Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum Kurċifiss u l-festa tas-salib fil-Belt Valletta ġie wiċċ imb wiċċ ma' kuntratt li jmur lura għas- sena 1648 u li jiċċertifika li din l-iskultura kienet ikkummissjunata lil Frate Innocenzo. L-istess dokument jikkonferma li Fra Marco Rosset, dak iż-żmien kappillan konventwali tal- Knisja ta' San Ġwann, kien alloka l-fondi meħtieġa għal dan il-proġett. Il- kundizzjoni li rabat ma' din l-għotja ta' flus kienet li għall-ebda raġuni dan il- kurċifiss ma kellu jingħata lil xi knisja jew kunvent ieħor iktar minn dik magħrufa bħala, 'Ta' Ġieżu' fil-Belt Valletta. Dan kellu jinżamm imdendel f 'niċċa bi ħġieġ oħxon fuq il-lemin tal-bieb prinċipali tal- knisja. Imma r-riċerka ta' Patri Ġorġ Aquilina żvelat ukoll fatti oħra. Meta skopra d-dokument dwar min kien l-iskultur tal-kurċifiss mirakoluż, Patri Aquilina propjament ma kienx qed jagħmel riċerka dwaru imma dwar l-istatwa tal-Ecce Homo li nsibu fl-istess knisja Ta' Ġieżu. Hemm xebh kbir bejn il-figuri ta' Ġesù fil- kurċifiss u fl-istatwa tal-Ecce Homo, imma għal żmien twil kien diffiċli ħafna li wieħed jasal għal xi tip ta' konklużjoni minħabba n-numru kbir ta' interventi u tibdiliet li saru fuq l-istatwa tal-Ecce Homo qabel ir-restawr riċenti li sar fuqha. Dan ir-restawr kien ġie kkummissjonat mill-Konfraternità tas- Santissmu Kurċifiss lil Dun Charles Vella. F'dan il-proċess ta' restawr, Dun Charles li huwa espert f 'dan il-qasam, iddeċieda li jeżamina numru ta' kampjuni miż-żebgħa tal-istatwa. B'hekk il-karatteristiċi veri tal-istatwa ngħataw lura d-dehra oriġinali tagħhom. Infatti Dun Charles jgħid li din l-istatwa oriġinali għaddiet minn numru ta' bidliet biex tiġi tixbah kemm jista' jkun il-karatteristiċi tal-bqija tal-istatwi tal- Ġimgħa l-Kbira li nsibu f 'din il-knisja. Pereżempju nsibu li x-xagħar u d-daqna ta' Kristu ttawlu bl-użu ta' taħlita ta' karta u kolla. Kemm Patri Aquilina kif ukoll Dun Charles Vella għamlu numru ta' studji biex jaraw kemm kien hemm verità fis-suspett tagħhom li din l-istatwa hija xogħol ta' Frate Umile jew Frate Innocenzo, it-tieni ħabib u dixxiplu tal-ewwel. Wara numru ta' testijiet fuq il-materjal u ż-żebgħa użati fl-istatwa, ir-riċerkaturi kkonkludew li l-istatwa tal-Ecce Homo hija xogħol Frate Umile. Għalkemm ftit hemm dokumentazzjoni dwar il-ħajja ta' Frate Umile, nafu li kien missieru stess li għallmu l-arti tal-iskultura. Huwa mbagħad kompla l-istudji tiegħu f 'Palermo fejn kiseb il-livell ta' mastru tal-iskultura bid- dritt li jkollu l-bottega tiegħu b'oħrajn li jaħdmu u jitgħallmu miegħu. Peress li fl-istess kunvent f 'Palermo kien hemm ukoll Frate Innocenzo u kienu juża l-istess bottega ma' Frate Umile, l-oriġini ta' ħafna mix- xogħlijiet ta' dawn iż- żewġ patrijiet skulturi titħawwad, peress li teżisti ftit dokumentazzjoni dwarhom. Din l-attrazzjoni reliġjuża kbira fil-Belt Valletta meqjuma f 'pajjiżna bħala il-kurċifiss mirakoluż, sfortunatament issa għandha ħsarat konsiderevoli. Ftit taż-żmien ilu, l-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss bdiet ħidma intensiva sabiex jinġabru fondi għall-proġett ambizzjuż tar-restawr ta' din l-opra. Fuq Facebook, saru wkoll diversi appelli indirizzati lil dawk li huma interessati jgħinu billi jikkontribwixxu finanzjarjament. Kif kitbet tajjeb tant l-Arcikonfraternità fl- appell tagħha, l-għan uniku u aħħari huwa li tissalva din il-ġawhra nazzjonali li tant hija maħbuba u hemm devozzjoni lejha mal-pajjiż kollu. Nhar is-6 ta' Settembru ġie ffirmat il-kuntratt tal-kummissjoni tal- proġett tar-restawr bejn l-Arcikonfraternità tas- Santissmu Kurċifiss u l-Art Conservation Consortium. B'hekk fi żmien mhux bogħod pajjiżna ser ikun jista' jerġa' jgawdi s-sbuħija oriġinali ta' din l-iskultura barokka unika. hija Peress li fl-istess kunvent il-kurċifiss mirakoluż, sfortunatament issa għandha ħsarat konsiderevoli. Ftit taż-żmien ilu, l-Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss bdiet ħidma intensiva sabiex jinġabru fondi għall-proġett ambizzjuż tar-restawr ta' din l-opra. Fuq Facebook, saru wkoll diversi appelli indirizzati lil dawk li huma interessati jgħinu billi jikkontribwixxu devozzjoni lejha mal-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018