Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261
Sports 25 Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum SPORTSillum Ritratti - Michele Agius Minn Cristian Antony Muscat MATTHEW Bonello - president ta' suċċess inkredibbli fil-waterpolo lokali hekk kif fis-snin li għaddew wassal lil Neptunes għar-rebħ ta' ħames Kampjonati konsekuttivi, waqt li fl-aħħar jiem wassal lill-istess team għar-rebħ tal-25 Kampjonat fl-istorja glorjuża tagħhom li kien ukoll id-disa' wieħed mirbuħ minnu fit-13-il sena li ilu president tal- klabb. F'din l-intervista se jkun qed itina iktar dettalji rigward x'fisser għalih u għal Neptunes dan ir-rebħ tal-Kampjonat. X'fisser għalik dan il- kampjonat li rbaħtu bħala Neptunes? M'hemmx dubju li l-kampjonat dejjem jibqa' xi ħaġa speċjali u mbagħad il- mod kif żvolġa u kif irbaħnieh isir iktar memorabbli. Nammetti li mhux dejjem konna konsistenti imma fl- aħħar mill-aħħar la l-format kien dak li kien, l-importanti li turi l-aħjar logħob tiegħek fil-play-offs u fil-fatt kien hemmhekk li lħaqna l-qofol tagħna. Intom mal-ewwel qbiltu bis- sistema tal-play-offs u tista' tgħid li ġiet favurikom... Jien rajt li sar ħafna storbju u għagħa fuq dawn l-imberkinplay-offs. L-ewwelnett minħabba l-impenji tat-tim nazzjonali u anke l-kalendarju kien ser ikun diffiċli li wieħed idaħħal il-logħbiet kollha minħabba li kienu ser jintilfu tliet ġimgħat. Il-mira kienet tkun li nibqgħu għaddejjin wkoll f 'Ottubru u Novembru iżda kif taf int għandna lil Stevie Camilleri li kien ser jitlef il-logħob minħabba li jrid imur lura jilgħab barra minn Malta. Aħna bilfors kellna nkunu favur il-play-offs anke għax tlifna l-WinterCup u l-President's Cup mingħajr Stevie. Għalhekk naħseb li l-kummenti mingħand dawk kollha nvoluti għandhom ikunu bilanċjati u ġusti. Taqbel jekk ngħidlek li Jordan Camilleri kien wieħed mill- aqwa plejers matul dan l-istaġun? Iva naħseb li Jordan kien eċċellenti fil-logħob tiegħu. Kien hemm mumenti fejn kien kwiet fil-wirjiet tiegħu iżda dan kollu jgħaddi minnu kull plejer. Iżda fl-aħħar mill-aħħar kien wieħed mill-aħjar plejers li kellna fit-tim u nemmen li ser ikompli jibni fuq il-progress li diġà kiseb. Anke Stevie Camilleri bl- esperjenza tiegħu għen mhux ftit... Stevie ma ngħaddux mingħajru għax l-affarijiet li jagħmel huma tal-għaġeb. Ma tridx tara biss il-gowls li jiskorja iżda anke t-teknika li jħaddan u l-mod ta' kif jiddefendi. Huwa ferm perikoluż fl- azzjoni tiegħu u dejjem kapaċi jiddeċiedi r-riżultat. Xi tgħidli fuq il-Kroat PetarMuslim? Petar beda xi ftit bil-mod anke għax kien l-ewwel sena tiegħu hawn. Iżda meta qagħad kien determinanti sabiex naslu biex nirbħu l-kampjonat. Tqisu bħala wieħed mill-isbaħ kampjonati li rbaħtu u forsi anke l-iktar wieħed diffiċli? Iva nikkonferma mija fil-mija li dan kien kampjonat diffiċli u naħseb nistgħu nqisuh bħala wieħed speċjali. Inqisu daqs l-ewwel kampjonat li rbaħt fil-fatt. Fil-logħba li lgħabtu kontra San Ġiljan fit-tieni legtal- play-offsintom kontutliftuha. Kemm bżajt li seta' jaħarbilkom il-kampjonat? Ifhem it-timijiet kienu kollha bilanċjati u ma kienx hemm differenza. Kif jgħidu fil- ġurnata min ikun l-aħjar jirbaħ iżda naħseb li fil-play-offs, aħna żidna fiżikament u San Ġiljan dehru iktar għajjenin u inqas friski fir-ritmu. Intom ingranajtu proprju fil- play-offs għax matul l-istaġun tliftu ħafna punti mportanti... M'hemmx dubju minn dan li qed tgħid. Madankollu trid tqis li kellna xi tibdil fosthom il- kowċ il-ġdid mhux bħal Sergio u Orlovic li kienu jafu kollox fuq ponot subgħajhom. Xorta ma nqishiex bħala skuża għax il-wirjiet ma kinux daqshekk tajbin. Dan ikun hemm ħafna fatturi bejn motivazzjoni u affarijiet oħra. Bħala eżempju kellna n-nuqqas ta' plejer xellugi li hi mportanti fil- waterpolo minħabba li Nikolai Zammit għadu żgħir wisq biex jieħu daqshekk responsabbilta'. Imbagħad meta Muslim beda jieħu dak ir-rwol l-affarijiet bdew sejrin għall-aħjar. Nitkellmu issa dwar il-futur tat-tim. Hemm ħafna plejers illi qed jikbru u hawnhekk ser ikun hemm bżonn bidla. X'beħsiebkom tagħmlu biex ikollkom din it-transizzjoni? Nispera li Nicki Lanzon jagħmel sena oħra għax għadu tajjeb. Min-naħa l-oħra s'issa l-iskwadra li għandna kapaċi tagħti sfida lil kulħadd u dawn iż-żgħar li telgħin ser ikollhom esperjenza aqwa matul l-istaġun li ġej. Imbagħad ser ikun hemm it-tieni barrani iġifieri xorta l-futur qed narah tajjeb. Ma narax li hemm bżonn xi tibdil kbir. Taqbel maż-żewġ barranin fl-iskwadra? Naqbel li jkollna żewġ barranin. Bħal kull ħaġa oħra fiha t-tajjeb u l-ħażin tagħna. Jekk nitkellmu fuq it-tajjeb, ngħidu li ser jiżdied l-ispettaklu fil-logħob tal- waterpolo lokali u jekk insemmu żvantaġġ, nistgħu ninkludu l-fatt li forsi l-Maltin mhux dejjem ser isibu post. Iżda fl-aħħar mill-aħħar xorta naħseb li hemm diversi vantaġġi. 'Dan il-Kampjonat jibqa' l-isbaħ wieħed li qatt irbaħt flimkien mal-ewwel wieħed' - Matthew Bonello Matthew Bonello jifraħ bil-kbir wara r-rebħ tal-25 Kampjonat mirbuħ min-Neptunes bħal-lum ġimgħa