Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060
Sports 29 Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum Shelby Mangion Vassallo ttemm t-13-il post tal-Kampjonati Ewropej tal-Weightlifting taż-Żgħażagħ MATUL il-ġimgħa li għaddiet, ġewwa Milan fl-Italja saru l-Kampjonati annwali tal-weightlifting taż-żgħażagħ Ewropej li ġabu l-aħjar talent min 34 pajjiż Ewropew minn gruppi ta' età għal dawk t`anqas minn 15 u dawk t`anqas minn 17- il sena. Shelby Mangion Vassallo kienet l-unika rappreżentanta Maltija fil- kampjonati. Hija kkompetiet fil- kategorija għal dawk t`anqas minn 17-il sena b'piż ta' 63 kilo. Minkejja li attwalment din l-atleta qed tikkompeti fil-kategorija għal dawk t`anqas minn 15-il sena, Mangion Vassallo kellha tikkompeti f 'dan il-grupp ta' età akbar minħabba li l-kampjonati jiġu meqjusa bħala avveniment ta' kwalifika għal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ li jmiss. Sfortunatament, Shelby ma kisbitx l-aqwa riżultat assolut tagħha, iżda xorta rreġistrat riżultat rispettabli ħafna f 'avveniment ta' skala kbira. Hija kkonkludiet bi snatch ta' 60kilo u 70 kilo clean&Jerk. Din kienet l-ewwel darba li l-atleta ikkompetiet fil-kategorija ta' 63 kilo, peressli kienet qed tnaqqas il-piż biex tidħol f 'kategorija aktar baxxa. Hija rnexxielha tikser erba' rekords nazzjonali taż- żgħażagħ għal dawk anqas minn 17-il sena u erba' rekords oħra għal dawk anqas minn 20 sena fil- kategorija tat-63 kilo matul din il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni kienet tinkludi l-aqwa taż-żgħażagħ Ewropej ewlenin. Shelby spiċċat fit-13-il post u saħansitra qabżet lill-aqwa atleta Spanjola fl-istess kategorjia b'erba' kilogrami. Shelby kienet akkumpanjata mill-coach nazzjonali tat-team, Jesmond Caruana, li kien qed iħejji lil din l-atleta bl-aħjar mod possibli għal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ li se jsiru fi Buenos Aires fl- Arġentina f 'Ottubru li ġej. Sa dakinhar, il-preparazzjoni se tkompli, b'kamp ta' taħriġ lokali li qed isir f 'Awwissu b'coach rinomat internazzjonalment, Tamas Feher. Feher kien il-coach uffiċjali tat-Tim Olimpiku tal-Ingilterra, kif ukoll tat- Team Olimpiku tal-Istati Uniti. Huwa ser jaħdem mill-qrib mal-atleti Maltin għal tliet ġimgħat sħaħ li jwasslu għall-kompetizzjoni nazzjonali. Mistenni staġun ferm emozzjonanti minn Masters Football Malta Shelby Mangion Vassallo -azzjoni f'Milan -Italja Ritratti - MWA WAQT konferenza tal- aħbarijiet, li saret dan l-aħħar Masters Football Malta ħabbru l-bidu tal-istaġun li jmiss li se jkun qed jintlagħab bl- istess format, iżda ż-żewġ kampjonati se jkunu fuq tliet rawnds. Is-Sur Mario Meli fundatur u president qal li Masters Foootball qed dejjem iżid fil-popolarità u qed jattira wkoll players ta' kalibru wara li dawn jirtiraw mill-MFA. Dawn il-players fil-Masters sabu fejn ikomplu jilagħbu u jżommu f 'kundizzjoni fiżika tajba. Is-sur Meli qal li l-istaġun li għadda kien suċċess komplet u ż-żewġ kampjonati kienu interessanti u ġew deċiżi fl-aħħar partiti. Minbarra l-kampjonati, l-għaqda organizzat b'suċċess kompetizzjonijiet oħra, bħal Pre Season T'met, Christmas T'ment, Super Cup u fl- aħħar in-Knock Out. Dan kollu ġie nnutat mill-isponsors u mal- kontribuzzjoni tagħhom kien hemm żieda b'mod ġeneruż u dan juri l-fiduċja sħiħa li għandhom fl-għaqda u li din miexja fit-triq it- tajba. Huwa ħabbar li għall- istaġun li ġej se jerġa' jkun hemm żewġ kampjonati - il-MAPFRE MSV Life Masters Premier League u ċ-Cisk Masters Division One League. L-istaġun se jiftaħ f 'nofs Settembru u jibqa' sejjer sal-aħħar ta'April tas-sena d-dieħla. Il-logħob kollu sejjer isir fil-ground ta' Qormi FC. Il-konferenza ġiet indirizzata wkoll mis-sur Michael Galea, Chief Officer Business Development ta' MAPFRE MSV Life. Huwa qal li għalihom huwa ta' pjaċir li kkonfermaw l-isponsorship mill-ġdid għas-sitt staġun konsekuttiv. Qal li l-kumpanija qed tkun ta' għajnuna kbira fil- komunità, fosthom l-aktar fl-isport. Huwa kkongratula lill-kumitat li jaħdem biex dejjem iżid l-isforzi tiegħu biex jippromwovi dan l-isports. Is-sur Galea kompla jgħid li anki fl-istaġun li ġej se jerġgħu jisponsorjaw u jippremjaw il-Player tax- Xahar. Tkellem imbagħad is-sur Robert Micallef li permezz tal-kumpanija Office Group qed jisponsorjaw il-kompetizzjoni tan-knock out għat-tieni staġun. Huwa wkoll faħħar l-għaqda li taħdem ħafna u l-kumpanija hija sodisfata li qed tgħin għaqda li qed tagħmel ħafna ġid ma' dawk il-players li jirtiraw. Intant, Karl Bondin minn Farsons, ma setax jattendi. Madankollu bagħat messaġġ fejn ukoll ikkonferma l-isponsor għall-kampjonat magħruf Cisk Masters Division One League u Farsons ukoll għamel żieda ġeneruża. Qal li huwa ta pjaċir għall-kumpanija li qed tgħin assoċjazzjoni ħabrieka b'kumitat dedikat. Tkelllmu wkoll Carlo Mamo - plejer tat-team nazzjonali u s-suċċess li kellu t-team meta spiċċa t-tielet minn 36 f 'tournament prestiġjuż f 'Andorra u anki għamel kelmtejn Charles Agius il-coach nazzjonali. Fl-aħħar ġew imtella' l-poloz taż-żewġ kampjonati u tal- Pre-Season Tournament. Mario Meli jindirizza lill-media preżenti