Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060
illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 16 Opinjoni H uwa diffiċli tkun politiku Nisrani, imma mhux impossibbli. Hekk jaħsibha Jimmy Carter, eks President tal-Amerika u rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Paċi, bniedem li fil-fehma tiegħi nqisu bħala politiku Nisrani awtentiku, avolja mhux Kattoliku u avolja tant sabha bi tqila li jkun politiku Nisrani li darba biss irnexxielu jitla' President! Iżda wara li spiċċa minn President baqa' jgħin fl- iżvilupp ta' 75 pajjiż u minħabba f 'hekk ingħata l-premju prestiġjuż Nobel. Diffiċli Fil-kitba tiegħu Carter jispjega għaliex hu diffiċli tkun politiku Nisrani: "Kull sena jiena u marti Rosalyn nieħdu ġimgħa u mmorru nagħmlu kampanja għall-bini ta' djar 'HABITAT' għan-nies foqra u nieħdu gost bil-pubbliċità li ssirilna. Nieħdu gost għax b'hekk in-nies jagħtuna iżjed flus biex nibnu u niġbdu lejna iżjed voluntiera. Imma ma naħbix il-fatt li xi drabi nkellem lill-mezzi ta' komunikazzjoni biex inkabbar ix-xbiha pubblika tiegħi." Carter jistqarr li hu mhux kburi b'dawn il-motivazzjonijiet egoisti tiegħu: "imma jien uman u ninsab inklinat naturalment li nwarrab il-glorja t'Alla fit- tieni post. Irridu niftaħru bil-ġenerożità tagħna u nilmħu r-ritratti tagħna fil-gazzetti. M'hemmx dubju li rridu lil ħbiebna jsiru jafu x'qed nagħmlu." Mhux impossibbli U Carter ifakkarna li tkun Nisrani ma jfissirx tfittex il- popolarità. "Tfisser li tiċħad lilek innifsek u terfa' salibek. Kemm minna jinkwetaw li n-nies jistgħu jwaqqgħuna għaċ-ċajt għax inkunu mħeġġa żżejjed għal Kristu jew jittimbrawna li aħna fanatiċi? Kemm minna ninsabu lesti nirriskjaw ġidna jew l-istatus soċjali tagħna għall- kawża ta' Kristu?" Carter kiteb diversi kotba tul il-ħajja tiegħu. Fil-ktieb tiegħu 'Through The Year With Jimmy Carter' jagħmel nota dwar il-mixja Nisranija wara Ġesù u jgħid hekk: "Ġesù qatt ma jitlob minna ħwejjeġ impossibbli iżda sikwit jitlob minna ħwejjeġ diffiċli." U fil-każ tal-politiku Nisrani, Kristu jitolbu l-kuraġġ u l-qawwa tas-saltna t'Alla billi jfittex dejjem il-ġid komuni bla ma jħares la lejn il-lemin u lanqas lejn ix-xellug. Il-Każ tar-Re tal-Belġju Niftakar li darba mort il-Belġju u żort il-belt kapitali, Brussell. Ma setax jonqos li nidħol fil- katidral ta' San Mattew u kif ħriġt minnu nilmaħ biswitu l-istatwa tar-Re Beauduin, re qaddis u ta' kuxjenza u ftakart fl-istorja tiegħu fil-qasam politiku. Fi żmienu l-parlament Belġjan kien qed jiddiskuti l-abbozz ta' liġi favur l-abort. Id-dibattitu għadda mill-ewwel, mit-tieni u mit-tielet qari u kien evidenti li l-parlament Belġjan kellu fi ħdanu maġġoranza favur l-abort. Hekk kien. Imma kien għad baqa' l-aħħar tarġa biex l-abbozz approvat isir liġi – il-firma tar- Re. U r-Re Beauduin kien Nisrani awtentiku. Tfal ma kellux imma t-tfal kien iħobbhom, kemm qabel kif ukoll wara t-twelid. Meta wasal il-waqt biex jiffirma l-liġi favur l-abort, ir-Re għamilha ċara li hu kien lest anke jabdika t-tronn imma l-kuxjenza tiegħu ma kinitx se tħallih jiffirma liġi li tippermetti l-abort! Il-parlament tbikkem imma ried jara x'jista jagħmel. Ir-Re warrab għal ftit, ħaddieħor daħal jimla l-vojt fl-intervall sakemm jiffirma l-liġi u wara r-Re reġa' daħal biex jaqdi dmirijietu! Anke f 'Malta F'Malta tal-lum jidher ċar li tkun politiku Nisrani huwa diffiċli. Rari jiġri li l-membri tal-parlament jitħallew jivvotaw fil-libertà tal-kuxjenza tagħhom. Qed jidher ċar li wħud mill-membri tal- parlament qed joqogħdu lura milli jesprimu l-vot tagħhom skont il-konvinzjonijiet profondi tagħhom. Min-naħa l-oħra kemm minn naħa kif uoll minn oħra qed jidher li mhux impossibbli li politiku Nisrani juri kif jaħsibha bil-kuraġġ u bil-qawwa kollha. L-elettorat bħalissa għandu l-għajnejn biex jara u għandu l-moħħ biex jifhem u jiddeċiedi skont il-jeddijiet li għandu f 'pajjiż demokratiku meta jiġi biex japprezza u biex imaqdar. Għalhekk m'hawnx aħjar mid- demokrazija. Interċetazzjoni ta' konverżazzjoni bejn l-Ewroparlamentari u l-ħaddiema tiegħu Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Minn mikrofonu mdeffes f 'bukkett fjuri f 'kamra fil-lukanda Excelsior David Casa (DC): Nikki kif tkun ħiereġ ixtrili daqsxejn ġel għal xagħri. Nikki: Wieħed kbir jew wieħed żgħir? DC: U ġibu kbir. Nikki: Minn liema baġit nieħu? DC: Ħudu minn expenses, imbagħad jirranġa l-awditur. Daħk, Casa jimxi sat-terrazin, il-qmis mifuħa, shorts qasir issikkat u jħares fuq il-baħar. DC: Ajma kemm nimmissjaha lil Malta, u kif xbajt minn Brussell, kieku mhux għan-night clubs kieku hawn posti. Nikki: Jien sejjer. Iħabbat il-bieb. Nikki jiftaħ il-bieb u fil-bieb jidhru Pawlu Degabriele (iz-ziju ta' David) u Etienne Zammit Gugliemmi (ħatnu), it-tnejn jaħdmu fis-segretarjat ta' Casa… DC: Hawn ziju, hawn Etienne, poġġu. David, idur fuq Pawlu u Etienne u jippunta lejn is-sufan. Pawlu jħares lejn pupu roża fil- katuniera tas-sufan. DC: Mela xi nqala'? Pawlu: Ma tafx xi nqala' dawk tal-MaltaToday kixfu li aħna naħdmu miegħek. DC: Stop, jiena tal-MaltaToday ma nibżax minnhom. Dawn x'jaħsbu li ser jgħaddu minn fuqi? Tibżgħux intom ma għamiltu xejn ħażin. Etienne: Nafu li ma għamilna xejn ħażin imma din l-attenzjoni kollha nistgħu ngħixu mingħajrha. DC: Ara dawn qed jippruvaw ifixklu x-xogħol tiegħi. Jiena ħadd mhu ser iwaqqafni. I'm too good. U jiena ċert li dan attentat minn Delia biex j*ħxili ċ-ċans li nerġa' nitla'. Nikki: Kemm jitkellem sew David hux! DC: Mur int, come on, għax daqt jinxifli xagħri. Insomma, dawn kollox qalu fuqi. Pawlu: Bħal xiex? DC: Uuu, ziju, li pereżempju nħobb l-irġiel, li nħobb il-wild parties. Pawlu: Imma David, int vera tħobbhom l-irġiel? DC: Kemm int ħelu, jien lil kulħadd inħobb imma mhux f 'dak is-sens. Jien dejjem ddedikajt ħajti għall-prinċipji li nemmen fihom. Waqt li jitkellem iħokk xagħru b'subgħajh iż-żgħir. Etienne: Veru Pawlu, għax David dejjem ivvota fil-parlament kontra l-p*fti. Pawlu: Hekk hu. Iħabbat il-bieb, DC iqum mis-sufan, imexxi jdejh fuq xagħru u jqarras wiċċu. Fil-bieb raġel twil, qisu xi Indjan. Raġel: Hello Sir, my name is Brahma Xandri I am the masseur you asked for. DC: Enter, enter; isma' ħbieb ser ikolli ngħidilkom biex titilqu għax għandi dahri juġgħani u għandi bżonn xi ħadd ifaqqagħuli. Pawlu u Etienne: Orrajt, arana sejrin! Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle DUN ANG SEYCHELL Politiku Nisrani: diffiċli, imma mhux impossibbli