Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 16 ta' September 2018 | illum verament ma naqbilx. Bħala Hibernians taħseb li intom b'saħħitkom biżżejjed biex tirbħu l-kampjonat matul din is-sena? Fil-verità għadu kmieni wisq. Hemm ħafna timijiet li din is- sena huma armati sew u dan juri li ser ikollna kampjonat ferm interessanti. Aħna dejjem għandna l-mira li nirbħu l-kampjonat mhux biss li nidħlu fil-kompetizzjonijiet Ewropej. L-importanti li nkunu tajna l-almu kollu tagħna matul dan l-istaġun. Ħafna jikkritikaw il-futbol Malti minħabba l-livell tiegħu u l-logħba kontra l-Gżejjer Faroe ġabet ħafna kritika mis-segwaċi Maltin. Kif tiddeskrivili l-livell tal-futbol Malti bħalissa? Jien nara li ħdejn żminijiet oħra hemm titjib. Qed intejbu l-faċilitajiet u l-MFA miexja fit-triq it-tajba fil-mod ta' kif qed tmexxi bl-operat tagħha. Dejjem ser ikun hemm kritika, din issir kullimkien iżda mhux dejjem nara li hija ġusta. Tħossok xi ftit imweġġa' meta l-Maltin jikkritikawk b'mod inġust. Tinsiex li aħna mhux l-intenzjoni tagħna li nitilfu jew nilagħbu ħażin. Int plejer tal-futbol full-time? Iva jien nitrenja full-time u kif għedtlek ġieli nagħmel żewġ sessjonijiet ta' taħriġ f 'ġurnata sabiex inżomm fl-aqwa forma possibli. X'sagrifiċċji tagħmel sabiex tkun plejer tal-futbol tajjeb? Ovvjament jekk trid tkun l-aħjar plejer trid titrenja tajjeb, tiekol tajjeb u tieħu l-affarijiet bis-serjetà. Ġieli nagħmel taħriġ darbtejn kuljum. Imbagħad hemm ukoll l-element tal-mistrieħ. Iżda mbagħad ma tistax toħroġ u wara għandek il- logħob. Kemm int sodisfatt bil-grawnds tagħna? Għandna grawnds verament sbieħ b'mod partikolari l-Istadium Nazzjonali. Nemmen li nistgħu nirranġaw billi jkollna aktar grawnds ta' dan il-livell. Xi tgħidli dwar id-dressing room li ġiet inawgurata ftit tal-jiem ilu? Hija dressing room sabiħa u moderna. Mingħajr ma trid meta tidħol fi dressing room bħal din ikollok ċertu motivazzjoni biex tilgħab aħjar. Xtaqt li tagħtini messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-futbol. Jien bħala żagħżugħ ngħid li jekk temmen u tixtieq tkun plejer professjonali m'għandekx taqta' qalbek. Jekk hemm ir-rieda ser tasal. Importanti li ma taqta' qalbek qatt. nilgħab barra minn Malta mmur żgur' "Kont fis-seba' sema! Naf li wasalt f 'post li verament xtaqt nasal għalih. Ninsab kuntent li għamilt id-debutt f 'età daqshekk żgħira u fl-istess ħin onorat li qed nirrappreżenta lil pajjiżi." Huwa wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin. Fl-aħħar żewġ impenji mat-tim nazzjonali kontra l-Gżejjer Faroe u l-Ażerbajġan kien wieħed mill-aqwa jekk mhux l-aqwa plejer fost il-Maltin. Huwa plejer indispensabbli ta' Hibernians FC. JOSEPH MBONG Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018