Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

Intervista 12 illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 Il-Gvern Laburista bħalissa jinsab minn fuq wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant filwaqt li l-PN jinsab maqsum. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr opppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna? Il-Partit Laburista ilu b'moral daqstant għoli minn meta laħaq mexxej Joseph Muscat. Il-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant kienu biss konferma li Joseph Muscat dejjem kien onest u li d-deċiżjoni tal-poplu Malti li jwarrab lil Simon Busuttil u jafda għal darb'oħra Gvern Laburista, kienet waħda għaqlija. Għandi d-dubji tiegħi kemm l-Oppożizzjoni preżenti hi waħda denja, speċjalment bil- kriżi li għandha fit-tmexxija u t-tbażwir li ħalla warajh Simon Busuttil. Filwaqt li nemmen li l-pajjiż jixraqlu oppożizzjoni serja, wieħed ma jistax ma jfaħħarx il-mod kif il-Gvern baqa' saqajh mal-art, b'idu fuq il-polz tal-poplu. Bħala kandidat prospettiv tal-PL kif tindirizza lil dawk li ma tantx jinsabu kuntenti bis-sitwazzjoni tal-ambjent f 'pajjiżna. Inti x'se tgħidilhom biex tikkonvinċihom li l-PL verament għandu għal qalbu l-wirt naturali ta' pajjiżna? Naħseb li hija kritika inġusta li jirċievi dan il-Gvern. Possibilment huwa wkoll tort tar-rappurtaġġ li jsir minn ċerti mezzi tal-midja li ħafna drabi jiffokaw aktar fuq l-iżbalji milli fuq l-affarijiet pożittivi li saru f 'dan il-qasam, bħal pereżempju l-għeluq tal-Power Station tal-Marsa u l-qalba mill-Heavy Fuel Oil, l-aktar żejt li jniġġes, għall-gass. Is-sitwazzjoni tal-ambjent hija sfida għal dan il- Gvern. Però filwaqt li rridu nirrikonoxxu li fadal xi jsir, importanti nsemmu t-tajjeb li sar ukoll. Il-Gvern kommess li jkompli jaħdem b'determinazzjoni u impenn biex ir-riżultati t'għada jkunu aħjar minn dawk tal-lum. Personalment nemmen li wasal iż-żmien li nibdew inħarsu lil hinn mir-riżultati ekonomiċi u niffukaw aktar fuq il-kwalità tal-ħajja. Miegħek fit-tiġrija se jkun hemm kandidati li qabel kienu jivvutaw jew saħansitra jimmilitaw fil-Partit Nazzjonalista. Kieku inti ma kontx kandidat imma biss votant, tivvutalhom (numru 1) lil dawn il-kandidati jew tippreferi lil xi ħadd li dejjem kien Laburist? Għaliex iva/le? F'dawn l-aħħar snin kien hemm ħafna nies li għamlu l-pass u ngħaqdu mal-Partit Laburista. Mhux sorpriż li wħud minn dawn illum huma wkoll kandidati tal-moviment ta' Joseph Muscat. Jiena dejjem ivvutajt lil min ħassejt li ġab l-interessi tal- Maltin u l-Għawdxin l-ewwel u qabel kollox. Ma naħsibx li hu għaqli u prudenti li wieħed joqgħod jiddiskuti l-"kieku". Nemmen illi l-kandidati kollha fuq il-lista tal-Partit Laburista se jkunu persuni kompetenti u li żgur mhux se jagħmlu bħall-MEPs tal- Partit Nazzjonalista u jmorru jħammġu isem pajjiżna mal- barranin. Numru ta' Laburisti għal darb'oħra qed jgħidu illi mhux se jivvutaw fl-2019 għax inqabżu jew 'ġew injorati' mill- partit. Kemm qed tiltaqa' ma' dawn it-tip ta' vontanti? Imma dawn għandhom raġun? Meta tiltaqa' man-nies tisma' minn kollox u titgħallem mill- esperjenzi tagħhom. Naħseb li matul is-snin il-Partit sema', tgħallem u reġa' sar l-għażla naturali tal-poplu għax qatt ma nesa jew injora lil ħadd. Ċertament il-Partit mhux se jibda jinjora lin-nies issa. Veru li kultant tiltaqa' ma' nies li jħossuhom frustrati; uħud ikollhom raġun, oħrajn ma jkollhomx. Wieħed irid jispjega, ikun onest u realistiku ma' dak li jkun. Sfortunatament fil-passat kien hemm każijiet fejn kandidati wiegħdu l-impossibbli u r-riżultat kien li llum issib min jipponta subajh lejn il-Partit għax ma jkunx inqeda. Kif dejjem wera bil-provi, dan il-Gvern dejjem se jagħti widen u jkun ta' spalla għal dawk ta' rieda tajba. Matul dawn l-aħħar snin issewwew eluf ta' inġustizzji illi seħħew taħt gvernijiet Nazzjonalista. Fadal ħafna aktar xi nsewwu u rridu nkomplu nisimgħu lin-nies u nibqgħu saqajna mal-art. Tidħol għand familja Laburista illi tħoss li l-bidliet fil-liġi tal-IVF b'aktar bajd iffriżati qed jiftaħ il-bibien għall-abbuż mill-ħajja umana. Kif se tikkonvinċihom li l-Gvern għamel dak li hu sew f 'din il-kwistjoni? Naħseb li t-tweġiba għal mistoqsijiet bħal dawn huma sempliċi ħafna. Il-Gvern ra kif għamel biex jgħin lil dawk il-koppji li għandhom problemi biex ikollhom it-tfal permezz tal-aktar mezzi moderni li toffrilna t-teknoloġija u x-xjenza medika. Lil dawn il-familji ngħidilhom, kieku kontu intom jew uliedkom fl-istess sitwazzjoni, tkunu tridu li jkollkom dawn il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħkom? Konvint li t-tweġiba tkun iva. Tidħol għand familja b'paga minima li qed tħallas madwar 50% mill-paga f 'kirja. Jgħidulek li ma jistgħux ilaħħqu mal-ħajja u msallbin. X'tgħidilhom? Frott it-tkabbir ekonomiku illi qed jiffaċċja pajjiżna, għandna ċerti sfidi, inkluż fil-prezzijiet tal-proprjetà. Bħala persuna illi għandha għal qalbha l-valuri tal- ġustizzja soċjali, inweġġa' meta nisma' esperjenzi ta' familji li mhux ilaħħqu mal-kirjiet. Dawn il-familji qed jagħmlu sagrifiċċji kbar biex ilaħħqu mal-ispejjeż tal-ħajja u biex lil uliedhom ma jħalluhom neqsin minn xejn. Dan il-Gvern huwa kommess li jindirizza dawn il-problemi. Diġà bdew xogħlijiet sabiex jitlestew binijiet ġodda illi sal-aħħar ta' din il-leġiżlatura se jibdew jakkomodaw mijiet ta' familji illi ilhom fuq il-listi ta' stennija għal snin twal sabiex jibbenefikaw minn akkomodazzjoni soċjali. Kien dan il-Gvern ukoll illi mexxa 'l quddiem miżuri bħal loans immirati għal persuni bi dħul baxx sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jsiru sidien ta' djarhom. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?' X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? Billi wieħed ma jivvutax mhu se jsolvi xejn. Nifhem ir-rabja li jħossu dawn in-nies u naħseb li l-kaċċaturi u n-nassaba jafu eżattament min daħak bihom qabel ir-referendum tas- sħubija ta' Malta fl-UE. Naħseb ukoll li l-aħħar deċiżjonijiet tal-Qorti ma kienu ġusti xejn. Però r-responsabbiltà titlob li ma nistax, u ma rridx, nagħmel wegħdi bl-addoċċ. Kien hemm biżżejjed politiċi Saliba u Briguglio jidħlu fid-'djar' 'Kieku tidħol f'dar u jgħidulek...kif twieġeb?' Minkejja li l-elezzjoni tal-EP għad fadlilha l-ILLUM bdiet tistaqsi l-mistoqsijiet li qed tistaqsu intom lil dawk li jridu jirrapreżentawkom fi Brussell... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Għandi għal qalbi l-ġustizzja soċjali...'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018