Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 Aħbarijiet Malta l-iktar pajjiż mibni fl-Unjoni Ewropea Minn Liam Carter SIKWIT tinħoloq id- diskussjoni dwar iktar spazji miftuħa, ġonna u żoni ħodor speċjalment hekk kif fl-aħħar snin il-ġżira ta' Malta qed tesperjenza żieda qawwija fil-kostruzzjoni. Ċifri ġodda li ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill-Eurostat jikkonfermaw dak li dejjem ħsibna. Jiġifieri li pajjiżna hu nieqes sew mill-ispazji miftuħa għax huwa l-aktar pajjiż mibni fl-Unjoni Ewropae (UE). L-istħarriġ indaga fuq il-bidliet fl-użu tal-art tal- pajjiżi kollha fl-UE, fi kliem ieħor, iridu jkunu jafu kemm l-art hija koperta minn strutturi magħmula mill- bniedem. Dan l-istħarriġ innota kif Malta huwa l-aktar pajjiż membru tal- UE li fih strutturi magħmula mill-bniedem. B'kollox kważi kwart tal-art kollha ta' Malta (23.7%) hi mibnija. Il-gżira ta' Malta kienet segwita mill-Olanda (12.1%), il-Belġju (11.4%), il-Lussemburgu (9.8%) u l-Ġermanja (7.4%). B'kuntrast, 2% jew inqas mill-art kollha tal- Latvja, il-Finlandja, l-Iżvezja, il- Bulgarija kif ukoll l-Estonja huma mibnija. L-istudju tal-Eurostat sab li b'kollox 4% tal-art kollha tal-pajjiżi tal- UE hi mibnija. Din tirrapreżenta iktar minn 180,000 kilometru kwadru, kważi darbtejn id-daqs tal- Ungerija u l-Portugall. Meta ttikumpara din l-art mal- popolazzjoni, bejn wieħed u ieħor fl-UE hemm 370 metru kwadru ta' art mibnija għall-kull abitant. Intant fuq livell reġjonali Londra u Brussell huma l-aktar żewġ żoni li huma mibnija fl-Ewropa. Fil-fatt, iktar minn nofs iż-żona ta' Brussell jew 52.5% hi mibnija. Min-naħa l-oħra, żoni differenti ta' Londra għandhom persentaġġ li jvarja ta' żona mibnija, bl-aktar żona mibnija tkun il-Lvant ta' Londra bi 78.9% u l-anqas mibnija tkun il-Majjistral ta' Londra b'51.9%. Il-bliet l-oħrajn bl- aktar żoni mibnija huma, Vjenna (42.3%) fl-Awstrija, Manchester (42.1%) fir- Renju Unit, Bremen (38.9%) fil-Ġermanja, ir-reġjuni West Midlands (37.3%) u Merseyside (36.8%) fir-Renju Unit, Berlin (35.2%) fil- Ġermanja u Praga (34.2%) fir-Repubblika Ċeka. Imma l-Maltin inkwetati jew le dwar il-fatt li kullimkien mibni? Rapport separat li stħarreġ il- kundizzjonijiet li ċ-ċittadini Maltin u dawk Ewropej jgħixu fihom, European Statistics on Income and Living Conditions Survey (SILC), sab li 26.8% ta' dawk il-Maltin li wieġbu qalu li t-tniġġiż tal-arja u problemi oħra relatati mal-ambjent kienu inkwetanti ferm għall-kwalità tal-għajxien tagħhom. Kważi kwart tal-art kollha f 'Malta hi mibnija, l-ogħla fi gura fi l-pajjiżi tal-UE PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EUROPEAN FUNDS AND SOCIAL DIALOGUE PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR AGRICULTURE, FISHERIES AND ANIMAL RIGHTS In order to conserve fish stocks and manage EU fishing fleets effectively it is essential to collect, use and manage fisheries data. The ultimate scope of the CFP is the conservation and sustainable exploitation of fisheries resources from the environmental, economic, and social perspectives. WWW. MESDC.GOV.MT European Maritime and Fisheries Fund DATA COLLECTION MULTIANNUAL PROGRAMME 2017-2019 Maritime and Fisheries Operational Programme 2014-2020 Part-financed by the European Union European Maritime and Fisheries Fund Co-financing rate: 80% European Union Funds; 20% National funds Investing in sustainable fisheries and aquaculture The EU's Data Collection Multi Annual Programme (DC MAP) concerns the collection of data in the fisheries sector towards the provision of scientific advice as required through the Common Fisheries Policy (CFP). The managing of EU fishin g fleets and the conserving of fish stocks is known as the CFP. il-Lussemburgu (9.8%) u l-Ġermanja (7.4%). B'kuntrast, 2% jew inqas mill-art kollha tal- Latvja, il-Finlandja, l-Iżvezja, il- Bulgarija kif ukoll l-Estonja huma mibnija. studju tal-Eurostat sab li b'kollox 4% tal-art kollha tal-pajjiżi tal- UE hi mibnija. Din tirrapreżenta iktar minn 180,000 kilometru kwadru,

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018