Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060
Sports 30 illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Jien minn dejjem kelli mħabba lejn il-futbol. Meta tkun minn Tas-Sliema bilfors li jkollok ċertu namra lejn il-futbol u anke lejn il-waterpolo għax huma żewġ sport li f 'post twelidi huma tant popolari. Jien inzertajt li minn dejjem kont imdorri nitla' l-istadium nara lil Sliema Wanderers u għalhekk naħseb li kienet awtomatika din l-imħabba lejn il-futbol. Meta kont żgħir kont tipprattika xi sport bħal waterpolo jew il-futbol? Biex ngħidlek il-verità kont nilgħab xi logħbiet 5-a-side iżda qatt ma lgħabt ma' xi tim partikolari. Li hu żgur li kont referì għal seba' snin mal-MFA biex imbagħad qlibt għall-amministrazzjoni proprjament ma' Sliema Wanderers. Jiġifieri l-karriera sportiva tiegħi iktar kienet riservata bħala uffiċjal milli bħala plejer. Bħala president dħalt fiż-żarbun ta' Steve Abela f 'mumenti partikolari għal Sliema. X'tiftakar mill-ewwel esperjenzi tiegħek bħala president ta' Sliema? Meta jien dħalt f 'din il-kariga, kien mument ta' transizzjoni għat-tim. Żgur li xejn ma kienet sitwazzjoni faċli u l-ewwel ħaġa li għamilt kien li nippjana fit-tul. Jien bniedem li nirraġuna li jekk ma niflaħx nagħmel ċerti passi, nara li ma nagħmilhomx u hekk imxejt s'issa f 'dan ir-rigward. Sena wara l-oħra dejjem irnexxielna naslu u nħoss li qatt ma waqajna lura. Ġieli tikkonsulta mal-predeċessuri tiegħek jiġifieri ma' Steve Abela u ma' Robert Arrigo? M'hemmx dubju li fil-bidu kont nikkonsulta ħafna ma' dawn iż-żewġ personalitajiet minħabba li kollox kien għadu ġdid għalija. Fil-verità jien kont qiegħed president ad interim fejn kelli nservi f 'din il-kariga għal xahrejn biss. Din is-sena fis-7 ta' Settembru nagħlaq seba' snin f 'dan ir-rwol u s'issa għadni hawn. Ladarba drajt dan ix-xogħol imbagħad trid titlaq għal rasek u taqdef sabiex iżżomm il-vapur fil-wiċċ. Fil-bidu tal-presidenza tiegħek kellek xi ftit tal-magħmudija tan- nar meta kellu jiġi investitur u ma kien sar xejn. Dan ma kienx xi mument faċli bla dubju. Fil-verità kien hemm ħafna żminijiet diffiċli f 'din il-karriera tiegħi s'issa. L-ewwel meta lħaqt president għax fil-bidu l-affarijiet xejn ma kienu ward u żahar, imbagħad meta kellu jiġi investiment li però sfaxxa kollox fl-aħħar mumenti. Dawn kienu ġew hawn u kellna kważi trattattivi lesti. Iżda ħabta u sabta telqu 'l hemm u minn dak li għidna ma sar xejn. Kienu mumenti iebsin u hawn fejn tibda tħossok waħdek u tikkontempla x'qed nagħmel fil-futbol. Minkejja kollox kellek ukoll żminijiet sbieħ bħar-rebħ tal-FA Trophy sentejn ilu. X'kien ifisser għalik dan l-unur? M'hemmx dubju li kien żmien sabiħ. Iżda żmien isbaħ kien ukoll meta bbilanċjajna l-kotba tagħna u kabbarna n-nursery tagħna fejn minn 90 tifel tlajna għal 350! Niftakar ukoll li konna ġejna t-tielet fil-kampjonat fis-sena 2012 u sena wara pparteċipajna fl-Europa League. Iżda naħseb li l-qofol ta' dawn il- mumenti pożittivi jibqa' r-rebħ tal-FA Trophy kontra Balzan fl-2016 fejn hemmhekk ħassejtni verament kuntent u kburi li jien president ta' Sliema Wanderers. Ħadt pjaċir nara n-nies kuntenti għax kien mument li kien ifisser ħafna għas-Slimiżi. Jien Slimiż bħalhom għax trabbejt f 'dawn it-toroq u nifhem il-ferħ tagħhom. Semmejt l-UEFA Europa League. Stajt nosserva l-iskwadra li għandkom din is-sena. Qed nara li għandhom tim ferm tajjeb li jista' jikkontendi l-ewwel erba' postijiet tal-kampjonat. Taqbel li dan huwa l-aqwa tim li qatt kellek tul il- presidenza tiegħek? Qatt m'emmint li għandek titla' t-taraġ kollu f 'daqqa għax kieku konna nfallu l-klabb. Dejjem nagħmlu dak li nistgħu u issa nemmen li nistgħu naspiraw biex għall-inqas nimmiraw għall-post fl-Ewropa. Kien hemm pjan biex naslu s'hawn. Għandna skwadra twila u kwalità tajba. Iżda jekk ngħidlek li tistgħu tisfidaw għall-kampjonat inkun qed ngħaġġel? Jien ma nħobbx ngħaġġel. Jien nara li għandna 26 final, irbaħna dik kontra Valletta issa għandna oħra diffiċli kontra Floriana. Aħna qegħdin hawn mhux biex nipparteċipaw iżda biex nirbħu. In-natura tagħna s-Slimiżi hekk hi anke jekk tara l-istorja tagħna ta' unuri fil- waterpolo. Ma rridx ngħaġġel iżda żgur li armajna tim li jista' joffri logħba lil kulħadd. Fadal ħafna iżda fiduċjuż li din is-sena nistgħu mmorru aħjar mis-sena l-oħra. Kellkom bidu mill-aqwa meta rbaħtu liċ-champions Valletta bl- iskor ta' 3-0 u din mhux xi ħaġa ta' kuljum. X'taħseb? Kemm ili president għal dawn l-aħħar seba' snin qatt ma kont irbaħt lil Valletta. Għalija din ir-rebħa kienet tfisser ħafna. Kellna żewġ plejers ġodda mill-istaġun li għadda li kienu Ryan Fenech u Jake Galea. Konna tattikament iddixxiplinati u konna attenti li tellajna kontrattakki perikolużi li ssarrfu f 'gowls. Minkejja kollox din ir-rebħa ttappnet xi ftit għax weġġa' l-plejer tagħna Mark Scerri u jien qattajt 20 minuta miegħu f 'mument fejn hu kien verament iddispjaċut. Dan l-episodju sewwidli qalbi u minn hawn nawgurawlu li nerġgħu narawh lura fil- grawnd kemm jista' jkun malajr. Ryan Fenech, Claudio Pani, Jean Paul Farrugia u Jake Galea huma wħud mill-akkwisti li għamilt u li bihom saħħaħt it-tim. Kif wasalt biex iġġib dawn it-tip ta' plejers u kif kienu t-trattativi għalihom? Barra dawn li semmejt ħadna lura lil Ayrton Azzopardi u akkwistajna lil Stefan Cassar u Younes Marzouk. Naħseb li hija ħaġa faċli li terġa' ġġib plejer lura lejn Sliema minħabba l-ambjent uniku li għandna bħala klabb. Huma jafu li aħna nirrispettaw ferm lill-plejers tagħna. Ma kinitx xi ħaġa faċli li nġibu lura lil Jean Paul Farrugia minħabba li kien hemm diversi klabbs interessati fih iżda hu wera x-xewqa li jerġa' jirritorna magħna wara l-esperjenza ma' Chiasso. Minkejja kollox barra li aħna tim nqisna bħala familja kbira. X'għajnuna ssib mill-kumitat ta' Sliema Wanderers? Biex inkun onest miegħek għandi kumitat fenomenali minħabba li jaħdmu ħafna. U meta tara li l-volontarjat naqas sew huwa veru rari li ssib nies li jaħdmu bla heda u mingħajr interessi biex jaraw isem Sliema Wanderers fil-għoli. Xi ħaġa ferm interessanti li saret taħt il-presidenza tiegħek kien proprju l-fatt li ġibt it-titlu legali ta' Tigne. Spjegali x'kien jinvolvi sabiex wasaltu għalihom. Tigne huwa l-post fejn nitħarrġu bħala klabb. Aħna konna bla titlu fejn għandu x'jaqsam faċilitajiet u kien proprju f 'Mejju li għadda li ngħatajna dan id- dritt li jkollna grawnd tagħna. Konna ilna nistennew li jkollna titlu legali biex inkun nistgħu mmexxu grawnd. Din ix-xewqa kienet ilha tberren f 'moħħi u bis-saħħa tal-kumitat ħabrieki tagħna wasalna għalih. Dan kollu ser ikunu qed igawduh it-tfal u l-ġenerazzjoni futura tagħna. Taħseb li l-futbol Malti marid? Jien ser nitkellem fuq ir-realtà tagħna. Aħna bħala Sliema Wanderers offrejna disa' kuntratti lill-plejers tagħna li twieldu fl-1999. Taħt il-gwida ta' Stephen Azzopardi, in-nursery qed tipproduċi t-tfal u ħafna talenti. Jekk tara x'ġara waqt il-partita kontra l-Belt aħna għandna plejers bħal Kurt Shaw, Michele Sansone, Timothy Aquilina li huma żgħażagħ u li qed jippromettu mhux ftit. Semmejt dan kollu għax jien ma naqbilx ma' dik id-domanda li għamiltli. Importanti li l-klabbs tagħna jinvestu fiż-żgħar għax b'hekk biss nistgħu naraw titjib. Nemmen li l-futbol Malti qed jevolvi u dawn iż-żgħażagħ huma l-futur tiegħu. Naqbel għalhekk mal-MFA li ħadet miżura sabiex il-klabbs igawdu minnha fejn jingħata inċentiv meta jilagħbu tfal min-nursery tagħhom. Nista' ngħidlek li mill-ewwel ġurnata li saret din il-miżura diġà tat il-frott għax diversi timijiet daħlu f 'xi ħin jew ieħor tal-partita żgħażagħ Maltin. Din hija inizjattiva ferm pożittiva mhux biss għall-klabbs iżda wkoll għaż- żgħażagħ innifishom. Jien naraha kerha wisq il-fatt li jkollok klabb li jkollu ħafna barranin u kważi xejn żgħażagħ. Aħna bħala tim investejna ħafna fin-nursery iżda naħseb li għandna nġiegħlu lill-klabbs kollha jagħmlu din it-tip ta' bidla minħabba li 'Dan huwa l-aqwa tim ta' Sliema Cristian Antony Muscat Keith Perry - President ferm ħabrieki ta' Sleima Wanderers li jinsab s-seba' sena tiegħu jokkupa din il- kariga u li matul dan l-istaġun jinsab determinat li jwassal lil dan it-tim għas-suċċess mistħoqq. "Il-partitarji tas-Sliema mhumiex xi numerużi meta jkunu l-grawnd iżda għandhom qalb kbira immens. Ma jfissirx li dawk li ma jiġux il-grawnd ma jsegwux il-logħob li nilagħbu aħna. Altru minn hekk! Meta tibda tiltaqa' man-nies f 'Tas- Sliema dawn bħal qisu jagħmlulek ċerta pressjoni sabiex jinkisbu r-riżultati." "Jien ma nħobbx ngħaġġel. Aħna qegħdin hawn mhux biex nipparteċipaw iżda biex nirbħu. In- natura tagħna s-Slimiżi hekk hi anke jekk tara l-istorja tagħna ta' unuri fil-waterpolo. Ma rridx ngħaġġel iżda żgur li armajna tim li jista' joffri logħba lil kulħadd. Fadal ħafna iżda fiduċjuż li din is-sena nistgħu mmorru aħjar mis-sena l-oħra."