Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 16 ta' September 2018 Ħa mmur lura għall-bidu tal- karriera tiegħek fil-futbol. Kif bdiet din l-imħabba tiegħek lejn dan l-isport? Żgur li missierek inkoraġġik biex taqbad din il- karriera hux hekk? Iva, missieri minn dejjem inkoraġġini biex nilgħab il-futbol. Jien min-naħa tiegħi kont insegwih ħafna partikolarment meta kien jilgħab ma' Hibernians u ħadt ħafna mill-eżempji tiegħu f 'dan l-isport. Int minn dejjem kont fin-nursery ta' Hibernians. X'tiftakar minn dak iż-żmien u kif bqajt tiela' mbagħad? Iva, biex inkomplilek fuq dak li għedtlek, jien minn dejjem kont qed nistenna lil missieri sabiex joħodni fin-nursery u eventwalment nibda nilgħab il-futbol. Meta bdejt nilgħab mat-tfal ta' Paola Hibernians, il- kowċis ħadu pjaċir bija u jien min- naħa tiegħi kont veru kuntent b'dan kollu. Dan l-isport minn dejjem ħabbejtu u issa nħobbu iktar u iktar li rnexxieli nasal fil-livell li nixtieq. Madankollu fadal ħafna x'nitgħallem u lest inkompli nitjieb. Nitkellmu dwar l-istaġun li għadda. Bħala Hibernians ma tantx kellkom kampjonat pożittiv. X'taħseb li mar ħażin? Nemmen li matul il-kors tal- kampjonat li għadda ma konniex daqshekk konsistenti u dan influwenza l-klassifika finali tagħna. Kien ta' diżappunt għalina li wara ħafna snin nikkompetu fl-Ewropa, din is-sena kellna nonqsu minn dak it-tragward. Matul dan l-istaġun intom għandkom kowċ ġdid li huwa t-Taljan Stefano Sanderra. Ħassejtu differenza bejn dan il-kowċu dak li kellkom fl-istaġun li għadda Mark Miller? Huma żewġ kowċis differenti kemm fl-istil, fil-filosofija u anke fit-tmexxija. It-tnejn għandhom it- tajjeb tagħhom m'hemmx xi ngħidu! Dan il-kowċ Taljan għoġobni ħafna bil-mod ta' kif imexxi u anke għandu strateġija kif jimmotiva lill- plejers. S'issa sejrin tajjeb u nispera li nibqgħu għaddejjin fit-triq it-tajba miegħu. Int kellek iċ-ċans li tilgħab barra minn Malta. Kif kienet dik l-esperjenza qasira li kellek? Kienet esperjenza tajba u titgħallem kif tkun plejer professjonali f 'ambjent differenti minn Malta. Kont ngħaqadt mat- tim Kroat ta' NK InterZapresic. Madankollu ma kinitx faċli li żżomm postok mat-tim minħabba l-kompetizzjoni li kien hemm. Minkejja kollox xorta ngħożż dik l-esperjenza. Wara dawn iż-żewġ wirjiet li kellek mat-tim nazzjonali Malti, ħafna kienu tal-fehma li int postok tilgħab barra minn Malta. Kemm int lest li tilgħab barra l-pajjiż? Mija fil-mija li mmur! Jekk tiġi xi offerta u jkolli ċ-ċans nilgħab barra minn Malta mmur żgur! Għandu jiġi minnek biex tmur u tiżviluppa t-talenti tiegħek barra minn Malta apparti li jkollok iċ-ċans tgħix ħajja professjonali hemmhekk. Jien determinat li nagħmel il-pass u nixtieq li nasal s'hawn. Jekk tmur barra hemm iktar professjonalità. Fl-aħħar mill-aħħar trid tkun int li tagħmel is-sagrifiċċju bħala plejer u ma toqgħodx tgħid għax ser inħoss in-nuqqas tal-kumdità u l-affarijiet li għandna Malta. M'hemmx dubju li bid-determinazzjoni tasal. Ħa mmurlek issa fuq it- tournament ta' taħt is-17-il sena li kien sar f 'pajjiżna lura għas-sena 2014. Intom kontu lgħabtu kontra diversi plejers li llum diġà bdew jilagħbu mat-timijiet nazzjonali tagħhom. X'tiftakar minn dak it- tournament? Kien l-ewwel tournament professjonali tiegħi. Kont ili nistennieh u niftakar li l-MFA kienet tippreparana ħafna għalih. Fl- aħħar mill-aħħar kienet opportunità kbira għalina l-plejers nieħdu l-ewwel esperjenza tagħna. Kemm tgħallimt mill-kowċ Sergio Soldano? Sergio Soldano huwa raġel mill- aħjar. Kien bniedem li litteralment jgħinek f 'kull fażi tal-karriera tiegħek bħala plejer. Jgħidlek x'għamilt tajjeb u x'għamilt ħażin u taf kif qiegħed miegħu. Wara kellek iċ-ċans li titrenja taħt il-kowċ Silvio Vella. Xi tgħidli dwar dan il-kowċ? Silvio Vella tani dak il-pass 'il quddiem fil-karriera tiegħi. Huwa bniedem li joħroġlok it-talent tiegħek. Dejjem jara li jagħtik il- kuraġġ sabiex fl-aħħar mill-aħħar turi dan kollu fil-grawnd. Int kellek id-debutt tiegħek mat- tim nazzjonali Malti proprju fit-trainingcamp li kien sar fl- Awstrija u lgħabt kontra l-Armenja. X'ħassejt meta kellek iċ-ċans tilgħab għall-ewwel darba ma' Malta? Kont fis-seba' sema! Naf li wasalt f 'post li verament xtaqt nasal għalih. Ninsab kuntent li għamilt id-debutt f 'età daqshekk żgħira u fl-istess ħin onorat li qed nirrappreżenta lil pajjiżi. Fil-logħba kontra l-Gżejjer Faroe int bdejt mal-ewwel ħdax u kont l-aqwa plejer. X'tikkumenta dwar dik il-logħba? Kienet partita li setgħet marret f 'kull naħa. Kieku forsi m'għamilniex l-iżbalji, naħseb li kieku l-logħba kienet tkun xorta oħra. Fil-verità aħna ħloqna ċansijiet daqshom speċjalment fil-bidu tal-logħba. Kellu jkollna iktar kunfidenza u naħseb li konna nieħdu mqar punt. Mill-banda l-oħra fil-logħba ta' nhar it-Tnejn li għaddew, int erġajt kont wieħed mill-aħjar plejers għal Malta fl-opinjoni tiegħi. Il-wirja kienet aħjar u rnexxielkom tieħdu dro ta' 1-1 kontra l-Ażerbaijan. Meta tara li l-affarijiet qed jinbidlu u għallinqas jirnexxielek tieħu xi ħaġa dejjem aħjar. Meta tara li hemm titjib tagħmel iktar kuraġġ u dan kien li wassalna sabiex nieħdu punt minn din il-partita. Ma kinitx xi logħba faċli iżda grazzi għas- sapport li kellna mill-partitarji u anke għad-determinazzjoni tagħna wasalna biex nieħdu l-ewwel punt f 'dan in-Nations League. Nemmen illi l-kowċ Ray Żażu Farrugia għandu fiduċja fik. Korrett f 'dan li qed ngħid? Iva tani ċ-ċans u mal-ewwel qalli li jemmen fija. Hu qalli li jien tajjeb daqs kull min ser tiffaċċja. Jistenna mingħandi li nagħti l-mija fil-mija tiegħi ħalli nagħti dik l-għajnuna lil sħabi. Taqbel miegħi li bħalissa qed jirrenja entużjażmu u armonija fid- dressing room tat-tim nazzjonali Malti? Iva hemm ambjent sabiħ u l-għaqda tidher mhux ftit. Huwa perjodu sabiħ fejn anke l-kowċ il- ħin kollu qed jinkoraġġina sabiex inkunu dejjem aħjar. Ħa mmorru issa għall-kampjonat lokali. Taqbel li jkollna 14-il tim fil-Premier? M'għandi xejn kontriha ngħidlek il-verità. Nemmen li hemm iktar kompetizzjoni meta jkollok aktar timijiet. Taqbel mal-11-il barrani fi klabb tal-PremierLeague Malti? Ngħidlek il-verità mhux ser ngħid ma naqbilx iżda fl-aħħar mill- aħħar int trid taħdem iktar sabiex iżżomm postok. Nemmen li jekk ser ikun hemm 11-il barrani int ser tagħti kollox sabiex tkun daqs dak il-barrani. Li ma naqbilx hu li nġibu ħafna barranin b'paga minima li jiġi jiswa inqas minn Malti biex tiffranka l-flus. Hemmhekk 'Jekk tiġi xi offerta u jkolli ċ-ċans nilgħab Cristian Antony Muscat Joseph Mbong - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li fl-aħħar żewġ impenji mat-tim nazzjonali kontra l-Gżejjer Faroe u l-Ażerbajġan kien wieħed mill-aqwa jekk mhux l-aqwa plejer fost il-Maltin. "Jien bħala żagħżugħ ngħid li jekk temmen u tixtieq tkun plejer professjonali m'għandekx taqta' qalbek. Jekk hemm ir-rieda ser tasal. Importanti li ma taqta' qalbek qatt."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018