Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum L-Aktar Trasferimenti Mqallbin fl-Istorja li Nbiddlu Propju fl-Aħħar Mumenti FL-AĦĦAR ġimgħat, diversi klabbs kienu nvoluti f 'diversi trattattivi fuq f 'dan is-suq tat- trasferimenti tas-sajf sabiex isaħħu t-tim u jkunu ppreparati għall-istaġun illi ġej. Kien hemm diversi akkwisti li laqtu l-għajn u l-iktar wieħed prinċipali kien dak ta' Cristiano Ronaldo li minn ma' Real Madrid mar ma' Juventus. Madankollu kien hemm oħrajn li sfumaw għalkollox minkejja li ċertu klabbs kienu ferm viċin li jaslu għal xi forma ta' xi ftehim. Riċentement kellna lill-Brażiljan Malcolm illi kien lest biex imur ma' Roma minn ma' Bordeaux, iżda kollox inqaleb ta' taħt fuq hekk kif Barcelonalitteralment ħatfuh u rnexxielhom jakkwistawh fl-aħħar minuti. Dan kien wieħed mill-ħafna trasferimenti li xi darba jew oħra seħħu fejn filli tkun sejjer ma' klabb, filli tispiċċa ma' ieħor. Imma liema kienu l-iktar trasferimenti mqallbin fl-istorja li nbidlu proprju fl-aħħar mumenti? Dimitar Berbatov Lura għal 2008, l-attakkant Bulgaru ta' Tottenham Hotspur DimitarBerbatov kien ferm viċin li jingħaqad ma' Manchester City. The Spurs aċċettaw l-offerta ta' The Citizens u kollox kien lest ħlief il-firma tal-player in- nifsu. Waqt li Berbatov tar lejn Manchester sabiex jiltaqa' mal-ogħla awtoritajiet tal-klabb, pront mar il-kowċ tal-United Sir Alex Ferguson li mar laqgħu u kkonvinċih jiffirma magħhom minflok mar-rivali mill-istess belt. Tistgħu taħsbu kif baqgħu d-diriġenti ta' ManchesterCity! Cristiano Ronaldo Dan il-player fenomenu Portugiż kien qed jiġi segwit minn Arsenal lura għas-sena 2003. Dak iż-żmien Ron- aldo kien jilgħab ma' Sporting Lisbon u kien laqat l-għajn tal-coach Arsene Wenger. Ronaldo kien żar darbtejn iċ-ċentru tekniku tal-club minn Londra anke biex jiltaqa' mal-idolu tiegħu Thierry Henry. Iżda meta ġew biex isiru n-negozjati, il-Gunners ma setgħux jaffordjaw is-salarju tiegħu. Inkissinkiss daħlu ManchesterUnited illi b'somma ta' £12.24m kienu laħqu ftehim permezz tad-diriġent tagħhom u ħadu lil Ronaldo jilgħab f'Old Trafford. Willian Il-player Brażiljan Willian kien ferm viċin li jingħaqad ma' Liverpool lura għas-sena 2013. Fil-verita' anke Tottenham Hotspurs kienu laħqu forma ta' ftehim ma' dan il-player ta' talent u saħansitra t-taħditiet ma' AnzhiMakhachkala kienu fi stadju avvanzat. Iżda fix-xena pront daħlu Chelsea li bi £30 miljun sħan sħan ikkonvinċew lil Willian biex jiffirma magħhom tant li wkoll għamlu t-testijiet mediċi bil-moħbi. Jorginho Manchester City kienu rrabjati ferm meta l-objettiv ewlieni tagħhom għal dan is-suq tat-trasferimenti Jorgin- ho ingħaqad mar-rivali Chelsea ftit tal-ġranet ilu. Sa ħmistax ilu, il-klabb li jilgħab fl-Etihad Stadium kellu ftehim verbali mal-midfielder internazzjonali Taljan u meta kollox kien lest il-president ta' Napoli Aurelio De Laurentis offra dan il-plejer lil Maurizio Sarri li għadu kemm ingħaqad ma' Chelsea bħala coach. Peressli De Laurentis u Sarri huma ħbieb kienet xi ħaġa naturali li jinħoloq xi forma ta' ftehim għalkemm id-diriġenti ta' Manchester City m'apprezzawx wara li akkużaw lil Napoli bħala parti minn dan il-komplott. Emmanuel Petit Lura lejn l-aħħar tas-snin 90, eżattament fl-1997 il-Franċiż Emmanuel Petit wasal Londra sabiex jiltaqa' mad- diriġenza tal-klabb li kienu ser jiksbu s-servizzi tiegħu. Petit kellu diskussjoni maċ-chairman Alan Sugar u l-ftehim kien li l-għada kellu jiffirma kuntratt li jorbtu mal-club li jilgħab f'White Hart Lane sas-sena 2000. Minnufih Petit jirċievi telefonata mingħand il-coach ta' Arsenal Arsene Wenger li kien Franċiż bħalu u qallu sabiex jistenna qabel ma jagħmilha fatta ma' The Spurs għax kellu offerta aħjar minn tagħhom. Petit beda jtella' u jniżżel x'għandu jagħmel u fl-aħħar għażel lil Arsenal. Pedro B'Chelsea u ManchesterUnited li kienu qed jikkontendu l-firma tal-player Spanjol mingħand Barcelona lura għas-sena 2015, kienet affari urġenti li kellha tiġi deċiża llum qabel għada. Uffiċjali mill-klabb tar-Red Devils marru fil-belt Katalana sabiex jibdew it-taħditiet mal-winger ta' tal- ent. Minkejja li kien hemm ftehim bil-fomm dwar it-trasferiment tiegħu għal mal-United, fl-aħħar mumenti tfaċċaw Chelsea li offrew somma ta' £19-il miljun sabiex fl-aħħarnett ikkonvinċewh jingħaqad magħhom u jħallu lid-diriġenti ta'Manchester United bil-geddum. Romelu Lukaku Wara li skorja 25 goal bil-flokk ta' Everton fl-istaġun 2016-2017, RomeluLukaku kellu ċ-ċans jingħaqad ma' diversi clubs li kienu qed jipparteċipaw fil-UEFA ChampionsLeague. Chelsea ta' Antonio Conte kienu fuq quddiem li jiksbu s-servizzi tiegħu. Kollox kien lest sabiex l-iskorer prolifiku Belġjan jilgħab fi Stamford- Bridge iżda fl-aħħar minuti ManchesterUnited ħarġu iktar flus mill-but, offrewlu offerta tajba u xtrawh għal £75 miljun. Lukaku wera li dawn il-flus li nefqu l-klabb il-ġdid tiegħu kienu jiswew mitqlu deheb minħabba li skorja 27 darba bil-flokk tar-Red Devils.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018