Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
9 Intervista Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew' 'New Way' - ma seħħitx għax… Iżda ma' Simon Mercieca ma tkellimniex biss dwar il-futur ta' Adrian Delia iżda tajna ħarsa anke lejn l-aħħar sena tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. X'jaħseb dwar il-famuża 'New-Way'? "Delia ġie elett mit- tesserati biex iġib bidla fil-Partit Nazzjonalista. Biss din il-bidla, jiddispjaċini ngħid, ma seħħitx. Dan ġara mhux minħabba Delia. Hemm ħafna interessi li mhux qed iħalluh jagħmel il-bidla," saħaq Simon Mercieca. Staqsejnieh x'inhuma dawn l-interessi. "Hemm l-interessi ta' dawk li eleġġewh. Dawn qed jiġbdu lejn xawwathom. Imbagħad hemm l-interessi tan-naħa l-oħra, jiġifieri tal-fazzjoni mmexxija minn Simon Busuttil li, akkost ta' kollox, qed tagħmillu gwerra. Dawn ukoll qegħdin f 'battalja ddisprata ta' sopravivenza politika." Skont Mercieca, il-fazzjoni ta' Busuttil, qed tagħmel l-akbar ħsara lill-Partit Nazzjonalista. Fi kliemu, qabel ma' din "l-old guard" ta' Deputati tinbidel, ġaladarba llum "hija assoċjata mad-disfatti tal- PN," il-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun fil-Gvern. 'Fil-politika, Delia għadu bil-qalziet qasir' Fid-dawl ta' dan, staqsejna lil Mercieca jekk jaħsibx li Delia naqas meta rtira l-appell tiegħu lil Simon Busuttil biex jissospendi lilu nnifsu, wara li ħareġ kontrih ftit sigħat wara l-pubblikazzjoni tal- konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant. Mingħajr ma magħad il-kliem, Mercieca saħaq li ma' Simon Busuttil hemm "wisq mażżri" u Delia, anke jekk ipprova, ma rnexxilux jinqata' minn magħhom, anzi spiċċa biex ħareġ dgħajjef. Fi kliemu, "il-fatt li kellhom jintervjenu politiċi anzjani, bħal Lawrence Gonzi, wera li fil-politika Delia għadu bil-qalziet qasir. Din hija l-agħar ħaġa li tista' tiġrilu politiku." 'Ir-rebħa ta' Delia kienet kbira imma…' Saħaq ukoll li r-rebħa ta' Adrian Delia kienet prova ta' kemm in-nies riedu bidla fil-Partit Nazzjonalista. Saħaq li anke jekk id- distakk bejn Adrian Delia u Chris Said kien ta' ftit aktar minn 800 vot, xorta waħda jqis ir-rebħa ta' Delia bħala waħda kbira, tant li skontu, lanqas Delia stess ma rrealizza l-appoġġ kbir li kellu. "Meta tqis li l-magna tal- partit kienet kollha kontra tiegħu, Delia għamel rebħa kbira. Mhux lakemm tirbaħ fuq il-magna ta' partit, bl-akkolti kollha li kellha magħha. Dan jikkonferma kemm it-tesserati u l-kunsilliera riedu bidla." Imma minkejja li kellu din ir-rebħa fuq platt tal-fidda, skont Simon Mercieca, Delia naqas meta ntilef fil-legaliżmi, kemm fid- diskorsi u anke f 'għemilu. "Ir-riżultat issa qed jidher. L-elettorat mhux qed jarah bħala gvern alternattiv. Is-sondaġġi qed jitkellmu waħedhom." 'Wara Delia hemm avukati li jinsabu fl-ombra' Imma xi jġiegħel lil Mercieca biex jaħseb hekk? Wieġeb li minkejja li l-Partit Nazzjonalista huwa l-aktar partit fl-istorja li ma għandux avukati fit- tmexxija, wara Adrian Delia hemm grupp ta' avukati li qed jieħu d-deċiżjonijiet minn wara l-kwinti u li skontu huma dawn li qed imexxu. Imma x'hemm ħażin? Mhux kull kap ikollu strateġisti? "Il-ħażin hu li hemm avukati biss u dawn qegħdin fl-ombra," wieġeb Mercieca. Ir-riżultat hu li Delia qed jidher bħala persuna vojta. Juża kliem bħal 'trapass' u termini oħra legali. Dawn jagħmlu sens biss fil-qorti u fl-amministrazzjoni tal- ġustizzja, imma ma jfissru xejn għan-nies tat-triq. Dan ifisser li ma hemmx kommunikazzjoni effettiva." 'Delia jrid jiddeċiedi x'politika se jsegwi' Fid-dawl ta' dan, tkellimna wkoll dwar il-politika li qed jaddotta Adrian Delia. X'jaħseb dwar il-kummenti ta' Delia fuq il-barranin u l-immigrazzjoni? Insista, li Delia jeħtieġ jiddeċiedi jsegwix politika li fid- demokrazija hija magħrufa bħala dik ta' 'soċjetà magħluqa' jew dik ta' 'soċjetà miftuħa.' Kulħadd jaf li l-Prim Ministru Joseph Muscat addotta l-politika ta' 'soċjetà miftuħa,' jiġifieri politika miftuħa għall-immigrazzjoni, l-ugwaljanza tal-ġeneru u fejn il-kwistjonijiet ta' sigurtà huma kważi kważi meqjusa bħala 'azzjonijiet faxxisti.' U Delia x'politika qed jaddotta? "Il-Partit Nazzjonalist ma jistax ikollu fi ħdanu nies li jridu din il-politika ta' matriċi Marxista u fl-istess waqt, jitkellem fuq temi marbuta mas-sigurtà li huma marbuta mal-politika ta' 'soċjetà magħluqa'. Din tikkrea konfużjoni," insista Mercieca. Ma għandniex xi ngħidu, min jemmen f 'soċjetà aktar miftuħa, qed jivvota lil Joseph Muscat u fi kliem Simon Mercieca, Muscat qed juża din l-għodda biex aktar tidher il-firda fil- Partit Nazzjonalista. Mill-banda l-oħra, Simon Mercieca insista li partit anke jekk jaddotta politika aktar konservattiva, ġaladarba jkun kompatt, jista' jikseb is-suċċessi. Ma hemmx għalfejn immorru 'l bogħod ħafna. Biżżejjed tħares lejn il-Lega Nord ta' Matteo Salvini, jew ir-rebħa ta' Donald Trump. Iżda dan jidher li hu diffiċli għal Delia. "Żmien il-kurrenti politiċi fin- naħa konservattiva spiċċa. Naħseb li Adrian Delia jixtieq li jkun kompatt, iżda jaf li ma jistax. Hawn fejn kellu juri snienu." Tgħajjir personali...mażżra oħra m'għonq Delia Apparti dawn l-aspetti kollha, Simon Mercieca hu tal-fehma li l-ġlieda politika tal-Partit Nazzjonalista għadha wisq ibbażata fuq tgħajjir personali u mhux fuq il-ħsieb politiku. "It-tgħajjir, it-tmaqdir u ż-żebligħ personali llum saru sinonimi ma' dan il- partit u l-esponenti tiegħu," saħaq Mercieca. "Dan hu normalment attribwit lill- blogger Daphne Caruana Galizia li kienet segwaċi ta' din il-politika anke jekk mhux hi ħolqitha." Mistoqsi jekk jarax li Delia pprova jinfatam minn din il-politika, Mercieca insista li Delia spiċċa biex waqa' f 'din in-nassa meta matul il-kampanja biex isir kap, sejjaħ lil Caruana Galizia bħala 'biċċa blogger.' Kompla jispjega li dak li ried jagħmel Delia kien li pubblikament jiddisassoċja ruħu mit-tgħajjir tagħha, iżda insista li 'l-Partit Nazzjonalista ma kienx kapaċi li jinfatam minn dan kollu." Fi kliemu, dan huwa rifless ukoll fl-għażla tal-kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li "għadhom jirrikorru għal dawn it- tattiċi Marxisti ta' tgħajjir personali." "Invarjabilment, dawn issibhom ixaqilbu lejn il- fazzjoni ta' Simon Busuttil," kompla Mercieca. Propju minħabba f 'hekk, temm jisħaq li anke jekk fil-Partit Laburista it- tgħajjir personali jsir bl- istess qawwa, in-negattività tibqa' sinonima mal-Partit Nazzjonalista u dan minkejja l-Mod Ġdid li wiegħed Adrian Delia.