Illum previous editions

illum 27 May 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/987218

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 27 ta' Mejju 2018 | illum Aħbarijiet add 27 ta' Mejju 2018 | Aħbarijiet 'Ġerusalemm għandha tkun belt miftuħa għar-reliġjonijiet kollha' Jiem wara li l-Amerka mexxiet l-Ambaxxata tagħha minn Tel Aviv għal Ġerusalemm, Yendrick Cioffi jitkellem mar- rappreżentant tal-Ambaxxata Palestinjana f 'Malta dwar dak li seħħ fl -aħħar jiem u l-isfi di li jiff aċċjaw il-Palestinjani f 'Gaża IRRAPPREŻENTANT tal-Ambaxxata Palestinjana f 'Malta, Fadi G. Hanania, saħaq li Ġerusalemm mhux importanti biss għall- Palestinjani jew għall- Iżrael iżda hija l-belt tar- reliġjonijiet kollha. Hanania kien qed jitkellem mal-gazzetta ILLUM ftit jiem biss wara li l-Istati Uniti mexxiet l-Ambaxxata tagħha minn Tel Aviv għal Ġerusalemm, b'bint il- President Amerikan, Ivanka Trump, tiddikjara lil din il-belt bħala l-kapitali ta' Iżrael, wara li kixfet il-lapida b'pompa kbira. Għall-Palestina din il- mossa kienet daqqa ta' ħarta hekk kif parti mill-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina huwa propju dwar Ġerusalemm, bil-Palestina tisħaq li l-parti tal-Lvant tal- Belt hija tagħha. Propju minħabba f 'hekk li r-Rappreżentant tal-Ambaxxata qal li Ġerusalemm mhijiex biss belt iżda hija l-qalba tal- kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina. Iżda, fi kliemu, din hija ħasra għax saħaq li Ġerusalemm għandha tkun belt miftuħa li fiha kulħadd, hi x'inhi l-fidi tiegħu jew tagħha, għandu jkollu l-libertà li jipprattika t-twemmin tiegħu. "Ġerusalemm għandha tkun il-belt tal-fidi, il-belt tal-paċi," insista Hanania. "Aħna l-Palestinjani għandna bżonn permess speċjali mill-awtoritajiet Iżraeljani biex inżuru Ġerusalemm." Mistoqsi jekk jarax soluzzjoni għal dan il- kunfitt, Hanania qal li jekk tinstab soluzzjoni dwar Ġerusalemm, speċjalment għal dawk il-Palestinjani li 70 sena ilu kienu tkeċċew minn Ġerusalemm u li l-qraba tagħhom għadhom imċaħħda minn djarhom, se jkun aktar faċli li tinstab soluzzjoni għal dan il- kunflitt. "Id-deċiżjoni tal- Amerikani biex imexxu l-ambaxxata tagħhom f 'Ġerusalemm waqqgħet il-moral tal-poplu tagħna għax konna nittamaw li bl-għajnuna tal-Amerikani xi darba se naslu," saħaq Hanania. "Għalina Lvant ta' Ġerusalemm għandha tkun il-Kapitali tal-Istat Indipendenti Palestinjan u tkun miftuħa għal kulħadd." 'Nistennew aktar mill- komunità internazzjonali' X'jaħseb dwar ir-reazzjoni tal-komunità internazzjonali dwar dan il-kunfitt, anke fid-dawl ta' dak li ġara fl-aħħar jiem? Hanania ma darx mal-lewża iżda qal li l-Palestinjani qed jistennew aktar attenzjoni u għajnuna mill-pajjiżi l-oħra dwar it-tbatija, li fi kliemu, għaddejjin minnha l-Palestinjani, b'mod partikolari mill- Istituzzjonijiet Ewropej, issa li l-Amerikani tilfu l-krettu magħhom. "Il-problema tagħna ilha għaddejja 'l fuq minn mitt sena. Nistennew li l-komunità internazzjonali taħdem aktar magħna biex xi darba tieqaf darba għal dejjem it-tbatija li għaddejjin minnha l-Palestinjani," qal Hanania. "Aħna għadna nemmnu li jekk jintemm il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina dan se jfisser paċi fir-reġjun u stabbilità fil-Lvant Nofsani." 'Is-sitwazzjoni f 'Gaża hija ħafna agħar minn kif tidher fil-midja' Tkellimna wkoll dwar is- sitwazzjoni f 'Gaża, strixxa ftit akbar minn Malta, b'popolazzjoni ta' żewġ miljun persuna u li mill- 2006 'l hawn tinsab taħt assedju mill-forzi Iżraeljani. F'din l-istess belt, waqt li qed tinfetaħ l-Ambaxxata Amerikana f 'Ġerusalemm, 62 Palestinjan inqatlu mis- suldati Iżraeljani waqt li kienu qed jipprotestaw. Dan kien il-jum li fih inqatlu l-akbar għadd ta' Palestinjani mill-offensiva militari tal-2014. Is-sitwazzjoni f 'Gaża ma hi feliċi xejn. Dawk li jgħixu fiha "ma għandhom l-ebda aċċess għad-dinja," saħaq Hanania. La jeżisti ajruport, la port u hemm limitu fuq il-bżonnijiet ta' kuljum li jidħlu f 'Gaża, apparti li ċertu materjal lanqas biss jista' jiddaħħal. Anke fejn jidħlu prodotti mediċinali hemm limitu u ħin. Immaġina persuna li jkollha tistenna l-permess biex tmur fi sptar biex tingħata l-kura. "Fl-aħħar xahar biss inqatlu madwar 120 persuna," kompla jispjega Hanania u dan sempliċiment għax waqt protesti paċifiċi, magħrufa bħala "Il-Mixja l-Kbira tar-Ritorn," mixja simbolika li tfakkar is-70 sena minn meta eluf ta' Palestinjani tkeċċew meta twaqqaf l-Istat ta' Iżrael, resqu lejn żona, viċin il- fruntiera ma' Iżrael, li fiha s-suldati Iżraeljani ma juru l-ebda ħniena. Għalkemm xi drabi l-midja tkun akkużata li qed tesaġera meta tirrapporta dwar xi kunflitt, fil-każ ta' Gaża, Hanania saħaq li s-sitwazzjoni li jinsabu fiha r-residenti hija ħafna agħar minn kif tidher fil-midja. Kien hawn li mill-ġdid ikkritika l-komunità internazzjonali li fi kliemu, fl-aħħar snin, ma tantx ħablet rasha dwar dan il- kunflitt. Filwaqt li semma l-passi konkreti li ttieħdu fis-snin disgħin, bl-għajnuna tal- komunità internazzjonali, biex tinstab soluzzjoni għal dan il-kunflitt, fakkar li mis- sena 2000 'il quddiem, is- sitwazzjoni reġgħet marret għall-agħar anke għax il-proċess tal-paċi ma kienx irrispettat, speċjalment fejn jidħol l-Istat Indipendenti Palestinjan. "7 miljun Palestinjan għadhom jittamaw li jirritornaw f 'art twelidhom' Aktar 'il fuq semmejna kif 70 sena ilu, eluf ta' Palestinjani tkeċċew minn djarhom u minn art twelidhom. Fil-fatt, ta' kull sena, il- poplu Palestinjan jfakkar dik magħrufa bħala n-Nakba, jiġifieri meta f 'Mejju tal-1948, madwar 700,000 persuna minn 530 villaġġ, kienu sfurzati jħallu djarhom u pajjiżhom wara li twaqqaf l-Istat ta' Iżrael. Seba' miljun Palestinjan għadhom qed jgħixu mifruxa 'l hawn u 'l hemm, jittamaw li xi darba jerġgħu jirritornaw lura f 'art twelihom. "Ħafna għadhom sal-lum bla djar. Uħud minnhom jgħixu f 'kampijiet tar- refuġjati fil-Libanu, fis- Sirja u fil-Ġordan," saħaq Hanania. "Għadna sal-lum ngħixu din it-traġedja. Seba' miljun Palestinjan għadhom biċ-ċavetta f 'idhom, jittamaw li xi darba jirritornaw lura." Siltiet mill-intervista ma' Hanania se jkunu qed jixxandru matul din il-ġimgħa fuq il-paġna ta' Facebook tal-gazzetta ILLUM. L-inawgurazzjoni tal-Ambaxxata Amerikana Il-kunflitt f 'Gaża mal-fruntiera ta' Iżrael

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 27 May 2018