Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet jixtru onlajn għax iktar komdu u jsibu jixtru affarijiet li ma jsibux Malta. Oħrajn wieġbu li jiffrankaw mill-inkwiet tal- parkeġġ u li x-xiri onlajn jieħu inqas ħin. Donnha llum il-ġurnata l-fiduċja fl- internet hi waħda b'saħħitha ħafna hekk kif l -ILLUM staqsiet jekk jikkunsidrawx ix-xiri onlajn bħala wieħed sigur, 98% wieġbu favur. Għalkemm, f 'mistoqsija separata, nofs il-parteċipanti wieġbu li ġieli esperjenzaw xi tip ta' problema waqt ix-xiri tagħhom onlajn. Ir-riżultati wrew li 36% esperjenzaw dewmin u 22% wieġbu li rċievew prodotti żbaljati. Problemi oħra li sabu xi wħud kienu li ma jaslilomx dak li jkunu ordnaw jew inkella jirċevuh b'xi difett. Dan l-istħarriġ sar fost 50 persuna fuq jumejn u permezz ta' Facebook. Jekk dawn in-nies kollha qegħdin jagħżlu li jagħmlu x-xirjiet tagħhom onlajn, kif qed jintlaqtu dawk bi ħwienet żgħar? L-ILLUM staqsiet sidien ta' ħwienet żgħar biex tara aktar mill-qrib is- sitwazzjoni preżenti ta' dawn in-negozji. Sid ta' ħanut tal-ħwejjeġ l i ilu jopera għall-bosta snin stqarr magħna li ra differenza kbira f 'dawn l-aħħar seba' snin. "Ix-xogħol naqas drastikament" ikompli jgħid is-sid. Dan kien evidenti hekk kif lanqas persuna waħda ma kienet tidher fil-ħanut, fl-eqqel tas-sajf meta ħafna jkunu qegħdin bil-vaganzi. Sidt ta' ħanut ieħor bi ħwejjeġ tal- okkażżjoni, wieġbet li x-xiri onlajn ma ħalliex impatt negattiv fuq in-negozju tagħha. Kompliet tgħid li minħabba li t-tip ta' ħwejjeġ li tbigħ huma dawk tal-okkażżjoni, il-maġġoranza tan-nies ikunu jridu jippruvaw qabel jixtru. Sidt ta' ħanut ieħor b'affarijiet tal-aċċessorji, wieġbet li wkoll rat differenza sostanzjali f 'dawn l-aħħar snin. Is-sidt saħqet magħna li jkollha wkoll klijenti li jqabblu l-prezzijiet tagħha ma' dawk onlajn li jkunu irħas. Qalet ukoll li, minħabba li l-ħlas tal-posta hu wieħed relattivament baxx, in-nies se jibqgħu jixtru mill- internet minflok mis-suq lokali. Is-sidien li tkellmet magħhom din il-gazzetta, qegħdin jużaw l-internet sabiex jippromovu l-prodotti b'tama li aktar nies iżuru n-negozji tagħhom. Li tixtri onlajn dejjem konvenjenti? Konvenjenti? Forsi mhux daqshekk. Skont il- Consumer Conditions Scoreboard, Malta kien l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li rrapporta problemi fuq kunsinna (delivery) b'63.4%. L-MCCAA tgħidilna li madwar 20% tal-problemi li ltaqgħu magħhom konsumaturi Maltin li xtraw onlajn fl-2017, kienu jikkonċernaw prodotti difettużi. Ilmenti oħra li rċievew l-ECC Malta kienu li prodotti ma jaslux kif ikunu ordnati. Dawn jammontaw għal madwar 10%. Ilment ieħor li kien komuni fost il-konsumaturi Maltin b'persentaġġ ta' 14% kien, li l-bejjiegħa barranin jirrifjutaw li jibagħtu l-prodott lejn Malta jew saħansitra jimponu ħlasijiet addizzjonali sabiex jasal Malta. Minkejja dan, 1% biss tal-ilmenti li rċieva l-ECC fl-2017, kienu kontra bejjiegħa lokali li joffru servizz jew ibigħu l-prodotti tagħhom onlajn. Kun af xi drittijiet għandek meta tixtri onlajn! Id-drittijiet mhux biss meta tixtri minn Malta. Jekk ġieli sibt lilek innifsek bejn ħaltejn dwar xi drittijiet għandek meta tixtri onlajn, għandek issib din l-informazzjoni li ġiet mogħtija lilna mill-MCCAA utli. 1. Il-konsumatur għandu dritt għall- informazzjoni dwar l-identità tal- bejjiegħ u fejn jista' jikkomunika miegħu b'mod effiċjenti f 'każ li tinqala' problema bix-xiri li jkun sar. 2. Prodotti esebiti onlajn għandhom ikunu mmarkati bi prezz li jinkludi t-taxxi u l-ispejjeż postali, meta applikabli. 3. Il-konsumatur għandu dritt li jiġi provdut b'informazzjoni fuq kif irid isir l-ħlas tal-oġġetti jew servizzi mixtrija u dwar il-kunsinna tal-prodotti. 4. Il-konsumatur għandu dritt għall- kanċellazjoni tax-xiri. Dan id-dritt jibqa' jgħodd sa 14–il ġurnata mid-data meta l-oġġett mixtri jasal għand ix-xerrej. F'każ ta' servizzi, dan id-dritt japplika minn meta jiġi ffirmat il-kuntratt għax-xiri tas-servizz. Il-konsumatur m'għandux obbligu li jagħti raġuni għaliex iddeċieda li jikkanċella x-xiri. Jekk din l-informazzjoni ma tiġix ipprovduta lill-konsumatur, skont il-liġi, il-perjodu sakemm il-konsumatur jista' jikkanċella l-kuntratt tax-xiri, jiġi estiż sa sena jew 14–il ġurnata mid-data meta l-konsumatur jiġi infurmat b'dan id-dritt. 5. Meta konsumatur jixtri prodott onlajn u dan il-prodott jirriżulta difettuż jew mhux kif deskritt mill-bejjiegħ, il-konsumatur għandu l-istess drittijiet legali daqslikieku l-istess oġġett inxtara minn ħanut. Dan ifisser li l-konsumatur jista' jitlob rimedju mingħajr ħlas mingħand il-bejjiegħ. Madankollu, jekk ma tilħaqx ftehim mal-bejjiegħ tista' tgħaddi l-ilment tiegħek fuq is-sit www.eccmalta. gov.mt la darba qiegħed tixtri minn bejjiegħ li jinsab Stat Membru ieħor tal- Unjoni Ewropea. Jekk l-ilment tiegħek jikkonċerna xiri onlajn minn bejjiegħa lokali u ma tkunx ilħaqt ftehim mal- bejjiegħ, għandek tgħaddi l-ilment tiegħek fuq is-sit elettroniku tal-MCCAA www.mccaa.org.mt Għal aktar informazzjoni dwar xi drittijiet għandek bħala konsumatur tista' tibgħat email fuq info@mccaa.org.mt Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum onlajn, bil-maġġoranza jkunu rġiel

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018