Illum previous editions

illum 26 August 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1019060

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 26 ta' Awwissu 2018 Aħbarijiet Chetcuti jgħid illi l-Gvern qed jadotta attitudni pożittiva lejn il- proposti tagħha, inkluż inċentivi lis-sidien biex 'iraħħsu' l-kirjiet... DIN il-gazzetta tista' tiżvela illi l-Gvern qed jikkunsidra proposta partikolari magħmula mill-Malta Developers' Association (MDA) biex sidien, li bil- volontà tagħhom jiddeċiedu li jżommu l-kirja baxxa sabiex jintlaħqu persuni li ma jifilħux iħallsu, jingħataw inċentivi ta' tnaqqis fit-taxxa meta jbigħu dik il-proprjetà. Il-proposta li għadha fl- ewwel stadji tagħha u allura għadha qed tkun diskussa hija magħmula biex tinċentiva lis-sidien iżommu l-kirjiet baxxi u bħala rikonoxximent is-sidien igawdu minn inċentivi fiskali. Naturalment din il-proposta tħalli lis-sidien f 'libertà assoluta dwar jekk jixtiqux jieħdu l-opportunità minnha. F'kuntatt ma' din il-gazzetta l-President tal-MDA Sandro Chetcuti kkonferma li din hija waħda mill-proposti li qed tressaq l-assoċjazzjoni għall- kunsiderazzjoni tal-Gvern hekk kif issa riesaq ġmielu baġit ieħor li mistenni jkun parti mill-isforz tal-Gvern biex jindirizza l-problema ta' kirjiet privati għoljin. Fil- fatt sors li tkellem ma' din il-gazzetta kkonferma dak li numru ta' Deputati Laburisti kien qalu lill-gazzetta ILLUM, jiġifieri li l-'housing' tibqa' kwistjoni problematika u li qed titfa' iktar pressjoni fuq id-dipartimenti tal-Assistenza tal-Klijent (Customer Care) ta' diversi Ministeri. Il-proposta se taħdem b'mod illi jekk pereżempju inti għandek proprjetà li tista tikriha b'€800, tista' minflok tikriha b'€400 jew €500 (pereżempju) biex tilħaq iktar lil dawk li ma jkunux jistgħu jħallsu u minflok tibbenifika minn miżuri ta' qtugħ jew tnaqqis ta' taxxa. B'hekk il- Gvern ikun qed 'jiffrankalek' l-ispejjeż talli int krejt bi prezzijiet inqas minn dawk li jiddetta s-suq, permezz tal-forniment u t-talba għall- kirjiet. Chetcuti sostna illi din dejjem hija għażla u l-ebda sid mhu se jkun qatt imġiegħel jaċċetta miżura bħal din li sejħilha bħala waħda 'bis-sens' u miżura li hija 'pro-business' imma li twieżen ukoll lill-vulnerabbli." "Għalkemm mhux kompitu tagħna li nressqu dawn il- proposti, aħna lesti li ngħinu fejn hemm nies vulnerabbli li qed ibatu mill-kirjiet, b'mod speċjali dawk il-persuni li jkunu għaddew minn seprarazzjoni u li allura jkunu qed jiddependu minn paga waħda," qal Chetcuti. Għalissa għadhom mhumiex magħrufin id-dettalji tal- proposta għalkemm huwa mifhum li t-tnaqqis fit-taxxa jiddependi minn kemm tkun il-kirja 'mnaqqsa' u kemm ikun twil il-perjodu illi sid jiddeċiedi li jikri b'dan il-mod. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM, Chetcuti qal illi l-Gvern qed jilqa' proposti bħal dawn b'mod pożittiv ħafna għaliex, skontu, dawn mhumiex proposti estremi u mhuma qed jieħdu xejn mingħand ħadd biex jagħti lill-ħaddiehor. L-MDA kienet esprimiet nuqqas ta' qbil qawwi ħafna mal-kunċett ta' kontrolli fil-prezzijiet tal-kirjiet, xi ħaġa li saret f 'ċerti bliet iżda li r-riżultat tagħha għadu wieħed dibattibbli. Il-proposta tal-MDA tiġi fiż-żmien illi matulu għaddejjin l-aħħar tħejjijiet għall-White Paper dwar il-kirjiet privati, li kif żvelat din il-gazzetta l-proċess biex tkun ippubblikata waqa' xi ftit lura minħabba biża' illi malli tkun ippubblikata jisplodu l-prezzijiet tal-kirjiet privati. Huwa mifhum li dan id- dokument li mbagħad se ssir diskussjoni dwaru se jkun ippubblikat f 'Settembru, għalkemm mhux eskluż lanqas li jkun ippubblikat mal-baġit li jmiss. Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt 'Din hija proposta pro-business u li twieżen lil min għandu bżonn' - Chetcuti Wiċċ ġdid mal-Labour; Noel Cassar għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew NOEL Cassar, 31 sena miż- Żejtun, impjegat fis-settur finanzjarju bħala Maniġer ma' kumpanija finanzjarja, formalment preżenta n-nomina tiegħu bħala Kandidat għall-Elezzjoni għall-Membri Parlamentari Ewropej f 'Mejju tas-sena d-dieħla. Il-Kandidatura ta' Cassar irċeviet l-appoġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat u għanda wkoll l-appoġġ tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal- Kummerċ Carmelo Abela, tas- Segretarju Parlamentari għal- Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Dr Aaron Farruia u l-Membri Parlamentari Dr Robert Abela u Dr.Silvio Grixti. Fin-nomina tagħhom, il- Ministru Carmelo Abela u Dr Silvio Grixti, saħqu li persuna determinata, ħabrieka u kapaċi bħal Noel, jagħmluh denju li jirrappreżenta l-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament Ewropew. Dr Robert Abela enfasiżża li l-esperjenza ta' Cassar fl-ekonomija u s-settur finanzjarju għandha tgħin il-kandidatura tiegħu tkompli tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Partit Laburista f 'dan il-qasam. Hu żied wkoll li l-kandidatura ta' Noel hija ċertifikat ta' kemm it-think tank tal-Partit Laburista, il- Fondazzjoni Ideat, hi effettività fil-ħidma tagħha li trawwem u tipproduci nies ta' stoffa biex jidħlu fix-xena politika. Fin-nomina tiegħu, Dr Aaron Farrugia qal li bniedem bħal Noel fil-Parlament Ewropew għandhu l-ħiliet neċessarji li jgħin fid-diskussjonijiet biex nissalvagwardjaw is-sistemi preżenti ta' tassazzjoni u ma nħallu l-ebda moviment li jrid jarmonizza s-sistema ta tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea. F'dawn l-aħħar xhur bosta persuni ħeggew lil Cassar jagħmel dan il-pass biex jaħdem qattieħ, jiddefendi isem pajjiżna u jkun vuċi soda favur Malta u Għawdex tagħna. Huwa spjega li din in-nominazzjoni tfisser ukoll impenn u lealtà lejn pajjżna, lejn il-valuri u l-karatteristiċi li jagħmluna Maltin u Għawdxin. Jekk kemm-il darba jiġi elett, huwa se jkun qiegħed jaħdem bla heda biex Malta u Għawdex jibqgħu jkunu fuq quddiem fl-aġenda Ewropea, b'mod pożittiv. Huwa għandu għal-qalbu temi dwar l-Immigrazzjoni, Kummerċ Internazzjonali, affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, Enerġija, Trasport u Turiżmu, id-Drittijiet Ċivili, is- suq tax-xogħol u l-Protezzjoni tal-Konsumatur. Noel huwa tewmi identiku ma' ħuh. Huwa speċjalizza l-istudju tiegħu b'Masters fil-Banking u l-Finance u gradwa wkoll mill-istitut tac-CFA fl-Amerika. Huwa wieħed mill-ftit CFA charterholders li hawn Malta. Apparti min hekk, hu jgħallem fl-Università ta' Malta u f 'diversi kulleġġi li għandna Malta. Illum Noel huwa membru fl-Eżekuttiv tal-Fondazzjoni IDEAT, li hija t-think thank progressiva tal-Partit Laburist, intiża sabiex tipproponi u tippromovi politika progressiva għas-seklu 21. Cassar saħaq li fl-Ewropa hemm bżonn membri parlamentari li jaħdmu għal Malta u Għawdex u li jġibu l-aħjar interess għal pajjiżna. Hu jemmen li l-enerġija żagħżugħa flimkien mad-determinazzjoni tiegħu, persważ li ħa jservu ta' kontribut lejn pajjiżna u jkun l-Vuċi Tiegħek fl-Ewropa.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 26 August 2018