Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
Intervista 8 illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 MINKEJJA li l-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew fadlilhom tmien xhur, kollox qed jindika li l-kampanja se tkun waħda twila u qalila, anke għax ħafna qed iqisu dawn l-elezzjonijiet bħala l-ewwel test politiku għal Adrian Delia, li bħal-lum sena kien elett Kap tal- Partit Nazzjonalista. Anke jekk nhar il-Ħadd li għadda hu stqarr mal- gazzetta ILLUM li mhux qed iħares lejn dawn l-elezzjonijiet bħala xi ġudizzju fuqu, ħafna qed jistaqsu x'futur ikollu Delia jekk id-distakk ma jonqosx jew saħansitra jiżdied kif qed ibassru s-sondaġġi. Iżda, f 'intervista ma' din il-gazzetta, Simon Mercieca, opinjonista u eks esponent tal-Partit Nazzjonalista, insista li t-triq għal Adrian Delia għandha tkun waħda totalment differenti u li sa issa ħadd għadu ma kkunsidra jew tkellem dwarha. Mal-ILLUM Mercieca jisħaq li "Delia għandu joħroġ għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew." "Delia għandu ċans li jkun iġġudikat mill-poplu" Iżda x'wassal lil Simon Mercieca biex jaħseb li din tkun l-aqwa għażla għal Adrian Delia? Skontu hemm żewġ kwistjonijiet li wieħed irid jikkunsidra. L-ewwel nett fakkar li Delia, anke jekk kien elett mit-tesserati, huwa kap li qatt ma mar għat- test tal-elettorat. It-tieni ntqal li Simon Busuttil intalab joħroġ għal dawn l-elezzjonijiet iżda rrifjuta, forsi għax jibża' li mhux se jġib l-istess ammont ta' voti li kien iġib jew għax jikkunsidra din bħala mossa kif il-fazzjoni ta' kontrih teħles minnu u tibagħtu l-Unjoni Ewropea. Skont Mercieca, jekk Adrian Delia joħroġ għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew hemm ċans kbir li jġib l-akbar ammont ta' voti, mhux biss fost il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, iżda fost il- kandidati kollha. "Hekk Delia jkun iġġudikat mill-poplu," saħaq Mercieca u jkun jista' jisħaq b'wiċċu minn quddiem li "l-Partit Nazzjonalista mhux jitlef minħabba fih iżda minħabba raġunijiet oħra." Joħroġ…imma jiddikjara minn qabel li mhux sejjer l-Ewropa U jekk jiġi elett jirriżenja mill-Kap tal- Partit Nazzjonalista? Assolutament mhux il- każ, anzi Mercieca insista li Adrian Delia għandu jiddikjara minn qabel li jirrinunzja postu fil- Parlament Ewropew. "Ikun jista' jgħid b'wiċċu minn quddiem li l-kontribut tiegħu lill- Partit Nazzjonalista tah," għax spjega li jekk iġib ammont kbir ta' voti, dawn se jintirtu fuq il- kandidati l-oħra tal-Partit Nazzjonalista. "Delia għandu ċ-ċans li jieħu vantaġġ mis-sistema elettorali tagħna li minkejja li nivvutaw għall-partiti, din teleġġi l-individwu." Adrian Delia vs Miriam Dalli Iżda Mercieca ma waqafx hemm. Saħaq li jekk Delia joħroġ għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u jġib ammont tajjeb ta' voti, se jippreżenta Partit Nazzjonalista li huwa kompatt, anke jekk fi kliemu, din l-għaqda tkun waħda relattiva. Mill-banda l-oħra, ikompli Mercieca, Delia jkun qed joħroġ aktar biċ-ċar il- qasma bejn fazzjonijiet fil-Partit Laburista, issa li l-ġirja għal mexxej Laburista jidher li ftit ftit se tibda tirranka, ġaladarba l-Prim Ministru Joseph Muscat iddikjara aktar minn darba li mhux se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fi kliem Mercieca, huwa ċar li l-Partit Laburista jrid jimbotta 'l quddiem il-kandidatura ta' Miriam Dalli, li hija waħda mill- favoriti li tieħu post Joseph Muscat bħala l-ewwel mexxej mara tal-Partit Laburista u eventwalment Prim Ministru. Madanakollu, hemm ukoll min lil Miriam Dalli ma jridhiex u għalhekk, jisħaq Mercieca, fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew se jivvota lil kandidati oħra, bil-voti jinqasmu fost il- kandidati kollha. Għalhekk saħaq li jekk dan iseħħ, fuq naħa jkollok Partit Nazzjonalista li ħafna mill-voti tiegħu jkunu marru fuq kandidat wieħed, f 'dan il-każ Adrian Delia, u jidher partit kompatt, filwaqt li fuq in-naħa l-oħra jkollok Partit Laburista bil-voti mifruxa fost numru akbar ta' kandidati. 'Adrian Delia għandu joħroġ għall-elezzjonijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio …skont Simon Mercieca dan jagħti ċans lil Adrian Delia biex ikun iġġudikat mill-Poplu u jkun jista' b'wiċċu minn quddiem jibqa' Kap tal-Partit Nazzjonalista Qabel ma din l-'old guard' ta' Deputati tinbidel, minħabba li llum hija assoċjata mad- disfatti tal-PN, dan il-Partit ma jistax ikun fil-gvern " "