Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 Tazza tad-Dinja 2022 – Il-FIFA trid tagħmel investigazzjonijiet independenti dwar it-talba tal-Qatar ILFIFA ġiet imħeġġa sabiex tagħmel investigazzjoni indipendenti dwar kif il-Qatar ingħata d-dritt li jorganizza t-Tazza tad-Dinja tal-2022. Dan kollu ser isir fid-dawl ta' xi allegazzjonijiet li qed jgħidu li l-grupp mill-Qatar li kien qed jissottometti applikazzjoni tellef permezz ta' 'sabutaġġ' lill-pajjiżi oħra li xeħtu n-nomina tagħhom. Iċ-chairman tal-kumitat sportiv Damian Collins qal li ċerti allegazzjonijiet ippubblikati fil-ħarġa ta' TheSunday Times riċentament huma serji u jekk jinstabu li huma verita' jmorru kontra r-regoli oriġinali tal-FIFA. Collins qal li din l-allegazzjoni titlob li jkun hemm investigazzjoni indipendenti u l-FIFA għandha tkun ċara li dan kollu jseħħ. Meta kien qed jitkellem fuq BBC Radio 5 huwa żied jgħid li jekk il-Qatar kisru xi forma ta' regola, dawn iridu jiffaċċjaw xi sanzjonijiet. Sadanittant fi stqarrija maħruġa mill-kumitat suprem fi ħdan il-Qatar, dan ċaħad kategorikament kull allegazzjoni li ħarġet il- gazzetta Ingliza. Din tal-aħħar qed tallega li rat dokumenti llikjati li juru li t-team li kien qed imexxi 'l quddiem l-applikazzjoni tal-Qatar qabbad kumpanija Amerikana u ex aġenti tas-CIA sabiex itellfu lill- kontestanti l-oħra biex jorganizzaw it-Tazza tad- Dinja erba' snin oħra. L-għan ewlieni kien li jkun hemm propaganda favur il-Qatar li sa ċertu punt timmina li dawk kollha li applikaw u tagħti vantaġġ lill-pajjiż Għarbi. L-organizzaturi tat- tournament għadhom qed jiċħdu dawn l-allegazzjonijiet bil-gazzetta Ingliża ssostni li jekk dan kollu sar, il-Qatar kisru r-regoli tal-FIFA. Fil-fatt dan il-pajjiż għeleb rivali oħra organizzaturi bħall-Istati Uniti, l-Awstralja, il-Korea t'Isfel u l-Ġappun sabiex jorganizzaw it- turnament mondjali erba' snin oħra. Fil-fatt ir-regoli tal- FIFA jgħidu li dawk li jitolbu li jorganizzaw dan l-avveniment ma jistgħux jagħmlu l-ebda stqarrija dwar kandidaturi oħra li jkunu qed jiġu sottomessi. It-tim organizzatur tal- Qatar diġà kien akkużat b'korruzzjoni iżda din l-akkuża twaqqgħet wara inkjesta mill-FIFA. Xi wħud mill- allegazzjonijiet li ħarġu mill-gazzetta TheSunday Times kienu jinkludu spiża ta' $9,000 (£6,870) sabiex jinkiteb rapport negattiv fuq in-nefqa totali ġaladarba tiġi organizzata t-tazza tad-dinja fl-Istati Uniti. Dan ir-rapport intqal li ġie mqassam mal-mezzi tax-xandir minn madwar id-dinja. L-artiklu jgħid ukoll li ġurnalisti, bloggers u nies ta' ċertu profil ġew minn kull pajjiż ġew impjegati biex jesprimu d-dubji tagħhom dwar l-organizazzjoni ta' pajjiżi oħra filwaqt li jfaħħru lil Qatar. Ġew impjegati wkoll numru ta' għalliema tal-edukazzjoni fiżika Amerikani sabiex jopponu din it-Tazza tad- Dinja u jonfqu l-flus fuq is-settur sportiv minflok. Dawn flimkien ma' aktar allegazzjonijiet qed joħorġu f 'dawn is-sigħat li tagħti dell ikrah fuq dan it-tournament li issa ser jiġi investigati. Fl-aħħarnett il-ġurnal Ingliż żvela wkoll li t-team mill-Qatar daħħal jaħdem magħhom lid- direttur tal-kumpanija tal-komunikazzjoni Brown Lloyd Jones li flimkien ma' grupp tal-intelligence kien qed imexxu kampanja li tagħti aktar saħħa lill- pajjiż Għarbi u ddgħajjef il-pożizzjoni tal-kandidati oħrajn. B'reazzjoni għal dan ir- rapport, il-kumitat suprem fil-Qatar tenna li investigaw kull ma kien qed jintqal u saħqu li mxew mar-regoli tal-FIFA u ngħataw id-dritt li jorganizzawha kif suppost mingħajr ebda ħsibijiet ħżiena. Il-Qatar rebħu d-dritt li jorganizzaw it-Tazza tad- Dinja f 'Diċembru 2010 u din mistennija ssir bejn il-21 ta' Novembru u t-18 ta' Diċembru. Il-Qatar f'kontroversja rigward kif ingħatat id-dritt mill-FIFA li tospita t-Tazza tad-Dinja -2022 Jurgen Balzan semi-finalista ġewwa Bologna fil- Major tal-Italja RIĊENTAMENT, ġie organizzat il-Major tal-Italja ġewwa Bologna fis-sala sportiva, Palasavena. Fl-ewwel jum kien hemm il- kompetizzjonijiet individwali. Malta kienet rappreżentata minn tliet plejers fil-Kompetizjoni Open. Tristan Fenech li mgħaddiex il-fażi tal-gruppi, Massimo Cremona li wasal sal- aħħar 32 fejn tilef kontra Simone Bertelli bl-iskor ta 1-0 u Derek Conti li wasal sal-aħħar 16 fejn tilef kontra Daniele Bertelli bl- iskor ta 2-1. L-Ispanjol Carlos Flores kien ir-rebbieħ tal-kategorija Open. Fil-kategorija tal-Veterani kien hemm John Zammit li m'għaddiex mill-faż tal-gruppi u Jason Pisani li wasal sal-'Play offs' ta' wara l-fażital-gruppi. It-Taljan Gerardo Patruno kien ir-rebbieħ tal-kategorija tal-veterani. Fil-kategorija ta' taħt id-19-il sena Jurgen Balzan wasal sas- semi-finali ta' dan il-Major. It-Taljan Luca Riccio kien ir- rebbieħ ta' din il-kategorija. L-għada kien hemm il- kompetizzjonijiet tat-timijiet. Bħala tim Malti kien hemm dak ta' Valletta Subbuteo Club li kien iffurmat minn Derek Conti, Joseph Borg Bonaċi, Emanuel Camilleri u l-Belġjan Pascal Scheen. Valletta Subbuteo Club waslu sal-aħħar 16 meta tilfu kontra t-tim ta' Rocheforte TS bl-iskor 1-0. Tristan Fenech u John Zammit kienu qed jilagħbu mat-tim Grieg Piraeus Lions. Massimo Cremona kien qed jilgħab mat- timTaljan Reggio Emilia, Jason Pisani kien qed jilgħab mat- tim Taljan Master San Remo u Jurgen Balzan kien qed jilgħab mat-tim Taljan tiegħu Black & Blue Pisa li waslu sas-semi-finali. It-Tim rebbieħ kien SC Fiamme Azzurre. Jurgen Balzan - semi-nalista l-kateorija tal-U19

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018