Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
illum | Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 16 Opinjoni Il-Majna ħalliena N har l-Erbgħa, 22 t'Awwissu, fil-ħanut tax- xogħol tal- Fondazzjoni Nazareth, fiż-Żejtun, miet b'attakk f 'qalbu John Giordimaina, wieħed mir- residenti tal-Fondazzjoni, fl-għomor ta' 45 sena, wara li kien ilu magħna 17-il sena. Triq Għexierem Konna nsejħulu, 'Majna' kif kien isejjaħ lilu nnifsu. Qabel ġie jgħix magħna, kien joqgħod mal-familja tiegħu fir-Rabat fi Triq Għexierem, triq b'seba' sqaqien. F'wieħed minnhom kienet toqgħod il-familja tiegħu, ommu Innoċenza, missieru Karmenu u ħuh Dione. Hemmhekk iltqajt miegħu għall-ewwel darba u hemmhekk sirt naf li d-diżabilità tal-Majna kienet il-kondizzjoni Downs. Ommu u missieru mietu xi snin ilu. L-għada tal-mewt tiegħu sarlu l-funeral mill- Fondazzjoni Nazareth fil- knisja parrokkjali taż-Żejtun fejn iċċelebrajna l-quddiesa jiena u Dun Andrew Borg, li jaf mill-qrib lill-Fondazzjoni u lil Majna. Kienu preżenti il-membri tal-Bord tad- Diretturi, ir-residenti tat- tlett idjar tal-Fondazzjoni mal-care workers tagħhom. Kien preżenti wkoll ħuh Dione u wliedu. Kienu preżenti diversi nies li fiż- Żejtun saru jafuh. Il-Majna raqad Jiena għamilt omelija sempliċi ħafna. Xi ħadd li mar jarah fil- Kamra Mortwarja tal-isptar Mater Dei u din qalet li kien "qisu rieqed". Jiena stqarrejt li għal min jemmen, il- Majna mhux qisu rieqed, imma rieqed tabilħaqq! Hekk qal Ġesù meta marru jgħidulu li bint Ġajru, kap tas-sinagoga, kienet mietet. Meta wasal fid-dar ta' Ġajru, Ġesù waqqaf il-biki u l-frattarija għax qalilhom: "Dan l-istorbju għalfejn? It-tfajla mhix mejta imma rieqda." Hekk nemmnu dwar il- Majna, jinsab rieqed u qed jistenna l-qawmien mir- raqda tiegħu fiċ-ċimiterju, kelma barranija li tfisser dormitorju. Fit-22 t'Awwissu ntemmet l-ewwel parti tal-istorja tal-Majna. Aħna għamilna minn kollox biex ħajtu fostna tkun sabiħa, ikkurata u kollha mħabba. Il-Lingwa tal-Majna Il-Majna kien attiv ħafna fil-ħanut tax-xogħol tagħna. Tajnieh ikel bnin u addattat għal saħħtu. Ħadnieh magħna kullimkien, anke meta sifirna jew morna kull sena Għawdex. U tgħallimna l-lingwa tiegħu. Għalih il-quddiesa kienet tissejjaħ Ammen. Dun Anġ kien jissejjaħ, Kalanġ, Laura l- kap tal-care workers kienet tissejjaħ, l-oħxon, Joseph Micallef sar jissejjaħ, Bu Bu, Marija kienet tissejjaħ, Mara, Josette waħda mill- care workers kienet tissejjaħ, Ġoġo u Lilian id-deputat kap tal-care workers kienet tissejjaħ, Pupa. Konna nafu li l-kondizzjoni tiegħu fuq din l-art tista' tqassar il-medda ta' ħajtu u t-tmiem tiegħu ġie ħabta u sabta. Aħna li nemmnu ħassejna l-firda tiegħu. Konna nafu li fl-għerf t'Alla anke l-mewt turi li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, li kulħadd jgħaddi mill-esperjenza tal- mewt. La għajn qatt rat Imma għax nemmnu li "għajn qatt ma rat u widna qatt ma semgħet, la qatt daħal f 'qalb ta' bniedem x'ħejja Alla għal dawk li jħobbuh", il-mewt tiegħu kienet bieb li jagħlaq minn naħa, jagħlaq għal din id- dinja u s-sura ta' din id- dinja tgħaddi. Imma l-bieb tal-mewt jiftah għall-ħajja ta' dejjem, ħajja li fiha la hemm diżabilità, la hemm in-niket tal-ħajja, la hemm in-nuqqas ta' ftehim, la hemm wieħed fis-sakra u l-ieħor għatxan għal qatra, la hemm id-dlam u t-taħwid – hemm biss il-mistrieħ u d-dawl ta' dejjem. Kif għallmuna nitolbu għall- mejtin missierijietna: "Agħtihom, Mulej il- mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fil-paċi" Meta daħal fil-ħajja ta' dejjem, il-Majna min jaf kemm tbissem u kemm qabeż xħin iltaqa' m'ommu u ma' missieru, kif kien isellmilhom u jiftakar fihom kuljum xħin jilmaħhom fir-ritratti sbieħ tagħhom li kellu mqiegħda fuq waħda mil-libreriji, u fl-intrata inti u dieħel mill-bieb ta' barra. Grazzi, Majna tal-bews sabiħ u sinċier li kont ittini kuljum! DUN ANG SEYCHELL I d-daqqaqa tat-tanbur kienet minxura mal-art. Ritratt fuq il-media soċjali juri t-tanbur "itir" minn idejn pulizija liebes l-uniformi fid-direzzjoni tad- daqqaqa mixħuta minn tulha mal-art. Il-protesta ta' nhar il-Ħamis mill-Moviment Graffitti u l-Kamp Emerġenza Ambjent ma kinitx fuq id-deċiżjoni dwar il-proposta għal pompa tal-petrol (u d-diesel) f 'Bulebel, iż-Żejtun. Kienet dwar it-tkaxkir tas-saqajn mill-awtoritajiet biex iwettqu reviżjonijiet sostanzjali fir-regoli tal-ippjanar dwar il- pompi tal-petrol u d-diesel. Il-mod ħażin kif il-Pulizija ttrattat lil dawk li pprotestaw jindika li qed tiżviluppa attitudni differenti mill- Pulizija. Ilna ftit taż-żmien mhux ħażin ma naraw lill-Pulizija jaġixxu b'dan il- mod. Dan mhux sinjal tajjeb. Meta l-Pulizija jaġixxu b'dan il-mod, il-messaġġ hu ċar li l-awtoritajiet huma xi ftit skomdi. L-apprezzament tal- ambjent hu limitat għal dawk il-ġranet li fih isir it-tindif ċerimonjali (clean- up days) taħt għajnejn il- media. Għall-bqija tas-sena, bosta huma għala biebhom. Dan mhu xejn ġdid: ilna niffaċċjaw din l-attitudni żmien, sena wara l-oħra. Tant li żviluppajna allerġija għall- paroli vojt tal-awtoritajiet dwar l-ambjent. Bid-daqq tat-tanbur id-daqqaqa kienet qed tfakkarna lkoll dwar kif xbajna mit-tkaxkir tas-saqajn tal-awtoritajiet. Dan ukoll hu każ ta' abbuż ta' awtorità kif ukoll amministrazzjoni ħażina. Din ir-Repubblika hi tagħna lkoll u mhux tal-ftit ipprivileġġjati. In-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-iżvilupp ta' pompi tal-petrol u d-diesel mhux wieħed żgħir, u dan minkejja li ma għandna bżonn l-ebda waħda minnhom. Id- direzzjoni politika fit-tul hi tali li għandna nnaqqsu d-dipendenza tagħna fuq il-karozzi privati. Kif indika l-Prim Ministru madwar sena ilu qed nistennew ukoll li tkun imħabbra d-data meta l-karozzi li ser jibqgħu fit- toroq tagħna jkunu dawk biss li jaħdmu bl-elettriku. B'mod repetut ġie enfasizzat li t-tlett elef metru kwadru permissibbli biex tkun żviluppata pompa tal-petrol u d-diesel barra miż-żona tal-iżvilupp hu qies eċċessiv. Bil-proposta tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi biex dan il-qies jonqos għal elfejn metru kwadru nibqgħu kważi fejn konna. F'dawk il-każi rari fejn jista' jkun hemm ħtieġa ta' pompa tal-petrol u d-diesel din ċertament li tirrikjedi ferm inqas spazju minn hekk. Ovvjament irid ikun ċar li ma hemmx ħtieġa ta' faċiIitajiet anċillari kummerċjali f 'dawn il-pompi barra miż-żona tal-iżvilupp. Sal-lum, dawn il-faċilitajiet huma permissibbli u ġew introdotti biex dawk li jridu jdawru lira jkollhom il-qligħ fuq l-investimenti tagħhom. Għall-politiċi fit-tmun Il- profitti għall-investitur huma ta' importanza ikbar mill- ħarsien tal-ambjent. Nhar il-Ħamis, l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat l-applikazzjoni għall- pompa tal-petrol u d-diesel f 'Bulebel, iż-Żejtun. Hemm diversi applikazzjonijiet oħra pendenti li l-parti l-kbira tagħhom ikunu approvati fix-xhur li ġejjin. Dan ser isir minkejja li dawn ma hemmx bżonnhom. Għandna iktar minn biżżejjed minnhom u probabbilment wasal iż- żmien li jibdew jingħalqu minn dawk li għandna. Fl-artiklu tiegħi tal-ġimgħa l-oħra enfasizzajt il-ħtieġa li nimplimentaw il-viżjoni li tpoġġilna l-Istrateġija Nazzjonali dwar it- Trasport 2025 li tidentifika d-dipendenza esaġerata tagħna fuq il-karozzi privati bħala waħda mill-miri ewlenin li teħtieġ li tkun eradikata. It-tibdil sostanzjali fir-regoli tal-ippjanar dwar il-pompi tal-petrol u d-diesel għandhom ikunu kkunsidrati f 'dan il-kuntest. Jekk ser innaqqsu l-karozzi mit-toroq m'għandniex bżonn pompi tal-pertol u d-diesel. Matul il-ġimgħat li ġejjin d-daqqaqa tat-tanbur bla dubju terġa' ssejħilna biex tfakkarna li l-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar ser jerġa' jiltaqa' ħalli tkompli l-vjolenza istituzzjonali fuq il-kampanja u l-ambjent. Bħal dak li qallu li dan kollu mhux tagħna lkoll. Id-daqqaqa tat-tanbur CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com