Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

Sports 26 illum Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 'Dan kien riżultat storiku għax kien l-ewwel punt li qatt ksibna bħala Birkirkara FC l-UEFA Champions League tan-nisa' - Melania Bajada minn Cristian Antony Muscat FILJIEM li għaddew, Birkirkara kitbu l-istorja meta kisbu l-ewwel punt tagħhom fil-UEFA Champions League tan- Nisa, wara li żammew lil Cardiff Met ta' Wales fi draw ta 2-2. B'hekk l-Istripes saru t-tieni klabb Malti wera Hibernians li rreġistraw minn tal- inqas punt fi stadju ta' kwalifikazzjoni ta' din il-kompetizzjoni wara li Hibernians kienu għamlu l-istess lura fl-2015 meta kienu żammew lil KI Klaksvik tal-Gżejjer Faroe fi draw ta' 3-3. Fl-ewwel logħba Birkikara kienu tilfu 8-0 kontra Kharkiv, waqt li sofrew telfa oħra kbira fit-tieni logħba b-iskor ta' 6-1 kontra Olimpjia Cluj ta-Rumanija. B'hekk huma temmew fil-qiegħ ta' Grupp 6 ta' Kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League tan-Nisa b'punt wieħed biss. Kienu Cardiff City li fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta Naomi Clipston għaddiet tajjeb lejn Errin Murray li b'abilità tefgħet il-ballun fix-xibka. Iżda t-tim minn Wales ftit dam igawdi dan il-vantaġġ hekk kif 16-il minuta wara, l-Istripes ġabu l-iskor indaqs meta Ylenia Carabott pprovdiet assist lejn Raina Giusti li tefgħet il-ballun wara l-goalkeeper Ingliża ta' Cardifd City, Estelle Randall. Madankollu, Cardiff City reġgħu dawru l-iskor favurihom fil-35 minuta permezz ta' Stephanie Turner qabel ma' Ylenia Carabott reġgħet stabilixxiet parità fl-44 minuta għal Birkirkara. B'hekk kollox ġie deċiż fl-ewwel taqsima. Biex ikollu iktar dettalji u informazzjoni rigward din l-esperjenza stroika għal Birkirkara, l-ILLUM tkellmet mal-kowċ brava tal-Istripes, Melania Bajada, li tatna dawn il-kummenti: Irnexxielkom tipproduċu wirja tajba kontra Cardiff MET fejn minkejja li kont minn taħt, wettaqtu reazzjoni u ksibtu dan il-punt li nistgħu nsejħulu storiku. Iva kienet logħba bilanċjata u r-riżultat seta' mar f 'kull naħa. It-tim tiegħi ħareġ determinat li jikseb dak li ħadem għalih wara żewġ riżultati negattivi u sa ċertu punt irnexxielu. Il-plejers ħadmu ħafna kollettivament u tattikament konna ferm tajbin speċjalment fid- difiża fejn urejna dixxiplina kbira. L-avversarji tagħna Cardiff kienu magħna tul id-90 minuta iżda aħna ma qtajniex qalbna u wara l-gowl tad-droemminna li stajna nagħmluha kif fil- fatt ġara. Dan kien riżultat storiku għax kien l-ewwel punt li qatt ksibna bħala Birkirkara FC fil-UEFA ChampionsLeague tan-nisa. Issa li temmejtu l-avventura tagħkom f 'din il-kompetizzjoni tista' tagħtina bilanċ tat-tliet partiti li lgħabtu? Ifhem kien bilanċ sodisfaċenti meta tikkunsidra il-polza iebsa li ġejna fiha. Aħna tefgħuna f 'pot 4 u kellna polza minn erba' pots differenti. Wara telfa iebsa ta' 8-0 kontra WFC Kharkiv, kellna logħba aħjar kontra Olimpia Cluj għalkemm xorta tlifna 6-1. F'din il-partita konna tattikament tajbin fl-ewwel taqsima meta konna biss 2-1 minn taħt għalkemm fit-tieni taqsima ċedejna ftit l-inizjattiva lill-avversarji tagħna. Bħala wirja xorta ninsab kuntenta u nqis din l-esperjenza bħala l-ewwel pass għalina sabiex fil-futur ikollna riżultati aħjar f 'din il-kompetizzjoni. Issa ser tixħtu l-ħarsa tagħkom lejn il-kampjonat fejn intom flimkien mar- rivali Hibernians u anke xi timijiet oħra, timmiraw li żżommu t-titlu li rbaħtu s-sena l-oħra. Kif ser tkun qed taffaċċjaw l-istaġun li ġej? Nista' ngħid li l-istaġun li għadda kien wieħed perfett għalina tant li rnexxielna nirbħu tliet tazzi mit-tlieta li ħadna sehem fihom. Għal dan l-istaġun li ġej, l-objettivi tagħna mhux ser jinbidlu għax aħna ninsabu determinati li nibqgħu ntejbu l-wirjiet tagħna għall-aktar riżultati pożittivi. M'hemmx xi ngħidu l-objettiv prinċipali tagħna ser jibqa' li nieħdu l-kampjonat. Kemm sewa l-akkwist li għamiltu matul din is-sena meta ħadtu lill- attakkantaYlenia Carabott mingħand Hibernians? Ylenia Carabott m'għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni f 'pajjiżna minħabba li hija l-aqwa skorer li għandna lokalment. M'għandix dubju li ser tagħti sehem kbir fit-tim tagħna. Sa ċertu punt irnexxielna nimlew dak il-vojt li kellna fl-istaġun li għadda meta kellna nieqsa dik l-attakkanta prolifiku li kapaċi tiskorja b'ċertu faċilita'. Ylenia flimkien mal-akkwist l-ieħor li ħadna mingħand Tarxien KaileyWillis ser ikunu strumentali sabiex ikollna staġun pożittiv. Din tal- aħħar għad għandha biss 15- il sena iżda hija plejer veloċi li kapaċi tħarbat id-difiża avversarja. Kemm ilek kowċ kien hemm affarijiet li rnexxielek tbiddel. Bħal kull ħaġ'oħra hemm affarijiet li rnexxew u oħrajn li forsi għadek trid taħdem fuqhom. X'inhuma dawn l-affarijiet li taħseb li jistgħu jitjiebu u dawk li rnexxielek issaħħaħ? L-ewwel ħaġa li ħdimt fiha huwa s-settur taż-żgħażagħ fejn ridt inkompli ntejjeb il- livell li għandna fin-nursery. Bħala kowċ nemmen ħafna fiż-żgħar u kuntenta li din l-akkademja rranġat ħafna. Hemm affarijiet li jistgħu jmorru aħjar iżda qed nistinka ħafna għal aktar progress. Per eżempju t-timijiet ta' taħt il-11-il sena u dak ta' taħt l-14-il sena għandhom skwadra tajba. Anke l-Under 19 huma meqjusa bħala l-aqwa tim femminili li hawn f 'Malta f 'dik il-kategorija. Rigward l-iskwadra tal- kbar, dejjem għandna naraw li l-plejers jingħataw aktar kuraġġ, kif wara kollox qed jiġri. Jien min-naħa tiegħi qed naħdem sabiex il-plejers ikunu kuntenti u maqgħudin għax nemmen li b'hekk biss jiġu r-riżultati. Dejjem irridu niftakru li fil-grawnd trid dejjem mill-plejers u għalhekk importanti li jkunu psikoloġikament pożittivi meta jkunu qed jilagħbu. Fl-opinjoni tiegħi dan huwa s-sigriet tas-suċċess tagħna. Plejers u diriġenti tat-tim tan-nisa ta' Birkirkara FC jirħu bil-kbir wara l-punt storiku miksub kontra Cardi MET

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018