Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum Għawdex; 450 farmhouse għall-kiri; 20 oħra jistennew il-liċenzja Bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena, ittieħdu passi fuq disa' proprjetajiet li kienu qed jinkrew mingħajr il-liċenzja meħtieġa tal-MTA Minn Yendrick Cioffi XI drabi ma hemmx isbaħ milli tqatta' tlett ijiem għall-kwiet fil-Gżira Għawdxija, kemm jekk ġo farmhouse, lukanda jew inkella xi appartament żgħir u komdu, insomma għall- akkomodazzjoni ma tantx hemm għal xiex tinkwieta. Minn ċifri li kisbet il- gazzetta ILLUM, miġbura mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, jirriżulta li f 'Għawdex hemm 451 farmhouse u 625 appartament illiċenzjati. L-istess ċifri juru kif mill-2014 'l hawn, jiġifieri f 'ħames snin, ingħataw 344 liċenzja għal dawk magħrufa bħala 'Holiday Furnished Premises.' Apparti dawn, hemm ukoll 14-il applikazzjoni għal farmhouses li huma pendenti u waslu għall- aħħar approvazzjoni. Hemm ukoll sitt applikazzjonijiet li qed jistennew għax se jsiru spezzjonijiet ulterjuri wara li l-farmhouses kellhom xi nuqqasijiet u s-sidien intalbu jirranġawhom. Disa' farmhouses kienu qed jinkrew mingħajr permess Mistoqsija jekk qattx kien hemm rapport ta' farmhouses li kienu qed jinkrew mingħajr liċenzja, kelliema għall- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) saħqet li mhux l-ewwel darba li rriżulta li kien hemm sidien li qed jikru mingħajr permess. Din is-sena, l-MTA rċeviet żewġ ilmenti. Il-proċedura titlob li jsiru spezzjonijiet u jekk ikun hemm bżonn tinħareġ multa. Min ma jħallasx il-multa tinħariġlu Ordni ta' Infurzar biex ikun żgurat li jieqaf jikri. Apparti r-rapporti, l-MTA twettaq ukoll spezzjonijiet spontanji. Bejn Jannar u Lulju ta' din is-sena, inħarġu disa' 'Administrative Fine Notices' u żewġ 'Enforcement Notices' fuq proprjetajiet li kienu qed jinkrew mingħajr permess. Tul l-2017, kien hemm disa' sidien oħra li weħlu multa għall-istess raġuni. NHAR il-Ħadd li għadda, din il-gazzetta kitbet dwar l-ilmenti li rċeviet minn għadd ta' residenti Għawdxin dwar l-istorbju mill- farmhouses li jkollhom jiffaċċjaw, b'mod partikolari f 'dan iż-żmien tas-sena. Is-sindki tal-Għarb u San Lawrenz, David Apap Agius u Noel Formosa, it-tnejn saħqu li din hija problema li qed jiffaċċjaw ir-residenti ta' kuljum u talbu li jkun hemm aktar kontroll fuq is-sidien. Apap Agius saħansitra insista li s-sidien tal-farmhouses għandhom jibdew jintalbu jħallsu kontribuzzjoni, l-istess kif jagħmlu s-sidien tar- ristoranti u l-lukandi, biex jagħmlu tajjeb għall-pressjoni li tinħoloq fuq l-irħula, liema fondi mbagħad jintużaw mill-Kunsill għal proġetti ambjentali. Madanakollu, f 'kummenti mal-ILLUM, il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Għawdxija għat- Turiżmu, Joe Muscat, qal li s-sidien tal-farmhouses diġà jħallsu l-liċenzja tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, li tinkludi l-kontribuzzjoni għar- riklamar, l-ECO Tax, il-VAT, il-liċenzja tal-pixxina u kontribuzzjonijiet oħra. Dan apparti li meta s-sid japplika għall-permessi meħtieġa mill-Awtorità tal-Ippjanar ikun mitlub iħallas ukoll kontribuzzjoni għall-parkeġġ skont ir- regolamenti stabbiliti u skont kif titlob il-kategorija li taħtha jkun se jopera. "Il-farmhouses kollha liċenzjati li għandna Għawdex kollha qed iġorru l-piż tal-kontribuzzjoni u taxxi oħra," saħaq Muscat. Li qed tipproponi l-Assoċjazzjoni huwa li l-ECO Tax li tinġabar mill-istabbilimenti turistiċi kollha Għawdxin tibqa' Għawdex biex mal- kontribuzzjonijiet oħra mill-Fond għat-Titjib Urban (tal-parkeġġ), ikunu investiti fi proġetti u inizjattivi favur l-ambjent. Mistoqsi jekk il-proposta kinitx ippreżentata b'mod uffiċjali, Joe Muscat saħaq li l-Assoċjazzjoni ressqitha aktar minn darba quddiem Ministri u awtoritajiet. Minkejja dan, qal li din il-proposta għadha qatt ma ġiet milqugħa. "B'din il-proposta kulħadd ikun qed jikkontribwixxi biex jittaffa l-impatt turistiku fuq l-ambjent," saħaq Muscat. "B'din il-proposta nkunu qed ninvestu l-kontribuzzjonijiet li ġejjin minn stabbilimenti turistiċi f 'Għawdex għat- titjib tal-prodott turistiku Għawdxi." 'Meta jikri, is-sid mhux dejjem se jkollu kontroll fuq il-proprjetà' Mistoqsi dwar l-ilmenti tar-residenti dwar l-istorbju, Muscat fakkar kif il- farmhouses jaqgħu taħt il-kategorija tas-self-catering. "Meta l-operatur tal-farmhouse jkun kera l-proprjetà tiegħu lill-klijent, mhux dejjem ser ikollu aktar kontroll f 'dak li jiġri fiha," spjega Muscat. "Xi drabi jiġri li minkejja li l-proprjetà tkun mikrija lil tmienja min-nies, ikun hemm ġranet meta fil-farmhouse ikun hemm 12 jew 16-il persuna li jinġabru biex jgħumu, jieklu u jiddevertu, anke sas-sigħat bikrin ta' filgħodu. Madanakollu qal li meta jinħoloq inkonvenjent għall-ġirien, l-operatur ġieli jkollu jaġixxi huwa personalment u mhux l-ewwel darba li kien hemm min talab l-għajnuna tal-Pulizija. 'Għawdex ma għandux jinbidel f 'Ibiża' Filwaqt li faħħar il-fatt li Għawdex sar gżira turistika, Joe Muscat insista li ma għandux jinbidel biss f 'destinazzjoni magħrufa għad- divertiment. Fi kliemu, Għawdex ma jistax jinbidel f 'Ibiża. "Irridu naraw li nkomplu nippromwovu lil Għawdex bħala destinazzjoni ta' kwalità fejn tista' tieħu vaganza għall-kwiet." Madanakollu insista li filwaqt li huwa fatt magħruf li t-turiżmu qed iżid in-nies u t-traffiku f 'Għawdex, wieħed ma jistax jinjora l-fatt li dan qed iżid ukoll l-attività kummerċjali tal-lokal. '40% tat-turisti qed jerġgħu jagħżlu lil Għawdex' Kien hawn li insista li aktar ma tikber l-ospitalità, aktar se jissaħħaħ dak magħruf bħala 'Community Tourism,' li fi kliemu jżid dawk it-turisti li jerġgħu jagħżlu lil Għawdex. "L-ospitalità tal-Għawdxin qed tissarraf f ' 'repeat tourism' li jiħlaq kważi 40% tat-turisti barranin li jżuruna kull sena," kompla Muscat. 'L-Għawdxin ma jistgħux jaġixxu daqslikieku qed jgħixu waħedhom' Waqt li s-Sindku tal-Għarb qal mal-ILLUM li Għawdex ma għandux l-infrastruttura neċċessarja biex jilqa' għat-turiżmu kollu, Joe Muscat insista li l-Għawdxin jeħtieġ jifhmu li mhux qed jgħixu aktar waħedhom. "Ma nistgħux nibqgħu nieħdu deċiżjonijiet u niskartaw ir-realtajiet li qed ngħixu f 'Għawdex. Kif jista' kunsill lokali jipprovdi servizz ta' ġbir tal-iskart bla ma jagħmel defferenza bejn id-domanda ta' Jannar u dik ta' Awwissu? Kif nistgħu nkomplu niżviluppaw u ma naħsbux għal spazji ta' parkeġġi?" Kien għalhekk li temm jappella biex kull lokalità f 'Għawdex ikollha masterplan għaċ-ċentru tar-raħal li jiġbor fih ippjanar bil-għaqal. 'L-Eco Tax li tinġabar f 'Għawdex għandha tibqa' Għawdex'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018