Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
10 illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 Aħbarijiet Il-Moviment Graffi tti jirrikonoxxi li l-Pulizija kienu qed jagħmlu xogħolhom anke jekk kien hemm min eseġera... "FILWAQT li nirringrazzjaw lil dawk kollha li wrew is-solidarjetà tagħhom magħna tul dawn il-jumejn, il-Moviment Graffitti u l-Kamp Emerġenza Ambjent jenfasizzaw li t-tħassib ewlieni jibqa' l-Fuel Service Station Policy u l-imġiba offensiva tal- PA, u mhux l-azzjonijiet tal-pulizija." Hekk sostna l-Moviment Graffitti fi stqarrija dalgħodu illi fiha rrikonoxxew li l-uffiċjali tal-pulizija kienu sempliċiment qed jagħmlu xogħolhom anke jekk jinsistu li wħud eseġeraw. "Nistiednu lil kulħadd sabiex jiffoka fuq il-kwistjoni l-iktar urġenti: disa' xhur wara li ġiet imwiegħda reviżjoni tal-Fuel Service Station Policy, din il-policy redikola għadha hemm, mingħajr ebda riforma. Il- fatt li l-applikazzjoni għal pompa tal-petrol fiż-Żejtun ġiet irrifjutata hija xi ħaġa pożittiva, imma mhux ta' sinifikat kbir. Erba' pompi tal-petrol diġà ġew approvati f 'dawn l-aħħar xhur, ħdax-il applikazzjoni oħra għadhom iridu jiġu pproċessati, u iktar applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi. B'kollox, id- daqs ta' seba' darbiet il-fosos tal-Furjana jista' jittieħed għal pompi tal-petrol fuq art agrikola u naturali. Din hija ġennata u hemm bżonn li tieqaf immedjatament." "L-azzjoni tagħna tal- Ħamis li għadda kienet waħda ta' diżubbidjenza ċivili paċifika fil-kuntest ta' ċirkustanzi estremi. Qabel l-azzjoni tal-Ħamis, għaqdiet u eluf ta' ċittadini kienu ġa kontinwament qed jesprimu r-rabja tagħhom għall-Fuel Service Station Policy, li tippermetti li jinbnew hekk imsejħa pompi tal-petrol enormi fuq art ODZ. L-awtoritajiet stess ammettew li din il-policy hija ħażina u għandha tinbidel. Imma baqa' ma sar xejn. Inħarġu stqarrijiet, intbagħtu emails lill-PA, inkitbu artikli u saru konferenzi stampa – kollu għalxejn. Kulħadd ġie kompletament injorat. Dan juri kif il-poter tal- iżviluppaturi ħarab barra l-kontroll demokratiku, bir-riżultat li pajjiżna qed jinqered b'mod mgħaġġel u l-futur tagħna fuq din il- gżira qed jispiċċa mhedded. Għalhekk, hekk kif għamilna eżattament sentejn ilu meta ftaħna bil-forza l-gradi ta' Manoel Island, il-Ħamis li għadda għamilna azzjoni diretta biex inwaqqfu dan il-ġenn," temmew jgħidu tal- Graffitti. Graffitti jirrikonoxxu ħidmet il-Pulizija u jsejħu 11-il applikazzjoni għal pompi bħala 'ġennata' MINISTRY FOR HEALTH PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EUROPEAN FUNDS AND SOCIAL DIALOGUE PUBLIC HEALTH IS YOUR GUARANTEE. TAKE PART. NATIONAL SURVEY ON THE SOCIAL DETERMINANTS OF HEALTH PROJECT PART-FINANCED BY THE EUROPEAN UNION Mara tinstab mejta f 'Raħal Ġdid GĦALLĦABTA tas-7:00 a.m. il-Pulizija rċeviet rapport rigward mara ta' 35 sena li nstabet mejta fir-residenza tagħha ġewwa Raħal Ġdid. Il-Pulizija bdiet l-investigazzjonijiet tagħha u infurmat lill-Maġistrat tal- għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. l-awtopsja fuq il-katavru mistennija ssir kif ordnat il-Maġistrat. Il-maġistrat tal-għassa jaħtar diversi esperti biex jassistu fl -inkjesta