Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 | illum SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat MANCHESTER City, barra minn darhom, sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta' 1-1 min- neo-promossi ta' Wolves. Kienu Wolves li fetħu l-iskor fis-57 minuta perezz ta' Willy Boly qabel Aymeric Laporte ġab l-iskor indaqs għal Manchester City fid-69 minuta. Arsenal ġewwa darhom fl-Emirates Stadium dawru telfa f 'rebħa ta' 3-1 kontra West Ham United. Kienu l-Hammers li fetħu l-iskor fil-25 minuta permezz tal- Awstrijakk Marko Arnautovic, iżda ħames minuti biss wara Nacho Monreal ġab l-iskor indaqs għal Arsenal qabel il-Gunners irduppjaw l-iskor fis-70 minuta permezz ta' awto-gowl sfortunat tal-plejer ta' West Ham United, Issa Diop, waqt li ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet gowl fid-90 minuta permezz ta' Danny Welbeck. Everton barra minn darhom sfaw miżmuma fi draw diżappuntati ta' 2-2 minn AFC Bournemouth bil-gowls għat-Toffess jaslu minn Theo Wacott fis-56 minuta u minn Michael Keane fis-66 minuta. Min-naħal-oħra AFC Bournemouth naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' penalty ta' Joshua King fil-75 minuta, qabel ġabu l-iskor indaqs permezz ta' Nathan Ake fit-80 minuta. Ta' nota huwa l-fatt li ż-żewġ timijiet spiċċaw il-partita jilagħbu b'10 plejers meta l-ewwel tkeċċa Richarlison għal Everton fil-41 minuta u mbagħad tkeċċa Adam Smith għal AFC Bournemouth fil-61 minuta, it-tnejn permezz ta' karta ħamra diretta. Leicester City barra minn darhom għelbu l-isfida ta' Southampton bl-iskor ta' 2-1, b'Ryan Bertrand jiftaħ l-iskor għas-Saints fis-56 minuta waqt li Demarai Gray ġab l-iskor indaqs għall-Foxes erba' minuti biss wara. Kellu jkun id-difesnur internazzjonali Ingliż Harry Maguire li skorja l-gowl tant importanti li tahom tliet punti prezzjużi b'mod drammatiku propju fid-90 minuta. Rimarkabbli huwa l-fatt li Southampton fis-77 minuta spiċċaw jilagħbu bi plejer inqas meta tkeċċa għalihom il-plejer Pierre Hojbjerg wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Intant, il-konfront bejn iż-żewġ neo-promossi Huddersfield Town u Cardiff City intemm fi draw ta' mingħajr gowls. Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 25 ta' Awwissu Wolves vs Manchester C. 1-1 AFC Bournemouth vs Everton 2-2 Arsenal vs West Ham United 3-1 Huddersfield Town vs Cardiff City 0-0 Southampton vs Leicester City 1-2 FIXTURES Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 14:30 Watford vs Crystal Palace 17:00 Fulham vs Burnley 17:00 Newcastle United vs Chelsea It-Tnejn 27 ta' Awwissu 21:00 Manchester United vs T. Hotspur Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 18:00 Spal vs Parma Calcio 1913 20:30 Fiorentina vs Chievo Verona 20:30 Cagliari vs Sassuolo 20:30 Frosinone vs Bologna 20:30 Genoa vs Empoli 20:30 Inter vs Torino 20:30 Udinese vs Sampdoria It-Tnejn 27 ta' Awwissu 20:30 Roma vs Atalanta Willy Boly jiftaħ l-iskor għal Wolves s-57 minuta Nacho Monreal jifraħ ma' Hector Bellerin wara li skorja l-ewwel gowl għall-Arsenal r-rebħa ta' 3-1 kontra West Ham United Manchester City miżmuma draw diżappuntanti minn Wolves

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018