Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Settembru2018 | illum Il-konklużjonijiet dwar Egrant ma jsolvux il- kwistjoni tas-saltna tad-dritt – Giegold "ERĠAJNA ġejjin għax ninsabu inkwetati u mħassbin, primarjament għax waslet biex tgħaddi sena mill-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u għadha ma nqabditx dik il-persuna li riedet lil Daphne Caruana Galizia maqtula." Hekk sostna l-MEP tal-Ħodor Sven Giegold f 'telefonata ma' din il-gazzetta ġranet qabel ma jiġi mat-tieni delegazzjoni li se tkun qed tiġi pajjiżna biex tevalwa s-saltna tad-dritt, jew l-applikazzjoni tal-liġi, it- trasparenza u governanza. L-ewwel delegazzjoni kienet immexxija mill-MEP Soċjalista, Ana Gomes. Din il-gazzetta fakkret lil Giegold li hemm proċeduri għaddejjin fil-Qorti kontra tlett irġiel akkużati bil-qtil. Ma jħossx li għandu jistenna biex jara x'se jkun l-eżitu tal-istess proċess illi fih jista' jirriżulta min huwa l-mandant? Giegold jagħmilha ċara illi hu mhux se jispekola, afferma iżda illi hemm inkwiet fil-Parlament Ewropew "minħabba li għaddiet sena minn meta seħħ il-qtil u anke għax minflok ssaħħet u żdiedet l-effiċjenza tal- investigazzjoni, naqqset," allega Giegold. Giegold huwa kritiku aħrax tal-gvern u l-aħħar li kien hawn sostna illi wara li ġie Malta spiċċa aktar inkwetat minn qabel ma ġie. Iżda mal- ILLUM isostni illi dak li qed jagħmel hu u d-delegazzjoni ma jorbotx ma' Malta biss. "Aħna qed ninvestigaw u naraw is-sitwazzjonijiet f 'pajjiżi oħra, fosthom is-Slovakkja, fejn inqatel ġurnalist u anke f 'pajjiżi stess, il-Ġermanja." "Aħna se nkomplu x-xogħol li bdjena mill-ewwel delegazzjoni u issa anke fid-dawl ta' rapport illi jiżvela kif l-Awtorità Bankarja Ewropea se tinvestiga l-FIAU." Infakkru imma li apparti dan ir-rapport, kien hemm rapport ieħor. Jiġifieri dak li jittratta l-inkjesta Egrant u li dwaru nafu l-konklużjoni. Ma jħossx li hu u d-delegazzjoni se jkunu tilfu ħafna mill- krettu? Giegold naturalment ma jaqbilx u jfakkar illi kienu l-konklużjonijiet biss tar-rapport tal-Maġistrat, Aaron Bugeja li ġew ppubblikati. "Aħna ħadna nota tal- konklużjonijiet, imma nfakkar illi probabilment anke meta joħroġ ir-rapport kollu mhux se nkunu nafu ta' min hija l-kumpanija fil-Panama Egrant. Fuq din il-kwistjoni hija importanti li nkunu nafu minn huwa jew kien l-'Ultimate Beneficiary Owner', jew is-sid tal-kumpanija Egrant." Imma l-MEP tal-Ħodor imur oltre minn hekk u jsostni illi "għax ma kinitx sostanzjata l-allegazzjoni ta' Egrant ma jfissirx li l-kwistjoni tas-saltna tad-dritt mhix rilevanti. Hemm tħassib fil-Parlament Ewropew u fost partiti differenti dwar ċerti aspetti tas-saltna tad- dritt f 'Malta." Mal-ILLUM Giegold insista illi filwaqt li kien hemm numru ta' mistoqsijiet tal-ewwel delegazzjoni li kienu mwieġba, kien hemm oħrajn li l-Gvern Malti qatt ma wieġeb. Din il-gazzetta tistaqsi għal liema mistoqsijiet qed jirreferi. "Waħda mit-tweġibiet li l-Gvern qatt ma tana hija dwar ħruġ ta' permessi għall- bini mill-awtoritajiet qabel l-elezzjoni ġenerali." Hu kien qed jirreferi għal akkużi li fil- perjodu tal-kampanja elettorali, ħarġu ħafna permessi tal-bini biex 'jinxtraw' il-voti. Giegold iċċara li hu mhux qed jgħid li dawk l-akkużi huma minnhom, imma biss li l-Gvern ma weġibx dwarhom. Giegold se jkun qed jasal Malta nhar il-Ħamis b'ġurnata li tinkludi ħafna laqgħat u anke konferenza għall-midja. Din il-ġimgħa Giegold sostna illi, "il-ħasil tal-flus huwa riskju ta' sigurtà fl-Ewropa u allura l-Ewropa trid tnixxef l-iffinanzjar tat-terroriżmu kemm jista' jkun malajr...l- Ewropa jeħtieġ timbutta flus kriminali 'l barra mill-Latvja, Ċipru, Malta u l-Estonja kif ukoll mis-suq tal-proprjetà tal- Ġermanja." agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Sven Giegold reġa' ġej pajjiżna fit-tieni delegazzjoni dwar is-saltna tad-dritt. Mal-ILLUM jgħid li għadhom imħassbin li għadu ma nstabx il-moħħ wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018