ġabulna d-dro fl-aħħar. Kienu emozzjonijiet partikolari għax id- derby dejjem hi logħba speċjali. Fl-aħħar mill-aħħar l-aqwa li rbaħna l-kampjonat. X'taħseb li kien is-sigriet tas-suċċess tagħkom? Il-grupp magħqud illi kellna wassal għal dan is-suċċess. Nemmen illi konna tim qawwi u dejjem tajna sfida denja tul il-kampjonat. Huwa veru illi xi kultant sibna xi ftit tad-diffikulta' biex insibu x-xibka f 'xi partiti iżda xorta waħda konna tajbin biżżejjed biex nieħdu t-titlu. Ftit ftit irnexxielna nnaqqsu d-distakk minn ma' Balzan u dan il-fattur għinna biex inkomplu nemmnu f 'dak li ridna. Kien grupp superjuri b'mod partikolari fid-difiża fejn qlajna l-inqas gowls. Ma nistax ninsa dak il-gowl li skorjaw Hibernians fil-grawnd ta' Kordin kontra Balzan fejn hemmhekk emminna li stajna nkunu aħna li nieħdu l-kampjonat. Intom bdejtu l-istaġun ma' Zoran Popovic sakemm imbagħad daħal fit- tmun Danilo Doncic. Kif effettwatkom din it-transizzjoni? Ma tantx effettwatna daqshekk għax bħala plejers konna esperti biżżejjed biex nadattaw għal din il-bidla. It-tnejn kellhom perspettivi partikolari iżda konna lesti biex noqogħdu għal metodi l-ġodda ta' Doncic. 'Irbaħt unuri fl-Italja iżda dan id-Double mirbuħ ma' Cristian Antony Muscat Matteo Piciollo - skorer proliku Taljan li kellu staġun mill-aqwa ma' Valletta FC fejn kien strumentali ferm għalihom biex huma jiksbu d-Double bir-rebħ tal-24 Kampjonat -istorja glorjuża tagħhom u anki bit-trijomf tal-FA Trophy għall-14-il darba. Temm l-istaġun biċ-ċirasa fuq il-kejk hekk kif rebaħ l-unur tal-'Gowl tal-Istaġun' bil-gowl tal-istampi li skorja kontra Balzan s- semi-nali tal-FA Trophy. "Nixtieq nirringrazzja lil sħabi li dejjem konna magħqudin sabiex irbaħna l-kampjonat. Kuntent ukoll u kburi li nilbes dan il-flokk grazzi għall- president Victor Schriha li wera fiduċja fija. Kien staġun speċjali anke għall-partitarji li kienu t-tnax-il plejer tagħna fil-grawnd. Ninsab ħerqan li nilgħab fil-UEFA Champions League u ser nippruvaw nkomplu niktbu l-istorja ma' Valletta FC." Ritratt: BOV