Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

Intervista 13 Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum fid-'djar' u jwieġbu l-mistoqsijiet illi għaddew biż-żmien lill- kaċċaturi u n-nassaba Maltin u Għawdxin! Min-naħa tiegħi għamiltha ċara sa mill-ewwel jiem illi ħabbart il-kandidatura tiegħi illi ser inkun vuċi soda fil-Parlament Ewropew favur id-delizzju tal-kaċċa u l-insib responsabbli. Pajjiżna m'għandu xejn inqas minn Stati Membri oħra. Il- kaċċaturi u n-nassaba tagħna għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod illi jiġi ttrattat ħaddieħor. Ma jistax ikun illi l-UE tibqa' turi snienha biss ma' Stati Membri żgħar bħalna filwaqt illi tagħlaq għajnejha quddiem prattiċi ferm inqas sostenibbli bħal dawk illi jiġu pprattikati fi Stati Membri oħrajn bħal Franza. Nemmen illi filwaqt illi għandna nkunu iebsa mal-ftit "kaċċaturi" illi qed jipperikolaw id-delizzju ta' sħabhom minħabba l-għaġir irresponsabbli tagħhom, m'għandna qatt nitfgħu lil kulħadd fl-istess keffa. Naf b'mijiet ta' kaċċaturi u nassaba illi jipprattikaw id- delizzju tagħhom bl-akbar responsabbiltà. Lest inkun ta' spalla għall- kaċċaturi u n-nassaba, lest li nwassal il-vuċi tagħhom u ngħin, kemm f 'Malta u, jekk ningħata l-fiduċja, anke fil- Parlament Ewropew. Tidħol għand koppja pensjonanti u jgħidulek 'inti trid tkun elett MEP biex issir sinjurun u tgawdi minn benefiċċji kbar u lussu'. X'tgħidilhom? Ilni fil-politika għal aktar minn 15-il sena u dak kollu li għamilt għamiltu bi prinċipju, b'konvinzjoni, b'lealtà u mħabba lejn il- Partit u pajjiżi. Qatt ma ħarist lejn l-interessi personali tiegħi, anzi kienu ħafna dawk illi matul is-snin kienu jgħiduli illi qed ninvesti wisq ħin fil-Partit mingħajr ma nħares lejn l-interessi personali u professjonali tiegħi. Meta nħares lura ma jiddispjaċini xejn illi għamilt dan kollu. Jien dħalt għal din l-isfida biex inkun ta' għajnuna għaċ- ċittadini Maltin u Għawdxin, biex inkun ta' servizz u vuċi soda għal Malta. Il-flus u l-perkaċċi qatt m'għamlu bija. Il-Partit Nazzjonalista bħalissa jinsab minn taħt wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant filwaqt li l-PN jinsab maqsum. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr opppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna? Biex l-oppożizzjoni tkun b'saħħitha jeħtieġ li tkun viċin in-nies u li tkun maqgħuda internament. Dwar tal-ewwel, il-Partit qiegħed kontinwament iħaddem strateġija ta' sensibilizzazzjoni lejn is- soċjetà, fejn qiegħed jisma' iktar milli jippriedka. Dwar tat-tieni, jeħtieġ li kulħadd jirrispetta d-demokrazija u d-diversità interna. Fl-istutturi tal-partit din teżisti, u jeħtieġ li kull min hu attiv jirrispettaha. Diversi nies, sezzjoni li qed tikber, tħoss li l-ambjent jinsab taħt attakk speċjalment mill- industrija tal-kostruzzjoni. Dawn in-nies għaliex għandhom jagħżlu lill-PN? Il-PN x'qed joffri differenti mill-PL? Kif se tikkonvinċi lil dawn in-nies li l-PN jimpurtah mill-wirt naturali ta' pajjiżna, iktar mill-PL? Preżentament l-ambjent huwa wieħed mill-prijoritajiet fil-PN, u flimkien mat-tmexxija jien qiegħed naħdem ħafna f 'dan ir-rigward. Filwaqt li l-PL qiegħed joffri politika li tkabbar l-ekonomija llum b'danni ambjentali kbar u b'nuqqas ta' rispett lejn il-futur, il-PN jemmen li għandna nkabbru l-ekonomija b'mod iktar ippjanat u sostenibbli. L-uniku alternattiva parlamentari għall- politika tal-PL hija dik tal-PN, u bil-fatti ser nuru l-pjanijiet tagħna sabiex il-poplu jkun jista' jiġġudika. Inti kont tmexxi l-Alternattiva Demokratika u llum timmilita fil-PN. Kieku int ma kontx Michael Briguglio imma persuna oħra, kont tivvutalu lil Michael Briguglio jew kont tagħżel lil xi ħadd li dejjem kien Nazzjonalist? Għaliex iva/le? Lil Michael Briguglio kont nivvutalu għaliex bħala MEP ser ikun attiv kemm f 'Malta kif ukoll f 'Brussell sabiex ikun viċin il-Maltin u verament jirrappreżentahom fil-Parlament Ewropew. Kont nivvutalu għax juri kif tista' tkun ħolqa bejn in-nies, is- soċjetà ċivili, l-istituzzjonijiet u l-Unjoni Ewropea. F'dawn l-aħħar 25 sena kien attiv b'rieda tajba, b'mod integru u konsistenti fis-soċjetà ċivili u l-politika. Matul dawn is-snin wera li leħen is-soċjetà ċivili jista' jkun b'saħħtu u qawwi. Kien attiv f 'bosta kampanji li rnexxew, bħal dawk għas- sħubija fl-UE, kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal- ambjent, drittijiet ċivili bħad- divorzju u l-istipendji tal- istudenti kif ukoll kwistjonijiet lokali fir-rwol tiegħu ta' kunsillier lokali mill-2003. Tkellem dwar kwistjonijiet bħall-governanza tajba, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-pensjonanti u d-drittijiet tar- residenti. Kont nivvutalu għax jgħidha kif inhi u ma jħallix il-partiġġjaniżmu jtappanlu l-veduti tiegħu. Li hu iswed jgħidlu iswed u li hu abjad jgħidlu abjad. Kont nivvutalu għax jirrapreżenta l-valuri tas-solidarjetà, il-ġustizzja, id-dinjità u s-sostenibbiltà. Fuq kollox qatt ma kien baħri tal-bnazzi, u dejjem leħħen it-tħassib tan-nies b'mod sensibbli. Numru ta' Nazzjonalisti (inċidentalment ħafna minn Tas-Sliema u ż-żona) ma jridux jafu b'Adrian Delia. Kemm qed tiltaqa' ma' dawn il-votanti? Imma dawn għandhom raġun? Iva, niltaqa' ma' votanti b'din l-opinjoni u dejjem nisma' dak li għandhom xi jgħidu. Nemmen li permezz ta' djalogu, rieda tajba u rispett lejn il-proċess demokratiku nistgħu nkunu magħqudin. Qed niltaqa' wkoll ma' oħrajn madwar Malta li għandhom inqas vuċi fil-media iżda li fil-kwiet jiftħu qalbhom dwar x'jaħsbu dwar il- Partit Nazzjonalista u li qed japprezzaw kif Adrian Delia qed imur għandhom biex jisma'. Tidħol għand familja Nazzjonalista biż-żewġ membri jkunu nisa, li issa grazzi għall-bidliet li daħħal dan il-Gvern fil-liġi tal-IVF se jkollhom ċans isiru ġenituri. Kif se tikkonvinċihom li l-PN għamel sew li vvota kontra? Il-PN kien il-partit li daħħal l-IVF. Il-PN ried iktar konsultazzjoni wiesgħa sabiex it-tibdil fil-liġi ikun iktar bil- għaqal u bbażat fuq evidenza. Tidħol għand familja tan-neozju. In-negozju sejjer tajjeb u qed jikru appartament, b'kirja tajba ħafna. Qegħdin komdi, iktar milli kienu. Għaliex għandhom jappoġġjaw lill-PN dawn? Il-PN kien il-partit li daħħal is-suq tal-kera, u l-partit jappoġġja lil min jaqla' l-flus b'mod onest. Fl-istess ħin il-PN irid jgħin lil min mhux ilaħħaq mal-kirjiet. Dan jista' jsir mingħajr ma tixxekkel ir-rota ekonomika u d-dħul ta' min jikri. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il-kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?' X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? Inkun onest dwar il-politika Ewropea u ngħidlu li l-PN huwa partit li jirrispetta l-liġi, id-demokrazija u l-vuċijiet varji fis-soċjetà Maltija inkluż tal-kaċċaturi u n-nassaba u ta' dawk li jixtiequ jgawdu l-għasafar fl-ambjent naturali tagħhom. Il-PN ma jridx jidħak bin-nies. Tidħol għand koppja pensjonanti u jgħidulek 'inti trid tkun elett MEP biex issir sinjurun u tgawdi minn benefiċċji kbar u lussu'. X'tgħidilhom? Ngħidilhom li ħafna liġijiet li jiġu addottati Malta, mill- kwalità tal-ikel sal-prezzijiet tal-mobile jiġu diskussi fil- Parlament Ewropew, li għandu saħħa legali u politika kbira f 'dan ir-rigward. Ngħidilhom ukoll li jien mhux ser inkun magħluq f 'xi uffiċċju iżda li ser naqsam il-ħin tiegħi bejn Malta u Brussell, kif inhu mistenni minn MEP serju, biex b'hekk inkun il-vuċi tal- Maltin u dejjem viċin in-nies. Bħala soċjologu u kunsillier lokali konxju ħafna dwar ir-realtajiet tal-pensjonanti, frekwentament naħdem favur id-drittijiet tagħhom u kuljum niltaqa' ma' bosta pensjonanti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018