Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 ILPRIM Ministru Joseph Muscat qal li jemmen li jista' jinqabad il-mandant tal-qattiela tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-Prim Ministru jgħid fi ktieb ġdid li se joħroġ fis- suq fil-ġranet li ġejjin biex ifakkar l-għaxar snin mindu ħa t-tmexxija tal-Partit Laburista. "Rigward il-mandant jew mandanti, jiġifieri min tefa' l-ġebla u ħeba idu, jien nemmen li, kemm permezz tal-proċess ġudizzjarju li diġà nbeda, kif ukoll b'affarijiet oħra, wieħed għandu mnejn jasal ukoll biex isib min kien jew min kienu. Żgur li, jekk insemmu każijiet ta' delitti li mmarkaw l-istorja politika ta' dan il-pajjiż, ibda b'ta' Raymond Caruana u spiċċa b'ta' Karin Grech, qatt ma wasalna s'hawn. Il-pulizija qatt ma kellha każ li bih marret il-qorti tispjega x'ġara punt wara ieħor. Din id-darba qed jiġri hekk," jgħid il-PM f 'intervista twila u esklussiva ma' Prof Andrew Azzopardi. "Jien dejjem kienet il- biża' tiegħi li tista' tiġri xi ħaġa lil Daphne Caruana Galizia. Onestament, qatt ma ħsibt li tista' tiġri xi ħaġa tant sorprendenti. Iktar kont naħseb li seta' xi ħadd jgħidilha kelma żejda jew xi ħaġa simili. Ngħiduha kif inhi, il-persuna ma kinitx faċli biex tittratta magħha, avolja dan ma jiskuża xejn. Fis- sens, jekk, għall-argument, tagħtiha skorta, aktarx hi kienet targumenta li xi ħadd qed iqegħdilha pulizija biex ifixkilha jew inemmes fuqha. Il-persuna ma kinitx faċli. Ovvjament, wara kulħadd bravu. Mingħajr ma nqabbel dan il-każ ma' dak li ġara f 'pajjiżi oħra, jien inħossni sodisfatt ħafna li daħħalna l-esperti ta' pajjiżi oħra mill- ewwel, li magħhom ħadmu tajjeb ħafna l-forzi tal-ordni tagħna. B'riżultat ta' dan, illum hemm tliet persuni l-qorti akkużati bil-qtil ta' Caruana Galizia." F'dan il-ktieb il-PM jitkellem dwar suġġetti oħra jaħarqu fosthom dwar min seta' kien wara l-gidba faħxija tal- Egrant. Michelle Muscat ukoll tiżvela ġrajjiet ġodda li seħħew fl-aktar snin riċenti li qed ikunu ppubblikati għall-ewwel darba. Il-ktieb jinkludi wkoll kapitlu b'għaxar kontribuzzjonijiet ta' analisti politiċi u filosofiċi li janalizzaw l-għaxar snin ta' tmexxija ta' Joseph Muscat. Dawn huma Michael Grech, Prof. John Baldacchino, Gabi Calleja, Deborah Schembri, Kurt Farrugia, Nigel Vella, Alfred Mifsud, u Evarist Bartolo, Maria Camilleri u Dr Joe Micallef Stafrace. Il-ktieb fih album b'ritratti esklussivi ta' Joseph Muscat mill-kampanja tiegħu biex isir Mexxej Laburista sal-lum. Muscat: 'Dejjem kont nibża li tista' tiġri xi ħaġa lil Daphne...imma qatt li tinqatel' Kamra tan-nar tisplodi u tħalli diversi persuni midruba Ilbieraħ waranofsinhar splodiet il-kamra tan-nar ta' San Ġwann fis-Salini... Minn Albert Gauci Cunningham ILJUM tal-bieraħ ma kienx wieħed pożittiv hekk kif kmieni waranofsinhar in-naħiet tas-Salini, Buġibba u l-Qawra triegħdu bi splużjoni qawwija. Kien għall-ħabta tas- 2:15p.m. li s-sema fl-inħawi tas-Salini imtlew bi b'daħna kbira li dehret minn ħafna żoni fil-pajjiż, imma b'mod speċjali mill-Qawra u Buġibba, li jiġu eżatt faċċata l-post fejn seħħet l-isplużjoni. Mill-ewwel il-kelma bdiet tiġri li seħħet din l-isplużjoni, b'sireni tal-karozzi tal-pulizija u tal-vetturi tat-tifi tan-nar li bdew għaddejjin mill- viċinanzi, filwaqt li residenti u nies li kienu l-Qawra jew fil-viċinanzi bdew itellgħu filmati tad-daħna li ddominat is-sema. Ma damx wisq ma kien stabbilit li fil-fatt il-binja li splodiet kienet kamra tan- nar, li ftit wara rriżulta li kienet proprjetà tal-Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann imma li fiha jsir nar għal diversi festi u minn diversi għaqdiet. Fil-fatt Frans Xuereb, il- President tal-Kumitat qal illi l-ħaddiema kienu qed jippreparaw in-nar għall- festa tal-Munxar, Għawdex. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet splużjoni f 'kamra tan-nar. Jidher li fil-ħin tal persuni fil-viċinanzi tal- kamra, li sofrew xi ġrieħi. Fuq il-post issejħet l-assistenza ta' team mediku u tliet vittmi, żewgt irġiel minn Ħad-Dingli u l-Mosta ripettivament, kif ukoll mara ta' 29 sena ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall- kura. Iktar tard il-Pulzija ġiet infurmata li r-raġel ta' 36 sena qiegħed isofri minn ġrieħi sejri bil-kundizzjoni medika tal-persuni l-oħra mhux magħrufa sal-ħin li morna għall-pubblikazzjoni. Intant fuq il-post, apparti l-Pulizija mar il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia kif ukoll il-kelliema tal-PN u kandidata fuq id-Distrett ta' San Ġwann Kristy Debono. Dan l-inċident ikrah jiġi eżatt fil-bidu tal-istaġun tal- festi hekk kif wara l-Furjana, illum tkun iċċelebrata l-festa tat-Trinità, fil-Marsa biex mill-Ħadd li ġej jibdew ikunu ċċelebrati numru ta' festi kull tmiem il-ġimgħa. Il-Maġistrat tal-għassa ħatret diversi esperti biex jassituha fl-inkjesta. Pulizija u membri tal- Protezzjoni Ċivili ħdejn il-kamra tan-nar