Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

M 'iniex nesaġera, għat-titlu RISKJU ALLARMANTI, għax hekk hu. Faċli ngħidu lil dawk li jħossuhom weħidhom biex jitħalltu u ma jibqgħux lura milli joħorġu. Imma jekk ikollok lista ta' commitments, (anki jekk lista qasira), u jibqagħlek biss €100 biex tgħaddi, kif jista' wieħed jitħallat u joħroġ? Anki sempliċiment kafè, taraha bi kbira, għax jekk tkun ma' persuna oħra, qajla tiġik €7. Forsi għall-bnedmin inġenerali, €7 mhi xejn, imma għal dawk li d-dħul tagħhom huwa baxx, kafè għal tnejn minn barra jiswa ħafna. Ta' kuljum, aħna nisimgħu b'diversi stejjer. Hemm uħud li qisek qed tisma' l-istess diska, imma hemm stejjer jissorprenduk fejn tibda temmen li tassew li l-ħmar il-magħkus idur għalih id- dubbien. Tant nisimgħu bi stejjer, li dan għandu jkun mument ta' privileġġ, fejn tifhem mill-qrib ir-realtajiet ta' diversi bnedmin. Is- sitwazzjonijiet tal-bnedmin huma varji u għalhekk jimlieni b'kuraġġ il-Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tad-Djar li fuq ġurnal lokali, ta intervista fejn qed jara l-isfida b'mod ħolistika, fejn bir- raġun jemmen li l-Awtorità tad-Djar għandha taħdem id f 'id ma' organizzazzjonijiet oħra, li jaraw ta' kuljum u jaħdmu mill-viċin ma' bnedmin vulnerabbli u li ta' kuljum iċemplu u jaqtgħu biex iċemplulhom lura minħabba l-ħtieġa ta' għajnuna. Dan huwa ta' vantaġġ għall-Kap Eżekuttiv ġdid, li jista' jifhem il-krib tagħna l-Membri Parlamentari fl-oppożizzjoni fost oħrajn u tal-bnedmin infushom. Nieħu l-opportunità nifraħlu ta' din il-kariga ġdida. Nappella biex nitolbu għalih sabiex iżomm sod, speċjalment jekk xi id partiġġjana tindaħallu f 'xogħlu. Il-pjaga tal-kera Bla dubju ta' xejn il-kera farrket il-ħajja ta' bosta u hija proposta għaqlija tal-MDA, biex sidien iżommu l-kirja baxxa bil-volontà tagħhom sabiex jintlaħqu dawk il- bnedmin li ma jifilħux iħallsu u jingħataw inċentiv ta' tnaqqis fit-taxxa meta jbigħu dik il-propjetà. Filwaqt li nifhem lil MDA li moħħhom dejjem jaħdem 'pro-business' (xejn ħażin), però qed tingħata wkoll attenzjoni lil dawk fil-bżonn. Huwa fid- dmir tal-Gvern li jħares lejn dawn il-proposti. Wasal il- mument li l-Gvern jinidirizza din l-isfida ta' kirjiet għoljin f 'pajjiżna. Hemm min ma jistax jagħlaq għajn m'għajn bil-kera dejjem togħla. Hemm min qed iħoss moħħu fil- veru sens tal-kelma, aktar u aktar meta minnu jkunu jiddependu mara b'żewġ ulied żgħar. Issa ilna ż-żmien nisimgħu bil-White Paper. Mid-dehra jidher li wasalna xi mkien jew il-mument qiegħed fil-qrib. Għall- erwieħ! Għalkemm il-fqar u l-vulnerabbli b'disprament jgħidulek li huma mhux White Papers iridu, imma li jgħixu suret in-nies u bi stil ta' ħajja diċenti. Ilsna bix-xewk L-akbar riskju ta' faqar joħolquh dawk il-bnedmin li kontinwament jippuntaw subgħajhom lejn bnedmin vulnerabbli. Bħallikieku ġabu s-sitwazzjoni b'idejhom. Toħroġ għalihom ix- xafra tal-moħriet, jekk dawn ifettlilhom jagħmlu d-dwiefer jew joħorġu dawra mhux tas-soltu. Tweġġa' tisma' kummenti mimlija preġudizzji, bħallikieku m'għandhomx dritt għal żvog. Nista' qatt niġġudika mara li ilha f 'kamritha mwerwra minn żewġha u minn uliedha s-subien li draw isawtuha u hi drat tissawwat? Nista' niġġudikaha għall-fatt li ma tmurx taħdem? Jien min jien biex noħroġ ilsien miksi bix- xewk u nparla kif ġie ġie u bla ma naf minn xiex eżattament għaddejja din il-familja? Jekk taraha għaddejja mit-triq, taħsibha għaddejja b'ħajja normali. Mur ifhem x'hemm wara dak il-bieb ta' barra, meta mbagħad tismagħha tirrakkonta l-faqar u l-uġigħ li għaddejja minnu. Ħadd ma jieħu gost jibki quddiem ħadd. Ħadd ma jħossu komdu jokrob u jiġi umiljat quddiem ħadd. Ejjew nilbsu l-fardal Sfortunatament għandna faxxa ta' bnedmin li jiddependu mill-benefiċċji soċjali. Għall-għoli tal-ħajja llum, il-benefiċċju soċjali ma jlaħħaqx mad-domanda tal-għoli tal-ħajja. Il-Gvern jeħtieġ li jagħmel id-differenza fil-ħajja tal-bnedmin u din trid tinħass mhux tingħad biss. Mhux sew li nitfgħu din l-isfida kollha f 'idejn il- Gvern, imma b'mod ħolistiku u flimkien jeħtieġ li nilbsu l-fardal u mmiddu jdejna f ' din l-isfida li ħutna Maltin qegħdin jaffaċċjaw. Irrid nagħlaq billi nirringrazzja f 'isem is-soċjetà Maltija lil tant NGO's li libsu l-fardal u poġġew idejhom fuq tant feriti bla ma beżgħu li jittieħdu. illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 20 Opinjoni IVAN BARTOLO Nappella biex nitolbu għalih sabiex iżomm sod, speċjalment jekk xi id partiġġjana tindaħallu f 'xogħlu. Bla dubju ta' xejn il-kera farrket il-ħajja ta' bosta u hija proposta għaqlija tal-MDA, biex sidien iżommu l-kirja baxxa bil-volontà tagħhom sabiex jintlaħqu dawk il-bnedmin li ma jifilħux iħallsu u jingħataw inċentiv. Il-faqar sar riskju allarmanti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018