Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 Luke Micallef u Lisa Bezzina b'rebħa konvinċenti fil-HOS 10k Road Race ġewwa Burmarrad IT-TELLIEQA fuq medda ta' 10 kilometri tal-House of Sport 10k Series ġewwa Burmarrad bniet reputazzjoni bħala waħda mit-tlielaq b'pass mgħaġġel f 'Malta. Mifruxa fuq rotta f 'toroq u xenarju 'l bogħod mit-traffiku, sa mill- bidu tagħha fl-2016, din ir-rotta kisbet l-appoġġ tal-biċċa l-kbira tal-aqwa atleti f 'Malta. Fil-fatt, it-tellieqa tal-Ħadd li għadda kellha żieda ta' ħamsa u għoxrin fil-mija fil-parteċipazzjoni mis- sena preċedenti. It-tellieqa, li saret taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletics Association serviet ukoll bħala tellieqa għas-selezzjoni tat- tim tal-Atletika li ser tirrapreżenta lil Malta fil-Cardiff Cross Country Challenge li jmiss. Il-bidu bikri tal-Ħadd filgħodu, raw uħud mill-aqwa atleti Maltin bħal Lisa Bezzina, Luke Micallef, Andrew Grech, Dillon Cassar, Roberta Schembri, Monalisa Camilleri, Josann Attard Pulis jieħdu jieħdu posthom biex jagħtu wirjiet b'saħħithom ħafna. Favurita li tirbaħ it- tellieqa kienet Lisa Bezzina li ilha tikkompeti fi kważi kull edizzjoni ta' din is-serje, fejn hi kisbet suċċess wara l-ieħor. Madankollu kien se jkun hemm kompetizzjoni qawwija għal Bezzina minn atleti bħal Schembri, Camilleri, Attard Pulis u oħrajn bħal Margaret Seguna u Paula Grech. Mill-bidu nett Bezzina stabbilixxiet strateġija determinata iżda kalma u kkalkulata li ppermettietha mhux biss li tirbaħ it-tellieqa iżda tikser ir-rekord tal-kors li waqqfet hi stess fl-2017. Bezzina spiċċat it- tellieqa f 'ħin ta' 35 minuta 59 sekonda, titjib ta' 1 minuta 23 sekonda fuq is- sena l-oħra. Wara warajha kien hemm Roberta Schembri li daħlet fit- tieni post 33 sekonda wara. It-tielet post kien meħud mill-atleta tat-trak Mona Lisa Camilleri li għamlet id-debutt tagħha fis-Serje nhar il-Ħadd. B'numru tajjeb t'atleti li kienu qed jippruvaw biex jieħdu post fuq quddiem net, il-kompetizzjoni kienet ser tkun b'saħħitha u bl-ebda favorit ċar. Malli bdiet it-tellieqa, il-pass ġie stabbilit minn Luke Micallef, segwit minn Andrew Grech u d-debuttant ġdid Dillon Cassar, warajhom kienu Stefan Azzopardi u Mark Herrera. Dawn il-pożizzjonijiet baqgħu sal-aħħar u minkejja t-tentattivi ta' Grech biex jegħleb lil Micallef, dan tal-aħħar żamm il- pożizzjoni fuq quddiem, b' erba' sekondi distakk fuq Grech. Tnax-il sekonda wara daħal Dillon Cassar li qed jkompli jirreġistra xi riżultati impressjonanti minkejja n-nuqqas ta' esperjenza tiegħu f 'dan il-qasam. Il-premijiet lir-rebbieħa ġew ippreżentati minn Charles Demanuele, Direttur tat-Tellieqa immedjatament wara. Intant, il-Malta Amateur Athletics Association, wara l-pubblikazzjoni tar- riżultati uffiċjali, ħabbret it-tim għal Cardiff, li se jkun kompost minn Luke Micallef, Andrew Grech, Dillon Cassar, Mark Herrera, Lisa Marie Bezzina, Roberta Schembri, Monalisa Camilleri u Paula Grech. Riżultati HOS 10K Burmarrad Overall Irġiel Nisa 1st Luke Micallef Lisa Bezzina 2nd Andrew Grech Roberta Schembri 3rd Dillon Cassar Mona Lisa Camilleri Gruppi Età 30-34 1. Mark Herrera Josann Attard Pulis 2. James Sciriha Gianella Bugeja 3. Pierre Chicco Maureen Farrugia 35 - 39 1. Stefan Azzopardi Margaret Seguna 2. Darran Agius Catherine Chetcuti 3. George Vella Amanda Vella 40 - 44 1. Alan Borg Caroline Ciappara 2. Alex Schembri Denise Cuschieri 3. Frank Fenech Karla Lethbridge 45 - 49 1. George Taliana Carmen Hili 2. Toninu Dimech Carmen Vella 3. Rodney Cassar Sylvana Spiteri 50 - 54 1. Charles Cilia Doris Farrugia 2. Stephen Mifsud Miriam Abela 3. Philip Zammit n/a 55 - 59 1. John Saliba Mary Grace Demicoli 2. Tonio Farrugia Luana Zammit 3. MichaelCamilleri Susan Fenech 60 - 69 1. Mario Pisani n/a 2. Wally Ghiller n/a 3. Godwin Tonna n/a 70+ 1. Marcel Tellus n/a

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018