Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum 'Il-kickboxing huwa sport uniku li fih il-moħħ jirrappreżenta nofs il-ġlieda' Minn Cristian Antony Muscat SHAUN Falzon - kickboxer lokali tal- ogħla livell b'futur mill- isbaħ quddiemu. F'din l-intervista, se nsiru nafuh aħjar. Kifbdiet l-imħabba tiegħek lejn il-kickboxing? Bdejt nitħarreġ f 'dan l-isport meta kelli tnax- il sena u għal bidu kont bdejtu bħala passatemp. Kont ippruvajt diversi sports oħra fil-verita' iżda kien fil-kickboxing li sibt il-passjoni veru tiegħi. Il-kowċ kien ħeġġiġni ħafna, kien jieħu ħsiebi u fuq kollox jagħtini dejjem pariri siewja li sibthom ħafna fil-karriera tiegħi. U llum ninsab hawnnikkompeti f 'dan l-isport tant sabiħ! X'sodisfazzjon itik il- kickboxing? Diffiċli nispjega dik l-emozzjoni li nħoss! Minkejja kollox nieħdu bis-serjeta' u nagħmel ħafna sagrifiċċji għalih iġifieri dak huwa s-sodisfazzjon li nsib. Fl- aħħar mill-aħħar joħorġu r-riżultati finali. Hawn min jgħid li l-kickboxing mhux sport għax int l-għan primarju hu li tkisser lil ħaddieħor. Kemm hu veru dan? Le ma narahx hekk! Lanqas xejn! Jien narah sport uniku li m 'għandux x'jaqsam mal-isport tal- ballun. Xorta trid titrenja għalih, tieħdu bis-serjeta' u bid-dixxiplina kollha tasal fejn trid int. Bħala dieta x'inhu l-ikel speċjali li tiekol? Id-dieta mhux faċli li żżommha għax kif jgħidu, l-ikel huwa l-isbaħ ħaġa li teżisti fid-dinja. Int trid tiekol ikel bħal tiġieġ, laħam, ħaxix u frott ħalli tibqa' dejjem b'saħħtek. Jien inqabbel l-ikel mal- karozza fejn trid ittihafuel tajjeb biex taħdem sew. U l-istess int bħala ikel trid tiekol sew sabiex dejjem tiffunzjona mill-aħjar. Kif tipprepara ruħek psikoloġikament qabel ma tiġġieled? Nista' ngħidlek li mentalment dik nofs il- ġlieda. Trid tinżel għat- taħriġ kuljum, ma' sħabek iżda anke waħdek. Fil- fatt meta qed inkellmek, għadni ġej mix-xogħol u għalhekk kellinitħarreġ waħdi sabiex nibqa' fl- aħjar kundizzjoni fiżika. Hemm xi ġlieda partikolari li tibqa' tiftakar aktar minn oħrajn? Iva niftakar ġlieda speċjali sena ilu meta kont iġġilidtmal- kickboxerRuben Azzopardi li b'xorti ħażina ġie nieqes wara li kellu inċident tal-mutur. Imbagħad meta darba avviċinani Noel Mercieca ħeġġiġni biex nipprova għal titlu li seta' jżidli aktar il-profil tiegħi. U f 'din il-ġlieda rbaħt u spiċċajt ukoll ħadt it-titlu. X'differenza tgħaddi bejn boxing u kickboxing? It-tnejn għandhom logħob differenti. Il- boxing taħdem ħafna bl-idejn u trid ħafna ħsieb. Fil-kickboxing għandek aktar għażla biex tiġġieled peress li tista' tuża' s-saqajn, l-idejn u anke l-minkeb u għalhekk narah bħala sport versatili ħafna. Kemm jgħinek Noel Mercieca? Jgħini ħafna m'hemmx xi ngħidu. Minkejja li minix mal-klabb tiegħu xorta jieħu ħsiebi u jagħtini pariri siewja. Intgħażilt jien flimkien ma' tnejn oħra mill-klabb tiegħu. Ser inkun qed immur Sqallija wkoll biex nieħu sehem fil- kompetizzjoni li applikali għalija hu stess. Noel huwa persuna dedikata li ma jaħsibhiex darbtejn sabiex jgħin lil dak li jkun. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil- kickboxing. Nixtieq ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom u jipprattikaw dan l-isport għax itik wisq sodisfazzjon. Jien tal-opinjoni li jekk temmen fik innifsek ser tasal. Trid titfa' moħħok hemm, tieħdu bis-serjeta' u barra minn hekk psikoloġikament tħossok aħjar minħabba li jgħinek tinsa l-problemi tal-ħajja. Imbagħad dak li tħoss fuq ir-ring hija xi ħaġa li diffiċli ssemmiha. Hemm xi ringrazzjamenti li tixtieq tagħmel? Nixtieq nirringrazzja lill-isponsors tiegħi Teamsport li jgħinuni fl-affarijiet li nuża' fit-training, lil USM li jgħinuni fin- nutrizzjoni kif ukoll il-Forn tal-Għawdxi u diversi sponsors oħra li mingħajrhom ma nkunxnista' nikkompeti kif nixtieq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018