Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
11 Aħbarijiet Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum Rapport tal-Eurostat juri lil Malta fi l-quċċata fl -użu ta' Facebook, Twitter u Instagram, fost l-aktar pajjiżi b'karozzi fi t-toroq u b'waħda mill-ogħla rati ta' immigranti fl -Ewropa... ITTRAFFIKU huwa wieħed mill-akbar uġigħ ta' ras għal bosta f 'dan il- pajjiż, mhux biss dawk li jsuqu karozza imma wkoll il-passiġġieri tat-trasport pubbliku jew inkella kull trasport li kapaċi jwassal disgħa min-nies jew aktar, minn post għall-ieħor. U issa dan nistgħu nikkonfermawh minn statistika miġbura mill- Eurostat li turi kif Malta għandha fost l-ogħla rata ta' karozzi mir-reġjuni kollha tal-UE (Malta kienet meqjusa bħala reġjun għall-fini ta' dan l-istudju) u l-ogħla rata ta' vetturi pubbliċi tal- passiġġieri fl-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal- madwar kollha. L-istudju 'Eurostat Regional Yearbook' ippubblikat din il-ġimgħa juri kif Malta għandha l-ogħla rata ta' vetturi li jkopru tal- linja, coaches u 'mini-buses' fit-toroq tagħha għal kull 1,000 persuna li tgħix pajjiżna. Fil-fatt Malta għandha iktar minn tliet vetturi ta' dan it-tip għal kull 1,000 resident. Li jagħmel lil Malta unika sa ċertu punt, huwa li ġeneralment ir-rata ta' dawn it-tip ta' vetturi li jġorru passiġġieri huma ogħla f 'postijet fejn l-użu tal-karozzi huwa baxx. Madanakollu f 'pajjiżna r-rata tal-użu tal-karozzi xorta hija għolja. U allura mhux ta' b'xejn qed neħlu iktar fit-traffiku. It-Turkija, pereżempju, għandha rata għolja ta' xarabanks u vetturi simili (għalkemm xorta inqas minn Malta), imma mbagħad għandha rata baxxa ħafna ta' karozzi, inqas minn 350 għal kull 1,000 abitant. F'Malta, min-naħa l-oħra, sal-2017, kellna 615-il karozza għal kull 1,000 abitant, bil-gżejjer Baleriċi (Ibiża, Majorca u Minorka) u Ċipru b'595 karozza u Korsika b'558 karozza kull 1,000 abitant jikklassifikaw taħtna. Kemm Korsika u anke l-gżejjer Baleriċi jirreġistraw rata iktar baxxa ta' vetturi tal- passiġġieri minn Malta. Ir-rapport jgħid li ħafna drabi r-rata għolja ta' karozzi u tispeċifika r-rata għolja ta' vetturi tal-passiġġieri f 'Malta hija frott nuqqas ta' infrastruttura ta' ferrovija jew trasport fil-forma ta' over/ underground. Fost l-aktar li nużaw il- midja soċjali... Imma mhuwiex fil-vetturi biss li pajjiżna jikklasifika mal-pajjiżi fil-quċċata. Fil-fatt dan l-situdju juri wkoll kif il-Maltin u l-Għawdxin huma fost l-aktar li jużaw il-midja soċjali. Fost it-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, bħala medja, 54% tal- popolazzjoni adulta tieħu sehem f 'kuntatt permezz ta' Instagram, Facebook jew Twitter. Fl-2017 iżda kien hemm 28 reġjun illi fih l-użu tal-midja sojali qabeż is-70%, bil-biċċa l-kbira tagħhom jkunu fil-Belġju u l-istati Nordiċi, b'Malta u r-reġjun tal- kapitali tal-Olanda jkunu l-uniċi eċċezzjonijiet. Dan ifisser illi fiż-żona tal-Mediterran, huma l-Maltin l-aktar li għamlu użu tal-midja soċjali s-sena l-oħra. Minkejja dan iżda, pajjiżna ma jibqax fil- quċċata fejn jidħol l-użu tal-internet għas-servizzi bankarji. Għalkemm dan is-servizz kiber ftit mhux ħażin, dan l-istudju juri li hemm ħafna nies li jħossuhom komdi jikkomunikaw, iżda mhix daqstant komdi jagħmlu tranżazzjonijiet onlajn. Fost l-ogħla rata ta' immgranti fil-pajjiż... U ladarba semmejna t-traffiku, ma nistgħux ma nsemmux l-immgrazzjoni, suġġett ieħor li qed ikun diskuss bil-qawwa fil- pajjiż. Huma ħafna dawk li jinsistu illi pajjiżna qed isir wisq iffullat b'wisq barranin ġejjin pajjiżna. Anke jekk l-effett ekonomiku ta' dawn il- ħaddiema barranin għandu jitqies bħala pożittiv, l-idea ta' ffullar hija riflessa fin-numri u mhix sempliċiment perċezzjoni. Fil-fatt il-Eurostat turi kif f 'dak li jirrigwarda rata ta' immigranti meta kkumparat mal- poplazzjoni fl-2017, Malta kellha bejn 20 u 23 għal kull 1,000 abitant. Dan huwa l-istess ammont daqs ir-reġjun Kalmar Ian fl-Iżvezja u Fuerteventura fi Spanja. Ir-rapport jgħid illi l-ogħla rata ta' immigrazzjoni kienet irreġistrata fil-kosti tal- Greċja, l-Italja u Malta. L-ogħla rata ta' immigranti kienet irreġistrata f 'reġjuni diversi tal-Greċja, b'saħansitra żewġ reġjuni jkollhom 49 immigrant għal kull 1,000. Interessanti wkoll illi minn dan ir-rapport jirriżulta illi minkejja r-realtà tal-kera, pajjiżna għandu l-inqas rata ta' nies li għandhom it-toqol ta' spejjeż relatati ma' housing. Dan huwa riflessjoni ta' studji/statistika oħra li hija sforz il-fatt illi maġġoranza qawwija ħafna tal-poplu hija sid ta' darha, bil-ħlas tas-self lill-bank ikun pjuttost irħas. Malta: Pajjiż tal-midja soċjali, karozzi u rata għolja ta' immigranti