Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 M itejn jum ieħor u r-Renju Unit (RU) ser joħroġ mill- Unjoni Ewropea (UE). Jew tal-anqas dak hu l-ħsieb. Imma minkejja kważi sena u nofs ta' negozjati, ħadd għadu ma jaf kif u come ser joħroġ ir-RU mill- UE, x'rapporti ser ikun hemm wara d-29 ta' Marzu 2019 bejn ir-RU u l-UE u jekk hux ser jintlaħaq ftehim ta' divorzju bejn l-UE u r-RU. L-UE għandha tradizzjoni twila ta' ftehim illi jitlaħaq fl- aħħar minuta fis-sirda tal-lejl. U hemm min qed jaħseb illi hekk ser jiġri bin-negozjati li għaddejjin bejn in-negozjatur prinċipali tal-Kummissjoni, Michel Barnier u s-Segretarju tal-Istat Dominic Raab, ex avukat tal-Kummissjoni illi ħa l-inkarigu wara r-riżenja tal-predeċessur tiegħu, David Davies. Davies irriżenja, flimkien mal-ministru tal- affarijiet barranin, Boris Johnson, wara li l-kabinett tar-RU adotta l-proposti magħrufa bħala ta' Chequers. Naħseb illi ħadd ma poġġa subgħajh fuq is-sitwazzjoni attwali aħjar mill-Prim Ministru tal-Lussemburgu, Xavier Battel: qabel ir-RU kien dejjem irid opt-outs, issa jrid opt-ins. L-evoluzzjoni tal-proċess ta' integrazzjoni Ewropea huwa mmarkat bir-riluttanza tar-RU illi jieħu sehem f 'inizjattivi importanti: l-ewro, iż-żona Schengen, difiża komuni, bosta materji ta' ġustizzja u wieħed jista' jibqa' sejjer. Għal snin twal, il-pajjiżi membri l-oħra tal-UE akkommodaw lir-RU billi kienu jħalluh jibqa' barra minn tali inizjattivi. Issa s-sitwazzjoni nqalbet totalment: ir-RU ssenjala l-intenzjoni tiegħu illi joħroġ mill-UE imma jrid iżomm ħafna mill-affarijiet tal-UE, affarijiet li huwa jaf li huma tajbin u pożittivi. Il-Kummissjoni Ewropea, bl-appoġġ tal-gvernijiet Ewropej, hija determinata illi ma tħallix ir-RU jagħmel dak li jsejħulu, "cherry-picking", jagħżel iċ-ċiras u jwarrab il-ħurrieq. L-Ewropej ma jistgħux iħallu lir-RU jimmina l-integrità tas-Suq Waħdieni billi jaċċettaw ftehim illi jitlaq mill-prinċipji fundamentali tas-Suq Waħdieni, fosthom il-libertà tal-moviment tal- ħaddiema. L-Ewropej jibżgħu, u dana kif għamluha ċara wkoll diversi drabi esponenti Maltin bħall-Prim Ministru Muscat u l-Ministru Dalli, illi ftehim illi jagħti vantaġġi lir-RU jista' jinduċi pajjiżi membri oħra sabiex jittentaw avventura simili. Barra mill-fatt fundamentali illi r-RU ma jistax jibqa' jgawdi l-vantaġġi ta' adeżjoni fl-UE meta ma jibqax membru, u ma jistax jitħalla jkollu vantaġġi fuq membri tal-UE 27 meta joħroġ mill-UE. Kif ser naraw, il-proposti ta' Chequers huma kif jgħidu, neither fish nor fowl u la jogħġbu lill-Brexiteers estremi u lanqas lill-UE kif stqarr din il-ġimgħa Juncker. Ostaklu ieħor sabiex jintlaħaq ftehim bejn r-RU u l-UE hija t-termini li imponiet Theresa May stess mingħajr mid-dehra lanqas ddiskutiethom fil- Kabinett tagħha. Theresa May iddeċidiet flimkien ma' l-ex chief of staff tagħha, Nick Timothy illi r-RU ma jaċċettax aktar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tal- Ġustizzja kif ukoll illi joħroġ mis-Suq Waħdieni u mill- Għaqda Doganali. Dawn id-deċiżjonijiet flimkien mal-problema Irlandiża huma l-akbar ostakli sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-UE 27 u r-RU. Dawn il-famużi "red lines" ta' Theresa May daħlu lir-RU fi sqaq u neħħewlu ħafna mil-libertà ta' manovra li seta' kellu. Ir-RU qed jiġi kostrett jitlaq minn bosta aġenziji Ewropej li tagħhom qabel kien membru minħabba illi ma jridx ikompli jirrikonoxxi l-ġurisdizzjoni tal-QEĠ sabiex tiddeċiedi l-kwistjonijiet li jqumu fi ħdanhom. Ir-RU jkollu jitlaq minn aġenziji bħall-Euratom u l-Aġenziji tal-Mediċini Ewropej (li inċidentalment kienet ibbażata Londra u issa sejra Amsterdam) u jkollu jwaqqaf aġenziji nazzjonali bi spiża mhux żgħira. Ir-RU qed ukoll jaffaċċja l-possibilità illi dan il-proċess ma jitlestiex fil-ħin u jispiċċa mingħajr radioisotopes li huma meħtieġa sabiex jittieħdu l-X- Rays. Kif ukoll illi l-mediċini l-ġodda jiġu approvati wara li jiġu approvati fl-Ewropa li dejjem ser jibqa' suq ferm akbar għall-kumpaniji farmaċewtiċi. Id-deċiżjoni tar-RU illi joħroġ mis-Suq Waħdieni u l-Għaqda Doganali wkoll qed jikkomplika n-negozjati. Ir-RU jrid illi jibqa' jgawdi mill-aktar aċċess ħieles u possibbli għas-Suq Waħdieni imma fl-istess ħin ikun f 'pożizzjoni illi jinnegozja ftehim ta' kummerċ ħieles ma' pajjiżi terzi. Fl-opinjoni tiegħi, dina l-pożizzjoni tar-RU hija illużjoni kbira. Ir-RU għandu xi 47% tal- kummerċ miegħu mal-UE u jekk wieħed jikkonsidra l-ftehim ta' kummerċ ħieles illi l-UE għandha ma' pajjiżi terzi, dan il-perċentwal jitla' għal xi 60%. Barra minn hekk, l-UE għadha kemm għalqet ftehim mal-Ġappun illi ser joħloq l-akbar żona ta' kummerċ ħieles fid-dinja u qiegħed fil-proċess illi jagħlaq ftehim mal-Indja. Il-mument illi r-RU joħroġ mill-UE, din ix-xibka ta' ftehim tispiċċa u r-RU jrid jinnegozja ftehim ġdid ma' dawn il-pajjiżi. Theresa May marret kemm il-Ġappun u l-Indja sabiex tagħmel il-każ għall-ftehim ta' kummerċ ħieles mar-RU u ħeġġithom sabiex jagħlqu l-ftehim mal-UE sabiex iservi ta' mudell għall-ftehim mar-RU. Ir-RU jrid jivvinta r-rota mill-ġdid meta mhux ser ikollu s-saħħa negozjali li għandha l-UE f 'dawn in- negozjati. Bil-proposti illi l-kabinett tar-RU adotta f 'Chequers, ir-RU jrid jibqa' f 'żona ta' kummerċ ħieles għall- prodotti, u r-RU obbliga ruħu li jkompli josserva r-regulamenti Ewropej. Ir- RU jrid kummerċ bla skossi fil-fruntieri u lest illi l-qrati tar-RU jkunu konsistenti fis-sentenzi tagħhom ma' dawk tal-UE. Il-proposti ta' Chequers jipprospettaw ftehim doganali ġdid li jneħħi l-ħtieġa ta' kontrolli doganali bejn ir-RU u l-UE. Ir-RU qed jipproponi wkoll illi jibqa' jimponi d-dazji Ewropej fuq il-prodotti li jidħlu fil-pajjiż u fil-każ illi jagħżel illi jkollu dazji aktar baxxi fil-ftehim illi ser jidħol għalihom, jirrimborsa lill-importatur jekk il-prodott jibqa' fir- RU. Ir-RU qed ukoll jitlob flessibilità regolatorja fir- rigward tas-servizzi, settur illi fih ir-RU hu ferm kompetittiv. Dawn il-proposti ma jintgħoġbux minn xi 80- 90 deputat konservattiv li qed jibżgħu li dan ser ikun Brino - Brexit In Name Only. Huma joġġezzjonaw illi r-RU jibqa' marbut bil-leġislazzjoni Ewropea. Skont Boris Johnson, dawn il-proposti huma agħar mis-sitwazzjoni attwali għax ir-RU mhux ser jibqagħlu vuċi madwar il-mejda xħin isiru r-regolamenti illi ser jaffettwawh. U naħseb li fuq din għandu ferm raġun. Dawn id-deputati qed jheddu l-pożizzjoni ta' May li tista' taffaċċja sfida imminenti għall-pożizzjoni tagħha. L-Ewropej ma jridux jimminaw il-pożizzjoni delikata ta' May għax wisq jibżgħu illi jekk jitla' Boris Johnson flokha, l-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar. Imma l-proposti ta' Chequers ma tantx niżlu tajjeb kif stqarr Juncker din il-ġimgħa. Barnier stqarr qabel illi hu inkonċepibbli illi l-UE tħalli pajjiż terz bħalma ser isir ir-RU jmexxi d-dwana tiegħu kif qed jipproponi r-RU. F'laqgħa riċenti li saret bejn Barnier u Kumitat Magħżul tal-Commons, jidher illi kien hemm konverġenza ta' veduti bejn Barnier u Jacob Rees-Mogg wieħed mill- eħrex esponenti tal-Brexit illi l-ftehim futur bejn l-UE 27 u r-RU jkun immudellat fuq il-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Kanada, possibbilment bi provvedimenti aktar wiesgħa dwar is-servizzi. Barnier ilu jgħid illi bejn il-mudell Kanadiż u dak Norveġiż m'hemm l-ebda ftehim ieħor possibbli. Imma tali ftehim ma jsolvix żewġ problemi kbar tar-RU: li jkun hemm kummerċ bla xkiel sabiex l-industrija tkun tista' twettaq l-istrateġija tagħha ta', "just in time delivery" u li ma jkunx hemm fruntiera fiżika bejn ir-Repubblika Irlandiża u l-Irlanda ta' Fuq. Din il-ġimgħa iċ-chairman ta' Jaguar Land Rover ta twissija serja illi wara Brexit, il-kumpanija tiegħu tista' twaqqaf l-impjanti tagħha kollha fir-RU u gerger li sal- lum għadu ma jafx x'ser tkun il-qagħda wara d-29 ta' Marzu li ġej. Din it-twissija ġiet wara twissijiet simili li taw il-kapijiet ta' Airbus u BMW. Wieħed jistenna illi f 'xi ħin jew ieħor, l-industrija Ġappuniża fir-RU tesprimi wkoll it-tħassib tagħha. F'Diċembru li għadda, ir-RU aċċetta illi jekk ma tinstabx soluzzjoni għall-kwistjoni tal- fruntiera fl-Irlanda, l-Irlanda ta' Fuq tibqa' fis-Suq Waħdieni. Minħabba l-oppożizzjoni tal- Unjonisti illi qed iżommu ħaj il- gvern ta' May, ir-RU qed jirtira minn din l-intiża. Dan minkejja illi l-kummerċ bejn l-Irlanda ta' Fuq u l-kumplament tar-RU hu ferm iżgħar mill-kummerċ bejn iż-żewġ partijiet tal-Irlanda illi dejjem qed jintegraw ruħhom aktar. Il-kwistjoni Irlandiża m'għandhiex soluzzjoni faċli sakemm ir-RU ma jaċċettax illi jew jibqa' fl-għaqda doganali u Suq Waħdieni jew illi jaċċetta illi l-Irlanda ta' Fuq jinfatam prattikament minnha. Għażla li mhi xejn sabiħa illi r-RU messu antiċipa li ma jkollux jagħmel. Imma r-RU ħaseb illi l-Ewropej mhux ser ikunu magħqudin u jkun jista' jagħmel li jrid. Arralu bl-ikrah. Minkejja illi nhar il-Ħamis ser issir laqgħa bejn il-kapijiet tal-gvernijiet f 'Salzburg, mhux mistenni illi jkun hemm wisq żviluppi qabel it-tmiem tal-konferenza tal-Partit Konservattiv fi tmiem dan ix-xahar. Mhuwiex mistenni illi jintlaħaq ftehim fil-ħin għall-konferenza tal-kapijiet tal- gvernijiet f 'Ottubru u diġà qed isir diskors dwar konferenza straordinarja f 'Novembru. Il- ftehim irid jintlaħaq sa dakinhar sabiex ikun jista' jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew, dak tar-Renju Unit u tal-pajjiżi membri l-oħra. Imma m'hemm l-ebda garanzija illi ser jintlaħaq minħabba l-ostakoli illi semmejt. Qed isir ukoll ħafna diskors fir-RU illi jsir it-tieni referendum sabiex japprova l-ftehim milħuq. Għaddejjin ukoll sforzi mill-ex mexxej liberali, Nick Clegg kif ukoll Tony Blair, John Major u Peter Mandelson sabiex in- negozjati jitwaqqfu sakemm ir-RU jkun jista' jiddeċiedi jibqax fl-UE jew le. Jidher illi l-opinjoni pubblika fir-RU ċċaqalqet sew u kollox hu possibbli. Tassew kollox għadu fl-arja. Li hu żgur hu illi l-pajjiżi Ewropej, inkluż pajjiżna, iridu jkunu lesti għall- eventwalità li ma jintlaħaqx ftehim. Għax forsi mhux kulħadd għadu nduna illi anke t-titjiriet bejn ir-RU u l-kontinent ikollhom jieqfu f 'dak il-każ. Xenarju inkredibbli imma li m'għadux improbabbli. 18 Opinjoni Kollox fl-Arja JOE ELLIS "Mitejn jum ieħor u r-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018