Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 Buttigieg għall-Ewropa...se jirreżenja minn Kap tal-PD Il-PL jaqbel mal-PN biex George Hyzler jinħatar Kummissarju Parlamentari għal-Istandards IL-GRUPP Parlamentari Laburista illum qabel mal-proposta tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, dwar il-ħatra ta' Dr George Hyzler bħala Kummissarju Parlamentari għall- Istandards. "B'din il-ħatra se tiġi fis- seħħ liġi oħra importanti li daħħal dan il-Gvern u li se tkompli iżżid il-governanza u transparenza fil-pajjiż," sostna l-Partit Laburista Hyzler huwa eks Deputat u eks Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiżi taħt Gvern Nazzjonalista bejn l-1998 ....jgħid illi din is-sena kienet prova ta' kemm il-pajjiż għandu bżonn lit-tielet partit għall-ġlieda favur il-ġustizzja soċjali ILBIERAĦ tħabbar l-ewwel kandidat tal-Partit Demokratiku għall-elezzjoni tal-MEPs li se ssir nhar il-25 ta' Mejju tas-sena d-dieħla. Dan se jkun Anthony Buttigieg, illi illum jokkupa l-kariga ta' kap tal-istess Partit. Intant Buttigieg iddeċieda li minħabba li għandu impjieg full- time, hu jixtieq illi jiffoka fuq il-kampanja. Hu ħa d-deċiżjoni f 'konsultazzjoni sħiħa mal- membri tal-partit. Buttigieg se jkun qed jirreżenja mill-kariga nhar il-21 ta' Settembru u mill- għada stess jibda l-proċess biex jintagħżel Kap ġdid għall-Partit Demokratiku. Buttigieg kien it-tieni Kap tal-PD wara l-eks Deputata Laburista (u illum Deputata tal- PD) Marlene Farrugia, li fil-fatt waqqfet l-istess partit. "Jekk inħarsu lura lejn is- sena li għaddiet, fiha l-Partit Demokratiku kien prova tal-bżonn tat-tielet partit, li jiġġieled għal governanza tajba, għall-ambjent u għall-ġustizzja soċjali," sostniet l-istqarrija tal- partit. Il-PN japprova l-ewwel grupp ta' kandidati għall-2019 IL-PARTIT Nazzjonalista approva l-ewwel grupp ta' kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir f 'Mejju tas-sena d-dieħla. Erbgħa minn dawn il-kandidati se jikkontestaw għall-ewwel darba. Il-kandidati tal- Partit Nazzjonalista għall- Parlament Ewropew ġejjin minn oqsma differenti u se jkunu qed joffru għażla tajba ta' servizz politiku lill-poplu Malti. Il-kandidati approvati għal din l-elezzjoni huma: Peter Agius, Dione Borg, Michael Briguglio, David Casa, Roberta Metsola, Frank Psaila u Francis Zammit Dimech. Dawn il-kandidati ġew approvati mill-Kumitat Eżekuttiv fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill amministrattiv wara li sarilhom l-iskrutinju meħtieġ.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018