Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060
Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 B'GĦAFSA ta' buttuna llum il-ġurnata nistgħu nagħmlu x-xirjiet tagħna bi ħlas li jsir fi ftit sekondi. Tant il- proċess hu wieħed mgħaġġel li lanqas tinduna jekk tkunx tassew infaqt flusek jew le! Suq enormi fejn wieħed isib kulma jista' jimmaġina bi ftit tfittxija fuq il-kompjuter, tablet u anke mowbajl. Dan kollu mill-kumdità ta' darek stess mingħajr il-biża' li tieħu xi xemxata fis-sajf jew ċmajra fix-xitwa. L-ebda inkwiet li se teħel fit-traffiku u jilħaq jagħlaqlek il-ħanut għax tista' anke tagħmel ix-xirja tiegħek matul il-lejl! Jekk l-ordni saritx min-naħa l-oħra tad-dinja jew l-aktar pajjiż viċin, ix-xirja tiegħek tasal quddiem il-bieb tad-dar. Dan il-proċess sar wieħed popolari għal bosta Maltin li jippreferu jixtru mill-kumdità ta' darhom. Informazzjoni maħruġa mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) turi li Malta, Ċipru, il-Lussemburgu u l-Awstrija huma l-aktar pajjiżi Ewropej li għandhom l-akbar ammont ta' konsumaturi li jixtru onlajn mingħand bejjiegħa barranin. Iżda bħal kollox, mhux kulma jleqq hu deheb. Kemm–il darba ma tirċevix dak li tkun ordnajt? Jew forsi l-ħwejjeġ ma jkunux il-qies it-tajjeb? Apparti minn hekk ġieli jkollok tistenna fit-tul sabiex tirċievi x-xirja tiegħek, speċjalment jekk ikun iż-żmien tal-festi fejn miljuni ta' nies madwar id-dinja jkunu qed jagħmlu x-xirjiet tar-rigali onlajn. L-MCCAA tgħidilna li ċ-Ċentru Ewropew għall-Konsumatur f 'Malta (ECC Malta) irrapporta żieda ta' lmenti ta' xerrejja Maltin li xtraw minn bejjiegħa fl-Unjoni Ewropea. Dawn il-fatturi jaqtgħu qalb xi wħud, b'hekk jagħżlu li x-xirjiet tagħhom jibqgħu jagħmluhom minn ħwienet lokali, bil-vantaġġ li jistgħu jmissu b'idejhom u jaraw b'għajnejhom dak li beħsibhom jonfqu l-flus fuqu. Bosta stabbillimenti lokali anke daħħlu sistema fejn klijenti jagħmlu x-xirja tagħhom mill- kumdità ta' darhom b'servizz ta' 'delivery' inkluż. Il-ħajja saret wisq mgħaġġla jew sirna bla paċenzja? Informazzjoni ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatisistika ta' Malta turi li 175,200 persuna, akkwistat oġġetti jew xtrat xi tip ta' servizz onlajn fl-2017. B'żieda ta' ftit aktar minn 13,000 persuna meta mqabbla mas-sena ta' qabel. Dan ir-riżultat jirrifletti wkoll żieda fl-ammont ta' nies li jagħmlu użu mill-internet hekk kif fl-2017 kien hemm żieda ta' aktar minn 16,000 fuq is-sena ta' qabel. Għalkemm in-nisa huma magħrufin li jħobbu jagħmlu x-xiri, l-istatistika turi li l-maġġoranza ta' xiri onlajn isir mill-irġiel. Dan hekk kif 89,972 persuna li xtrat oġġetti jew servizzi onlajn kienu rġiel fl-2017 u dawk nisa kienu 85,228. Fl-2016 kien hemm distakk ta' iktar minn 9,000 bil-maġġoranza terġa' tkun tal-irġiel. L-etajiet l-aktar popolari għax- xiri onlajn huma dawk bejn il-25 u l-34 sena. L-inqas li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi huma dawk bejn il- 55 u l-64 sena. Il- ħwejjeġ u oġġetti tal-isports kienu l-aktar popolari max-xerrejja fl-2016 u l-2017. Fit-tieni post kienu dawk tal- akkomadozzjonijiet tal- vaganzi. 'Onlajn irħas, u varjetà ħafna ikbar…' Skont stħarriġ li għamlet l-ILLUM għall-għan ta' dan l-artiklu, fejn staqsiet l-opinjoni tal-pubbliku, juri li l-maġġoranza tan-nies jixtru onlajn ftit drabi fis-sena. Ftit inqas minn nofs il-parteċipanti jixtru ħwejjeġ u affarijiet tal- isports filwaqt li 21% jixtru materjal tal-edukazzjoni. 13% rrispondew li onlajn jixtru affarijiet kosmetiċi. Meta ġew mistoqsija għaliex jagħżlu li jixtru onlajn minflok minn ħanut lokali, il-maġġoranza wieġbu li jagħmlu dan minħabba li onlajn hemm aktar varjetà ta' prodotti li huma irħas u aktar konvenjenti. Waħda mit-tweġibiet kienet li onlajn faċli aktar issib ħwejjeġ orħos u tal-moda għall-qisien akbar. Uħud ukoll wieġbu li jagħżlu li Żieda ta' 'l fuq minn 13,000 li xtraw Sarah Debattista Ix-xiri onlajn qed iħalli impatt negattiv fuq uħud mill- istabbilimenti, jitkellmu s-sidien... MINISTERU ĠĦALL-ENERGIJA U L-IMMANIGGJAR TAL-ILMA SEJĦA GĦALL-OFFERTI GĦAL GĦAJNUNA FINANZJARJA GĦAL ELETTRIKU IĠĠENERAT MINN SISTEMI FOTOVOLTAIĊI B'KAPAĊITA TA' MHUX INQAS MINN 1000KWp. Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, jgħarraf li:- Sal-12:00 p.m. ta' nhar is - 26 ta' Ottubru 2018, ser jilqa` offerti magħluqin għal:- MEW/ITB/25/2018 – Sejħa għall-offerti għal għajnuna finanzjarja għal elettriku iġġenerat minn sistemi fotovoltaiċi b'kapaċita ta' mhux inqas minn 1000KWp. Qiegħed jiġi offrut total ta' 35MW. Il-formoli ta' din l-offerta u d-dokumenti relatati kollha jistgħu jinkisbu mingħand: Id-Direttorat tas- Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma, 52, Triq it-Teatru l-Antik Valletta. Dawn id-dokumenti jistaw jitniżlu ukoll mis-sit eletroniku tal-Ministeru għall-Enerġija u l- Immaniġjar tal-Ilma www.energy.gov.mt jew tintalab kopja billi tintbagħat ittra eletronika fuq procurement.mew@gov.mt b'indikazzjoni tar- referenza MEW/ITB/25/2018 Laqgħa ta' kjarifika b'konnessjoni ma' din is – sejħa hija mistennija li ssir nhar il-Erbgħa 29 ta' Awwissu 2018 fl-10.00am, din il-laqgħa ser ssir ġewwa: Chadwick Hall, Institute of Water Technology, Water Services Corporation, Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa Il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma iżomm id-dritt li jirrifjuta anke l-aktar offerta vantaġġuża.