Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SENA ilu l-Fosos tal- Furjana kienu mimlijin attività, hekk kif matul il-ġurnata t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista kienu qed jivvutaw lil min iridu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista; Chris Said jew Adrian Delia? U r-riżultat kien Adrian Delia, b'distakk li minflok offra soljev, iktar kebbes in-nar. U se nibdew minn hawn, għax ma nistgħux nanalizzaw l-ewwel sena ta' Delia jekk ma nifhmux sew ir-riperkussjonijiet tar-riżultat tas-16 ta' Settembru 2017. L-għerq ta' ħafna mill-għawġ li sab ma' wiċċu Delia f 'dawn l-ewwel 12-il xahar. Tiġrija qarsa trid tħalli riżultat definittiv.... qarsa ħafna, b'Adrian Delia saħansitra jintalab iċedi mit-tiġrija fid-dawl ta' akkużi ta' kontijiet f 'Jersey u flus li ġejjin minn appartamenti f 'Soho illi l-allegazzjoni kienet tgħid li fihom kienet issir il- prostituzzjoni. Il-kuntest kien taħt id-dell tar-raba' telfa elettorali, nazzjonali għall-Partit Nazzjonalista b'distakk ta' aktar minn 33,000 vot minn taħt. Il-kuntest kien wara telfa li kienet moralment l-akbar tisbita li ħa l-Partit Nazzjonalista għaliex l-aspettattiva kienet li fil-fatt id-distakk se jonqos, l-aktar minħabba allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u stejjer dwar tliet kumpaniji rreġistrati l-Panama (Tillgate, Hearneville u Egrant). Fid-dawl ta' dan kollu saret elezzjoni għal kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Elezzjoni li kienet immarkata b'akkużi u allegazzjonijiet mill- aktar serji kontra Delia, minn Daphne Caruana Galizia li kif l-esperjenza qed turina hija iktar minn sempliċiment 'biċċa blogger' u għandha kważi kwart tal-Partit Nazzjonalista, jekk hux attivisti, uffiċjali jew saħansitra l-aktar nies b'saħħithom fil-partit, li jippeferu jemmnu lilha milli lil Delia. L-antipatija u l-allegazzjonijiet serji, kif ukoll l-assassinju tal- karattru laħqu l-qofol f 'dak il-lejl meta l-Amministrattiv tal-PN talab lil Delia biex ma jibqax fit-tiġrija, bl-eks Kap tal-PN jgħid illi kieku hu kien jisspospendi lilu nnifsu, sinjal ċar li Busuttil ma kienx qed jappoġġja lil Delia. Minn hemmhekk kien ċar illi diversi persuni fil-partit kienu lesti joħorġu għonqhom biex iqaċċtu lil Delia 'l barra, minn hemmhekk bdew il- messaġġi sottili jew inkella bl-aktar mod ċar kontra Delia, fosthom minn nies li saħansitra qalu li huwa żiemel tat-Trojja ta' Joseph Muscat, biex ikisser lill-PN. Il-ġlieda kienet qarsa, qalila, personali u anke klassista u kienet imbuttata l-aktar minn Daphne Caruana Galizia, probabilment b'xi ħadd ħafna ikbar minn Caruana Galizia jiddisinja pjan għal disfatta. Kienet sa ċertu punt kampanja simili għal dik kontra Muscat u l-Partit Laburista u li kienet ukoll tiċċentra ma' kontijiet barra mill-pajjiż. U għax kienet kampanja mibnija fuq l-istess strateġija, kellha bżonn l-istess risposta. Muscat rebaħ b'maġġoranza ta' kważi 40,000 vot jekk mal- voti tal-PN ma tgħoddx dawk li kiseb il-Partit Demokratiku. Dan ir- riżultat m'għamilx dak li kien jew seta' kien ħażin, tajjeb. Imma ċertament kien riżultat elettorali qawwi biżżejjed biex imewwet il-kritika u jisfratta l-oppożizzjoni. Bħal-lum sena Delia ma ġabx dak ir-riżultat li kien kbir biżżejjed biex 'jixkupa' l-oppożizzjoni lejh kif fil- fatt ħafna stennew li se jagħmel. Hu kien elett bi 52.7% tal- voti, jew 7,734 vot. Dan poġġieh b'800 vot minn fuq Chris Said minn total ta' 14,742 vot. Min jiftakar jew min kien fuq il-Fosos jistenna r-riżultat jaf li għal perjodu ta' ħin waqt l-għadd tal- voti ma kienx ċar min se jkun elett u li r-riżultat kien se jkun qrib. F'dan il-ħin (jien kont fuq il- Fosos qed indur u nisma' lin-nies jitkellmu waqt l-għadd) bdew jinstemgħu l-'allaħares qatt...' jew 'inqatta' t-tessera...' 'Imma kif qegħdin? Kif qegħdin? Madonna, allaħares...' Għalhekk fid-dawl ta' din ir-rebħa ta' ftit inqas minn 53% ma kinitx biżżejjed biex 'traqqad' jew 'tilloppja' l-oppożizzjoni lejn Delia, anzi fil-psike ta' ħafna minn dawk li ma ridux u għadhom ma jridux lil Delia dan ir-riżultat ħalla l-bieb Il-ġudizzju ta' 10 xhur oħra li Joseph Muscat se jagħmel il-25 ta' Mejju (l-aħħar?) ġudizzju dwaru u l-Gvern li jmexxi. Delia se jkollu jaċċetta l-isfida... u għaliex jista' jkun li se jidħol fi sqaq bl- immigrazzjoni? L-immigrazzjoni; Delia qed jiġġudika s-soċjetà Maltija tal-lum b'mod ħażin ħafna

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018