Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

ILPARTIT Nazzjonalista fi stqarrija sostna li jeħtieġ li tiġi kkjarifikata l-proċedura li l-Gvern uża għat-tmexxija tal- estensjoni ta' 500 sodda fir-residenza San Vinċenz "u dan b'rispett sħiħ lejn it-trasparenza. Għalhekk permezz tat-tliet membri tiegħu fil-Kumitat għall- Kontijiet Pubbliċi, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jitlob lill-Awditur Ġenerali jinvestiga l-kuntratt li ngħata sabiex jiġi mistħarreġ jekk il-Gvern mexiex mar-regolamenti u l-proċeduri stabbiliti." Il-PN qal li din it-talba sabiex l-Awditur Ġenerali jinvestiga se ssir wara li l-Gvern "naqas illi minnufih jiċċara l-fatti dwar il- proċedura li ntużat għat- tmexxija ta' din l-estensjoni f 'San Vinċenz. Dan meta artikli li dehru fil-midja lokali qalu li joint venture privat ingħata direct order ta' €274 miljun mill-Ministeru għall- Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali sabiex titmexxa estensjoni ta' 500 sodda li għad trid tinbena f 'San Vinċenz." Is-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Dizabilità u Anzjanità Attiva fi stqarrija kien ċaħad, iżda din ġiet kontradetta minn dak li ppubblika l-Gvern stess fil-ħarġa tal-Gazzetta tal- Gvern tal-20 ta' Lulju 2018. Kelliem għall-Ministeru għall-Finanzi kien qal li l-Ministeru ma kienx approva din id-direct order u ntalab rapport, wara li l-Ministru Edward Scicluna qal li ma kienx jaf b'dan it- tender ta' aktar minn kwart ta' biljun ewro. "Fid-dawl ta' dan kollu u fin-nuqqas min-naħa tal-Gvern li jiċċara s-sitwazzjoni, l-Oppożizzjoni qed tagħżel li permezz tat-tliet membri fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi Beppe Fenech Adami, Kristy Debono u Claudio Grech, li titlob lill- Awditur Ġenerali jinvestiga l-kuntratt sabiex f 'ġieħ it- trasparenza u l-governanza tajba jiġi ċċarat u stabbilit xi proċedura ntużat għat- tmexxija ta' din l-estensjoni fil-kumpless tal-anzjani f 'San Vinċenz." Intant min-naħa tiegħu l-Partit Demokratiku qal li issa "żżejjed kollu żejjed" u ħabbru li d-Deputati tal-PD Marlene Farrugia u Godfrey Farrugia rreġistraw kwerela formali mal-Kummissjoni Ewropea, biex tinfetaħ investigazzjoni dwar il- ksur tar-regolamenti tal- UE f 'għotja ta' kuntratt li jinvolvi r-residenza San Vincenz. "Il-Partit Demokratiku hu tal-fehma li l-Gvern qed jonqos milli jamministra b'mod ġust, trasparenti u kontabbli l-flus miġbura mit-taxxi u l-bejgħ tal-assi tal-poplu. Dan hu każ ieħor tipiku." "Hemm dubji serji kemm il-proċedura addotta hi korretta fil-każ tal-offerta li tammonta għal €274,000,000 ta' fondi pubbliċi għall-bini ta' swali ġodda. Dan ifisser li regolamenti u prattiċi ma ġewx segwiti a skapitù ta' flus iċ-ċittadini." "Il-Partit Demokratiku jemmen bis-sħiħ li l-anzjani tagħna għandhom ikollhom kull opportunità li jgħixu ħajja dinjituża f 'ambjent kemm jista' bħal ta' djarhom. Il-flejjes li qed jintefqu fuq binja residenzjali li qed ticċentralizza aktar din it-tip ta' kura f 'żona waħda, ifisser li seta' jsir użu ferm aħjar minnhom kieku jkollna djar residenzjali żgħar fil-qalba tal-ibliet u rħula tagħna u fejn l-anzjani nieħdu ħsiebhom fl-ambjent li huma mdorrijin fih." illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 Aħbarijiet Il-PN jitlob li jkun investigat il-kuntratt tal-estensjoni ta' San Vinċenz Kampanja mill-FMAP biex inqajmu kuxjenza dwar il-ħarsien tal-ibħra tagħna Biex tħallu messaġġ jew iċċemplu: 21242776 WIEĦED TAGĦNA BAĦAR Federation of maltese aquaculture producers

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018