Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum Hannah Pace -aqwa forma tagħha biex tikser ir-rekord Nazzjonali d-distanza Ironman IĊCHAMPION Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Pace, għal darb'oħra għamlet unur lil Malta meta hija kienet l-iżgħar mara Maltija li tikkompetit f 'tellieqa Ironman (3.8km għawm, 180km bir-rota, ġirja ta'42km). Pace stabilixxiet Rekord Nazzjonali ġdid meta hi spiċċat it-tellieqa f 'ħin ta' għaxar siegħat u għoxrin minuta. Pace kisbet it-tielet post fuq il-podju fil-grupp tal-eta tagħha. Dan ir- riżultat ġie miksub ftit ġimgħat biss wara is-suċċess tagħħa fil-Kampjonati Ewropej tal-Triathlon f 'Tartu, l-Estonja meta hi ħadet medalja tal-fidda fid-distanza Standard (1.5km għawm, 40km rota, 10km ġiri). Pace ħadet sehem fit- tellieqa KMD Ironman ġewwa Copenhagen fid- Danimarka nhar il-Ħadd li għadda u kkompetiet ma' 'l fuq minn 2,000 atleta oħra. Għalkemm Pace bniet snin ta' esperjenza fit-triathlon, din kienet l-ewwel darba li kkompetit fuq din id- distanza. Ir-riżultat tagħha nhar il-Ħadd rat tagħha tiggradwa minn distanzi qosra għat-tlielaq fuq distanzi twal. Il-korsa ta' 226km hija mgħamula minn rotta li fija tlajja u nżul fuq bażi regolari kemm fuq ir-rotta tar-rota kif ukoll dik tal-maratona. Fit-taqsima tal-għawm, li kienet tikkonsisti fuq distanza ta 3.8kilometri, Pace kisbet riżultat tajjeb ħafna meta kienet it-tieni mara li ħarġet mill-ilma fil-grupp tagħha. Pace kellha battalja kontinwa fuq ir-rota, kif ukoll fil-maratona fejn hi kienet qiegħda kontinwament tiġġieled għat-tielet post. "Il-ġimgħat ta' qabel it- tellieqa kienu stressanti, u nammetti li kont nervuża ħafna. Lanqas nista' nemmen li ksibt dan ir- riżultat tant pożittiv. Ninsab kuntenta ħafna bil-għawma tiegħi, li nista ngħid li kienet waħda mill-aħjar tiegħi. Żammejt pass kontrollat fuq ir-rota, iżda l-maratona kienet iebsa ħafna. Kien hemm xi żbali li stajt nevita, iżda dawn huma nuqqas ta'esperjenza fuq din id- distanza,"stqarret Pace wara t-tellieqa. "M'inix ċerta li nista' ngħid li ħadt gost, iżda kienet tellieqa li dejjem xtaqt nagħmel. Kien sodisfaċenti iżda li tara li dak kollu li ħdimt għaliħ jiġi fis-seħħ huwa ta' unur kbir. Nirringrazzja lil dawk kollha li kienu t'appoġġ f 'din is-sena ta' preparamenti, li ma kienux faċili. L-appoġġ tagħhom żgur kontribwixxa għal-dan is-suċċess". Pace hija appoġġjata minn Garmin Malta, Eurosport Malta, Starbene, Team Barry. Pace irringrazzjat ukoll lil- Kumitat Olimpiku Malti u l-Federazzjoni tat-Triathlon ta' Malta tal-għajnuna mogħtija. Hannah Pace tifraħ wara li lestiet l-Ironman f'Copenhagen d-Danimarka William Hili Champion tat-Time Trial u jasal it-tieni titlu għal Marie Claire Aquilina ILKAMPJONAT Nazzjonali tat-Time Trial organizzat mill- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu ġie riċentament fi tmiemu fejn William Hili ta' Mosta AF Sign Studio CC ġie nkurunat champion b'total ta' 575 punt miksuba minn rebħiet fl-Imtarfa u fil-Miżieb, filwaqt li spiċċa t-tieni fl-Imrieħel. Alexander Pettett ta' Pro Action - CT Volata spiċċa t-tieni b'510 punt, mentri l-eks champion Etienne Bonello tat-Team Greens spiċċa t-tielet b'455 punt. Marie Claire Aquilina tat- Team Greens, ikkonfermat il-forma tajba tagħha meta spiċċat bħala champion tan-Nisa b'massimu ta' 600 punt. Aquilina rebħet it-tliet tiġrijiet kollha li saru dan l-istaġun fejn ikkonfermat id-dominanza tagħha wara li iktar qabel kienet spiċċat ukoll champion tar-Road Race. Michelle Vella Wood (Team Greens) spiċċat fit- tieni post b'505 punt, filwaqt li Marion Pullicino, ta' Mosta AF Sign Studio, li ħa t-tielet post b'455 punt. Isaac Spiteri ta' The Cyclist rebaħ il-Kampjonat tal- Junior meta rebaħ it-tliet tiġrijiet tiegħu. Spiteri kiseb ukoll double wara li ġimgħat ilu kien spiċċa wkoll champion tar-Road. It-tieni spiċċa Gianluca Camilleri ta' Birkirkara St. Joseph SC b'525 punt filwaqt li t-tielet spiċċa Nicholas Vella ta' Agones SFC b'157 punt. Ivan Zammit ta' Birkirkara St Joseph rebaħ il-kategorija Master 40+ meta spiċċa fuq quddiem b'575 punt. Zammit rebaħ it-tiġrijiet li saru fl-Mtarfa u l-Mizieb filwaqt li ħa t-tieni post fl-Imrieħel. B'hekk Zammit baqa' champion ta' din il- Kategorija għat-tieni sena konsekuttiva. Malcolm Cachia ta' The Cyclist ikklassifika fit-tieni post b'480 punt filwaqt li Nicholas Schembri ta' Mosta AF Sign Studio CC kien it-tielet b'385 punt. Il-Kampjonat tal-Masters 50 + intrebaħ minn Steve Mifsud ta' Mosta AF Sign Studio CC b'total massimu ta' 600 punt quddiem Mark Schembri u Joseph Micallef ta' Mosta u ta' The Cyclist rispettivament li t-tnejn kisbu l-istess punteġġ ta' 175 punt. Il-kampjonat U-16 intrebaħ minn Sean Enriquez ta' Mosta AF Sign Studio CC b'555 punt, miksuba minn rebħiet fl-Mtarfa u l-Miżieb, waqt li kien daħal it-tielet fl-Mrieħel. Għal Enriquez dan kien kampjonat doppju wara li iktar qabel kien rebaħ ukoll it-titlu tar-Road. Michael Sean Darmanin ta' Mosta AF Sign Studio CC kien runner up b'425 punt, waqt li ċiklist ieħor Mosti, Malcolm Vassallo kien it- tielet b'355 punt. Christina Spiteri ta' The Cyclist spiċċat champion tal-under 14 tal-bniet meta ħadet massimu ta' 600 punt. B'hekk hija kisbet ukoll żewġ titli din is-sena. Justine De Giorgio u Bettina Falzon, it-tnejn tal-Mosta AF Sign Studio CC iffinalizzaw il-podju bi 350 u 315 punt rispettivament. Matthew Galea Pirotta Mosta ta' AF Sign Studio CC spiċċa l-ewwel fil-kategorija ta' taħt l-14-il sena tas- Subien b'massimu ta' 600 punt. Għal Galea Pirotta dan kien double ukoll ta' titli. Huwa kien segwit minn żewġ ċiklisti oħra tal-istess klabb tal-Mosta, Tristan Aquilina u Leon Aquilina b'525 u 410 punt rispettivament. Il-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu trid turi l-apprezzament tagħha għaċ- ċiklisti u l-uffiċjali tal-klabbs kollha għas-sehem tagħhom, kif ukoll ghal ARRTS Timing System għax-xogħol kbir tagħhom. Grazzi wkoll tmur għas-servizzi rispettivi tal-Kunsilli Lokali, Trasport Malta, il-Pulizija u l-Emergency First Response. Iċ-Champions tat-Time Trial imkien ma' uċjali għolja tal-Malta Cycling Federation

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018