Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 Minn Yendrick Cioffi WARA li nhar il-Ħadd li għadda ħarġet l-aħbar li kuċċier se jkun qed jitressaq il-Qorti akkużat b'moħqrija tal-annimali, il-gazzetta ILLUM niżlet il-Belt Valletta u ltaqgħet ma' diversi kuċċiera li kienu skjerati wara xulxin bil-karozzin, jistennew li jmiss lilhom biex idawru lit-turisti tal- cruise liners, dawra mal-Belt Kapitali. Kollha kemm huma wrew id-dispjaċir tagħhom għall- fatt li wieħed minn sħabhom se jkun qed jitressaq il-Qorti, fuq akkużi li fi kliemhom ma jagħmlux sens, wara li ż-żiemel tiegħu waqa' u miet nhar it-8 ta' Awwissu fil- Furjana. Fi stqarrija maħruġa nhar it-Tnejn li għadda, tħabbar li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ppreżenta kwerela lill-Pulizija biex jittieħdu proċeduri kriminali kontra l-kuċċier. "Se jtellgħuh il-Qorti biex jilagħbu l-ballun bih," qal wieħed mill-kuċċiera waqt li kollha kemm huma insistew li se jdaħħluh fl-ispejjeż meta hu ma kien qed jagħmel xejn kontra l-liġi. Il-Ministeru qal kif minn eżami xjentifiku li sar fuq iż-żiemel irriżulta li kien hemm diversi fatturi illi kkontribwixxew għall-mewt taż-żiemel, fosthom "tbatija għall-fatt li ż-żiemel kien espost għas-sħana kif ukoll li f 'dawn iċ-ċirkostanzi kien tiela' telgħa wieqfa b'tagħbija u għaldaqstant ikkawżat temperatura eċċessiva tal- ġisem." Iżda għall-kuċċiera dawn l-akkużi ma jagħmlux sens u spjegaw għaliex jinsabu ċerti li seħibhom ma jistax jinstab ħati. Kull kuċċier għandu l-permessi biex irikkeb sa ħames persuni Spjegaw kif kull kuċċier iħallas liċenzja u anke polza tal-assigurazzjoni, daqslikieku l-karozzin kien karozza. Dawn jagħtuhom permess li jgħabbu sa ħames persuni, apparti l-kuċċier. Skont dawn il-kuċċiera, iż- żiemel ta' seħibhom ma kienx qed iġorr aktar minn turist wieħed. 'Ilha snin twal tintuża l-istess telgħa... qatt ma mietu żwiemel' Dwar l-akkuża li ż-żiemel "kien tiela' telgħa wieqfa b'tagħbija," il-kuċċiera kollha saħqu li din l-istess rotta, li tibda mit-telgħa magħrufa tal-Kurċifiss, ilha snin twal tintuża u fi kliemhom qatt qabel ma miet żiemel għax telagħha. "Kulħadd jitla' minn hawn. Minn qabel il-gwerra kienu jitilgħu biż-żwiemel minn hawn. Jien ilni 32 sena bil- karozzin u qatt ma naf li miet żiemel għax tela' din it-telgħa," insista wieħed mill-kuċċiera. 'Għamilna snin fis-sħana u bla tined' U dwar is-sħana? Iż-żiemel ma jbatix meta jagħmel sigħat sħaħ fix-xemx? "Ma hemm l-ebda liġi li tgħidilna li ma nistgħux naħdmu meta t-temperatura tilħaq ċertu livelli," dlonk wieġeb wieħed mill-kuċċiera. "Iż-żiemel bħall-bniedem. Il-klima daraha u din is-sena lanqas mewġa tas-sħana waħda ma kellna. Taf kemm għamilna snin fis-sħana u bla tined u qatt qabel ma miet żiemel." U lil min xorta jqis dan bħala moħqrija, u jrid li jwaqqfuhom, x'tgħidulhom? "Zijuwi kien ġej mill-għalqa waqa' u miet. X'nagħmlu? Ma naħdmux aktar għelieqi? Ma ntellqux aktar żwiemel għax ġieli mietu? Ma nilagħbux aktar futbol għax miet plejer fil-grawnd? Ma joħorġux aktar ċiklisti għax intlaqat wieħed u miet?" 'Il-kuċċiera jħallsu għall- ilma u d-drenaġġ' Mal-kuċċiera tkellimna wkoll dwar kemm iż-żiemel ikollu bżonn jixrob. Spjegaw kif f 'ġurnata dan jixrob barmil jew barmil u nofs ilma u fil-Belt Valletta, minkejja li lmentaw li ma hemmx kumdità kbira, hemm magni apposta biex il-kuċċiera jkunu jistgħu jimlew minnhom. Biex jimlew l-ilma minn dawn il-pompi, il-kuċċiera għandhom kard u jħallsu għaliha €15 kull sitt xhur. Il-kuċċiera jħallsu wkoll għal sistema apposta għad- drenaġġ. "Iżda qabel niġu l-Belt, iż- żiemel ikun diġà mitmugħ u misqi," kompla jgħid wieħed mill-kuċċiera li tkellem magħna. 'Għandi erba' żwiemel; dan għandu tlett ijiem mistrieħ' Apparti minn hekk, il- maġġoranza tal-kuċċiera għandhom aktar minn żiemel wieħed u hemm min saħansitra għandu erbgħa u jalterna bejn wieħed u ieħor. "Dan iż-żiemel issa għandu erbat ijiem ġewwa. Taħseb li jien irrid noqtol liż-żiemel li naqla' lira bih?" 'Flok mort il-festa dort dawra maż-żwiemel' Fil-fatt tkellimna magħhom ukoll fuq il-kura li jagħtu liż- żwiemel tagħhom. Insistew li biex trabbi żiemel trid tkun iddedikat. "Nhar il-Ħadd ġlieda mal-mara. Kellna l-festa u flok ħriġt, dort dawra tajba maż-żwiemel," qalilna kuċċier. Dan apparti l-ispejjeż li jirrikjedu. Apparti l-ikel hemm ukoll kura. "Ġieli tiġi ġimgħa tonfoq €80, ġieli €200 u meta darba kelli żiemel ħa riħ fil-pulmun infaqtlu €700." illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 'Se jtellgħu lill-kuċċier il-Qorti biex jilagħbu l-ballun bih' • Kuċċiera jisħqu li seħibhom ma għamel xejn kontra l-liġi • Ma jaqblux ma' proposta biex jieqfu jaħdmu għal sagħtejn • Jaqblu u jipproponu li tinbidel ir-rotta biex jevitaw it-tlajja' LILLUM tkellmet ukoll ma' Kevin Debono li hu l-President tal-Għaqda tal-Kuċċiera li żvela mal-gazzetta ILLUM li ftit jiem wara li miet iż-żiemel, il-kuċċiera kollha kellhom laqgħa mas-Segretarju Parlamentari għad- Drittijiet tal-Annimali, Clint Camilleri u d-Direttur tad- Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali, Noel Montebello. Fil-fatt, il-Ministeru għall-Ambjent qal fi stqarrija li bdew id- diskussjonijiet u se jiddaħħlu regolamenti ġodda dwar l-użu tal-karozzini fl-ambitu tal-ħarsien xieraq tal-annimali. Imma x'qed ikun propost u x'jixtiequ l-kuċċiera? Waqt din il-laqgħa, issemmiet il-proposta li l-karrozzini jieqfu jaħdmu bejn nofsinhar u s-sagħtejn, proposta li ma tantx niżlet tajjeb mal-kuċċiera, għax fi kliem Kevin Debono, dawk huma l-aħjar sigħat għalihom. "Dawk huma l-aqwa ħinijiet li l-kuċċier għadnu biex jaqla' lira." Minkejja dan, kienu l-kuċċiera stess li qablu, għalkemm għalissa ma hemm xejn bil-miktub, li f 'każ li t-temperatura tlaħħaq ċertu livelli 'eċċessivi' jiefqfu jaħdmu għal dawk is- sagħtejn. Jidher li ntlaħaq qbil ukoll li tinbidel ir-rotta. Kif spjegat fl-artiklu, bħalissa r-rotta tibda mit-Telgħa tal-Kurċifiss, l-istess triq fejn miet iż-żiemel. Il-kuċċiera qablu li minn ħdejn il-Valletta Waterfront jitilqu lejn il-Knisja ta' Liesse, jitilgħu minn ħdejn il-Victoria Gate biex jiżbukkaw ħdejn il-Qanpiena tal-Assedju. Debono spjega li hekk tkun evitata t-telgħa tal-Kurċifiss u anke t-telgħa wieqfa ta' taħt il-Qanpiena tal-Assedju. Ovvjament ikunu jridu jsiru l-arranġamenti tat-traffiku, biex minflok jinżel mit-triq tal-Victoria Gate, it-traffiku jibda jitla'. Il-kuċċiera qed jittamaw ukoll li jkollhom ħafna aktar kumdità, fosthom tined aħjar u aktar aċċess għall-ilma. "Din tgħidilha tinda? Dalgħodu x-xita nieżla u kollox għal fuqna," qabeż wieħed mill-kuċċiera. "Nixtiequ li s-sewwieqa jirrispettawna aktar, mhux kulħadd joffendina u jgħajjat magħna qisna tfal. Allaħares ma toqgħodx żewġ passi lura għax kieku kuljum il-Qorti," insista kuċċier ieħor. Sakemm jitħabbru r-regolamenti l-ġodda, Kevin Debono, imdawwar bil-kuċċiera sħabu, assigura li ż-żwiemel tagħhom jinsabu miżmuma fl-aqwa kundizzjoni, "anzi aħjar milli suppost." "Biex iżżomm żiemel trid il-flus. Taħdem bil-karozzin għax tkun tħobb żiemel," temm jisħaq Debono. Propost li tal-karozzini ma jaħdmux bejn nofsinhar u s-sagħtejn Kevin Debono President tal-Għaqda Kuċċiera

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018