Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060
Sports 31 Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum dak li hemm bżonn sabiex inżidu t-talent lokali. Taqbel mal-fatt li għandna seba' barranin fil-kampjonat Malti? Jien għalija plejer huwa plejer, irrilevanti hux barrani jew le. Aħna nġibu barranin iżda jekk imbagħad għandek plejer żagħżugħ li hu aħjar minnu lilu ser nilagħbu. Jien nixtieq f 'dan ir-rigward li l-MFA tinvesti iktar fuq in-nurseries tal-klabbs ħalli nipproteġu l-prodott lokali. Jien nara oxxenità li jkollok klabb Malti li veru jipparteċipa fl-Ewropa iżda mbagħad għandu nursery zoppa. Jien inħoss li din għandha tkun obbligatorja. Taqbel mal-format tal-kampjonat bħalissa jiġifieri li jkollok 14-il tim? Ħa nkun onest miegħek għall-bidu ma qbiltx minħabba l-problema ta' ftit plejers Maltin. Is-sena l-oħra iżda kien hemm kompetizzjoni qawwija u dan il-fatt wera li tqarraqt bil-fehma inizjali tiegħi. Il-problema hi meta tispiċċa tħallas plejer li m'għandux valur ta' Premier u jitolbok salarju kbir. Aħna li nemmnu fit-tfal tagħna u bl-attitudni li addottajna nemmen li sejrin fit-triq it-tajba. Kemm temmen fl-amministrazzjoni preżenti tal-MFA? Ifhem jien nitkellem ħafna ma' Matthew Paris u huwa bniedem li dejjem issibu. Nemmen illi għandna bżonn niltaqgħu iktar ta' spiss mal-president tal-MFA ħalli jkun hemm komunikazzjoni totali. Tul din l-intervista semmejt ħafna n-nursery. Tidher li din hija għal qalbek ħafna. Nieħu pjaċir ferm li nara n-nursery tagħna tiżviluppa dejjem aktar. Meta għandek kowċ bħal Stephen Azzopardi li huwa full-time u flimkien ma' tim ta' kowċis oħra jaħdmu għall-iżvilupp tal-plejers tagħna ma tistax ma tkunx kuntent. Stephen huwa Direttur Tekniku serju b'esperjenza kbira li jaf xi jrid u qed imexxi bl-aħjar mod possibli. Ninsab sodisfatt li għandna wkoll xi bniet jieħdu sehem fit-taħriġ tagħna u dan jawgura futur mill-isbaħ. Għandna taħlita ta' kowċis u ninsabu għaddejjin fl-aqwa mument tagħna. Kemm titkellem mal-kowċ John Buttigieg u mal-captain Alex Muscat li t-tnejn li huma jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom jaraw l-iżvilupp tat-tim? Ma' John għandi relazzjoni serja u tajba ħafna. Huwa bniedem Slimiż iżda fuq kollox jaf xi jrid f 'xogħlu. Narah li taħdem ħafna miegħu, bniedem li kapaċi jisma' u jagħti kas x'tgħidlu. Fil-kas ta' Alex fit-tajjeb u fil-ħażin dejjem kien magħna u baqa' magħna minkejja li kellu interess minn Birkirkara xi ftit tas-snin ilu. Nista' nqisu bħala bandiera tat-tim. Kif irnexxielek tegħleb il-problema finanzjarja? Ma kinitx faċli iżda sibna sponsors li għenuna sabiex negħlbu kull diffikultà finanzjarja. Kelli għajnuna kbira mill-membri tal-kumitat sabiex ġbarna dak li kellna bżonn. Naħseb li d-determinazzjoni għenitna biex inżommu l-vapur fil-wiċċ mingħajr ma jegħreq. Il-klabbs jagħmlu ħafna investimenti. Iżda fil-verità tara li hemm qligħ fil-futbol Malti? Naħseb li l-Gvern għamel biċċa xogħol sew meta emenda ċertu liġijiet. Kienu soluzzjonijiet li għallinqas iġibu lill-klabbs kapaċi jikkummerċjalizzaw il- prodott tagħhom. Huwa veru li fil-futbol Malti trid toħroġ ħafna flus mill-but iżda din il-liġi tal-kummerċjalizazzjoni kapaċi tgħin lill-istess klabbs. Intom xi darba kellkom lill-kowċ Alfonso Greco. X'kien ġara biex ma kontux żammejtuh fit-tmun tat-tim? Wara l-logħba tat-Trophy kontra Balzan kellna nieħdu ċerti deċiżjonijiet. Ma kontx ċert jekk nibqax president jew le minħabba li bdew inħossni għajjien u stressjat. Biex wasalt biex irbaħna t-Trophy kelli nbiddel xi affarijiet. Meta ġejna biex niffirmaw il-kuntratt ma' Alfonso Greco, dan b'ċajta saqsieni hux ser nibqa' president jew le u jien ikkonfermajtlu li ma kontx ċert. Dan deher sorpriż u għalhekk ma ffirmax ġaladarba ma nkunx president tal-klabb. Meta kien hemm mument fejn kelli niddeċiedi ġew għalih il-klabb Taljan ta' Ostia Mare u għalhekk kien iffirma magħhom minkejja li xtaq ikompli magħna. Kien hemmhekk fejn imbagħad morna għal John Buttigieg u naħseb li għamilt l-aħjar għażla. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-familja tiegħek, man-negozju kif ukoll ma' Sliema Wanderers? Bla dubju li mhux faċli dan kollu. Nista' ngħidlek li trid tara li toħloq ħin ta' kwalita' mal-mara u mat-tfal. Aħna ngħixu Tas-Sliema u l-mara tgħinni ħafna. Hi għalija tfisser ħafna għax kieku m'għandix ċans nagħmel dan kollu. X'inhu l-futur ta' Keith Perry meta tqis li minn xahrejn saru seba' snin u issa taħseb li minn seba' snin isiru għoxrin sena jew għal dejjem? Din hija domanda tajba! Ma nafx bħalissa iżda li hu ċert li għandi pjanijiet kbar għal dan it-tim. Għandi l-għajnuna tal-kumitat u kull sena nkunu eċitati meta jibda staġun ġdid. Ma nistax ngħid kemm ser nibqa' president iżda li hu żgur li jekk nibqa' nsib is-sapport minn dawk kollha involuti jien nibqa' hawn. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ lill-partitarji Slimiżi li tant huma dedikati lejn l-iżvilupp tal-klabb. Il-partitarji tas-Sliema m'humiex xi numerużi meta jkunu l-grawnd iżda għandhom qalb kbira mmens. Ma jfissirx li dawk li ma jiġux il-grawnd ma jsegwux il-logħob li nilagħbu aħna. Altru minn hekk! Meta tibda tiltaqa' man-nies f 'Tas- Sliema dawn bħal qisu jagħmlulek ċerta pressjoni sabiex jiġu r-riżultati. Forsi raġuni għaliex ma jiġux il-grawnd huwa li hemm popolazzjoni ta' ċerta età. Insemmilek persuna waħda li huwa Dr Herbert Messina Ferrante li miegħu nkun f 'kuntatt regolari fejn ikun qed isegwi sew dak li jkun qed jiġri. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-kumitat kif ukoll lill-grupp tal-partitarji li jgħinu ħafna. Sliema Wanderers kemm ili President' Huwa l-President ferm ħabrieki ta' Sleima Wanderers li jinsab s-seba' sena tiegħu jokkupa din il-kariga. Matul dan l-istaġun jinsab determinat li jwassal lil dan it-tim għas-suċċess mistħoqq. Kien referì għal seba' snin mal-MFA biex imbagħad qaleb għall-amministrazzjoni proprjament ma' Sliema Wanderers. KEITH PERRY Ritratt: James Bianchi