Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 JUMEJN ilu, fl-14 ta' Settembru, il-Knisja Universali ċċelebrat il-festa solenni tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, festa li tiċċelebra l-glorja tas- salib għal kull min jemmen fil-fidi Nisranija. F'Malta, waħda mill-knejjes li tiċċelebra din il-festa b'solennità, hija l-knisja ta' Ġieżu fil-Belt Valletta. U propju llum il-Ħadd, minn din l-istess knisja, toħroġ purċissjoni organizzata mill-Arcikonfraternità tal- Kurċifiss, bl-istatwa unika f 'Malta li tirrappreżenta s-sejba tas-Salib Imqaddes f 'Ġerusalemm. Hija statwa artistika ħafna li turi lill- Imperatriċi Sant'Elena, lill-Isqof ta' Ġerusalemm, San Makarju u lill-iben Sant'Elena, l-Imperatur Kostantinu. Il-Knisja Franġiskana ta' Santa Marija ta' Ġesù hija knisja mill-isbaħ fil-Belt Valletta, iddedikata lil Santa Marija ta' Ġesù. Din il-knisja titmexxa mill- patrijiet tal-ordni reliġjuż tal-Franġiskani Minuri. Hija magħrufa popolarment mal- Maltin bħala, 'Ta' Ġieżu' li hija korruzzjoni lokali tal-kelma, 'Ġesù' (ta' Ġesù). Fl-1571 il-Patrijiet Minuri ngħataw biċċa art fil-Belt biex fuqha tinbena knisja ġdida. Ix-xogħol beda ftit wara fuq disinn tal-magħruf Girolamo Cassar, għalkemm il-faċċata ġiet mibdula fl-1680 minn Federico Blondel. Kienu diversi il-Gran Mastri li kkontribwixxew bil-kbir lejn it-tisbiħ ta' dan it-tempju li llum jospita fih diversi xogħlijiet tal-arti. L-attrazzjoni ewlenija f 'din il-knisja hija mingħajr dubju l-Kurċifiss mirakuluż u impressjonanti, li sa ftit snin ilu kien attribwit lill- Franġiskan Sqalli Fra Umile Pintorno madwar is-sena 1630. Din ix-xbiha mill- ewwel ġibdet l-attenzjoni tal-Maltin li sal-lum għad għandhom devozzjoni kbira lejh. Fil-kappella fejn hemm ix-xbiha tal-kurċifiss mirakuluż insibu wkoll pittura sabiħa tal-Madonna tad-Duluri, xogħol fin ta' Stefano Erardi. Il-pittura titulari ta' din il-knisja hija xogħol l-artist Sqalli Antonio Catalano datata l-1600 u turi ż-żjara tal-Madonna lil Santa Elizabetta. Il-knisja għandha wkoll ix-xorti li jkollha fiha l-qabar tal-Beatu Nazju Falzon (1813-1865). Dan kien Kjeriku djoċesan li llum huwa vvenerat ħafna mill-Maltin bħala wieħed mill-ewlenin qaddisin ta' pajjiżna. Fost il-ħafna xogħlijiet pastorali li wettaq insibu li kien jgħallem il-katekiżmu Nisrani lill- baħrin Ingliżi stazzjonati f 'Malta. Dokument li jidentifika l-iskultur vera tal-kurċifiss mirakuluż tal-knisja ta' Ġieżu nstab ftit tas-snin ilu. Dan il-kurċifiss jiġbed lejh numru kbir ta' pellegrini kull sena. Leġġenda antika tgħid li l-iskultur li kien qiegħed jaħdem fuq din l-istatwa kellu diffikultà kif ser jiskolpi r-ras tagħha u jum wieħed qam filgħodu u sab ras il-kurċifiss mirakolożament lestha u mwaħħla f 'postha. L-istoriku Franġiskan Patri Ġorġ Aquilina, li skopra d-dokument, jgħid li dan il- kurċifiss huwa xogħol Frate Innocenzo da Petralia. Dan id-dokument ġab fi tmiemu diskussjoni antika bejn l-istudjużi tal-arti li kienet ilha sejra snin twal, dwar min kien il-vera skultur ta' din l-opra artistika. L-istudjużi dejjem kienu jattribwixxu x-xogħol ta' dan il-kurċifiss lil Frate Umile Pintorno, Franġiskan Sqalli minn Petralia Soprana li kien jaqsam l-istess bottega ma' Frate Innocenzo fil-Kunvent Franġiskan ta' Palermo. Il-fatt tal-iskultur awtentiku ġie aċċertat meta Patri Ġorġ Aquilina L-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss CLIFFORD GALEA magħrufa popolarment mal- tal-magħruf Girolamo tal-Franġiskani Minuri. Hija wara fuq disinn