Illum previous editions

Illum September 16 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1028261

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Settembru 2018 | illum li ma jridx... imma li se jasal • L-immigrazzjoni u l-identità – L-akbar differenza li s'issa jidher li għamel Delia f 'termini ta' 'policy' hija fuq l-immigrazzjoni. Il-Ħadd li għadda għamel iktar ċar dak li jrid, avolja li jrid mhux ċar. Pereżempju, qal li pajjiżna m'għandux isir bħal 'ċattra' illi sservi biex persuni jiġu u jitilqu wara xi żmien, imma sostna li kull min jiġi pajjiżna għandu jkollu rabta u xewqa li jgħix hawn. Imma fir- realtà din xi tfisser? Kif se tikkontrolla x'jagħmlu nies li ġew hawn b'mod legali? L-istess meta Delia, il-Ħadd, sostna illi għandna nħarsu l-ħajja tan-nies u naraw li ħadd mill-immigranti mill-Afrika ma jitlef ħajtu u jkun trattat b'dinjità. Imma mbagħad eżatt wara, Delia qal li aħna bħala Maltin irridu nissalvagwardjaw l-identità tagħna. Id-diskors ta' Delia mhux neċessarjament se jissarraf f 'suċċess elettorali, apparti li huwa bbażat fuq ġudizzju ħażin ħafna tas-soċjetà Maltija għax l-ewwel nett il-ġudizzju huwa bbażat fuq viżjoni ta' soċjetà omoġenja li tiġġudika lill-Malti biss bħala abjad, kattoliku, konservattiv u li jikkonforma mal-valuri kif jarahom Delia. Dan ifisser li hawnhekk Delia qed ibiegħed mill-PN dawk kollha li ma jridux lil Muscat, imma huma liberali, ta' oriġini Afrikana, atei jew li ma jikkonformawx man-norma. It-tieni, il-ġudizzju huwa li ma jeżistux Maltin bojod, kattoliċi u konservattivi li huma ħbieb, kollegi, qraba jew miżżewġin ma' persuni suwed, liberali u/jew li ma jikkonformawx mal- valuri tal-maġġoranza. Lil dawn Delia wkoll qed ibegħedhom mill- PN. Barra minn dan Delia taħt il-'kappa' ta', "Inslavaw il-valuri u l-fidi" tiegħu qed jiġbor lil dawk kollha li jaraw illi f 'għoti ta' drittijiet lil persuni LGBTIQ, l-emendi fil-liġi tal-IVF u d-dikriminalizzazzjoni tad-drogi, theddida għall-"valuri" tas-soċjetà Maltija. Issa Delia diġà żvela ma' din il-gazzetta li ma jrid ibiddel xejn mid-drittijiet li ngħataw lil persuni LGBTIQ. Imma wieħed irid jara l-aspettattiva ta' dawk li se jivvutawlu minħabba din l-għajta għall-"ġlieda tal-fidi", kif sejħilha hu. Tista' tinħoloq aspettattiva li ċertu drittijiet u/jew miżuri speċjalment mogħtija lil persuni LGBTIQ jitreġġgħu lura. Ġrat? Iva diġà ġrat għall-ewwel darba iktar kmieni din s-sena, f 'Bermuda fejn sena biss wara li ddaħħal iż-żwieġ ta' persuni tal-istess sess, dan tneħħa. U finalment jekk se jikkontesta Norman Lowell fl-elezzjoni tal- MEPs, min hu kontra l-Afrikani, min jarahom theddida lejn l-identità tagħna u theddida ta' sigurtà u min ma jridhomx jidħlu pajjiżna anke jekk ifisser li jmutu se jivvotaw lilu, mhux lil Delia. Minkejja dan jeżisti settur ta' Nazzjonalisti konservattivi, anke jekk ma nafux il- kwantità, li ma baqax jivvota lill-PN għax ħass li l-PN m'għamel xejn fil-konfront ta' liġijiet ġodda li ddaħħlu mill-Partit Laburista fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Jista' jkun li Delia qed jara li dawn il- votanti jistgħu jpattu għal dawk li tilef jew se jitlef fuq il-kwistjonijiet ta' immigrazzjoni u identità. • Traffiku – It-traffiku huwa wieħed mill-akbar problemi li jiffaċċjaw ħafna nies f 'pajjiżna. Simon Busuttil kien ippropona sistema ta' trasport taħt u fuq l-art, proposta li Delia ftit li xejn tkellem dwarha. Il- votant mhux se jivvota lil Delia sempliċiment għax hemm problema ta' traffiku. Problema tat-traffiku tista' tissolva biss b'viżjoni u miżuri li jistgħu jaffettwaw il-bwiet tan-nies. Delia se jkollu jkun aktar avventuruż u jibda jaħseb għal soluzzjonijiet u proposti inovattivi f 'dan il- qasam, biex jibda jitwemmen. • Korruzzjoni – Fuq il- korruzzjoni Delia għadu ma jistax ikun iġġudikat, għax m'hemmx fuq xiex. Jidher ċar iżda illi f 'din is-sena l-Partit Nazzjonalista ma baqax iffukat esklussivament fuq din il-materja, iżda qed jitkellem fuq kwistjonijiet oħrajn. Din id-deċiżjoni hija kemm tajba u kemm ħażina. Tajba għaliex ir-riżultat elettorali tal-istrateġija mħaddma qabel l-elezzjoni kien wieħed diżastruż u tajba wkoll għax ifisser li l-PN issa huwa ħafna iktar preżenti fuq kwistjonijiet li jolqtu lil ħafna mill-poplu, bħall- għoli tal-ħajja, il-kirjiet u s-sigurtà. Ħażin iżda, għaliex fin- nuqqas tal-korruzzjoni m'hemm ebda kwistjoni li qed isservi ta' kolla biex twaħħal u twaħħad lin-Nazzjonalisti flimkien fi ġlieda lejn għan wieħed. Fin- nuqqas ta' dan Delia se jkollu jipprova jirbaħ interessi aktar settorjali (LGBTIQ, kaċċaturi u nassaba, tal-festi, negozji kbar...) li diġà qed jinqdew tajjeb jew waslu biex mill-Gvern preżenti fuq materji strettament settorjali. • Kwistjonijiet soċjali – Bħal Busuttil qablu, Delia qed jagħfas u jitkellem ħafna fuq kwistjonijiet soċjali (kirjiet, għoli tal- ħajja...). Bid-differenza u vantaġġ li huwa aktar 'dħuli' u jaf jikkomunika ma' strati differenti ta' nies ħafna iktar minn Simon Busuttil. Imma għal darb'oħra ħafna nies mhux se jbiddlu Gvern għax għolew il-pastizzi jew il-ħobż tal-Malti, speċjalment jekk dak l-istess gvern qed jibagħtilhom ċekk id- dar kull sena. Mhux se jbiddlu l-gvern lanqas għax il-Kap tal- Oppożizzjoni 'dħuli' jew 'għax jaf imur man-nies', dak bonus. Jekk sal-elezzjoni li ġejja l-Gvern se jkun laħaq spiċċa x-xogħol u qassam numru ta' postijiet tal-Gvern, b'magna qed taħdem il-ħin kollu biex 'taqdi lin-nies' se jkun diffiċli li Delia jkollu saħħa ta' voti hawnhekk. • Ambjent – L-ambjent huwa wieħed mill-aktar setturi fejn dan il-Gvern mhux qed jaqla' tifħir, ħalliha li waqqa' Power Station u ċ-ċumnija ta' Delimara. Minkejja dan dawk li huma urtati bil- bini li għaddej f 'ħafna postijiet mhux li qed jaraw xi tama partikolari f 'Delia. Huwa mifhum illi Delia nnifsu għandu konnessjonijiet tajbin ma' kuntratturi u persuni involuti fil-bini, ikkonfermata mill-fatt illi fost l-ewwel nies li mar jiltaqa' miegħu wara li kien elett kap kien iċ-Ċaqnu. S'hemmhekk xejn ħażin. Huwa tajjeb li xi ħadd li qed jaspira li jkun Prim Ministru jiltaqa' mal- iżviluppaturi. Il- mistoqsija hija, dawn x'inċentiv għandhom jivvutaw PN meta Muscat qed itihom kwazi dak kollu li jridu u meta qatt daqs illum dawk li jirrappreżentawhom ma kienu viċin il-poter? Min-naħa l-oħra l-Partit Demokratiku qed ikun ħafna iktar voċiferu fuq l-ambjent mill-PN. Kif tratta kwistjonijiet diversi? imbexxaq! L-ewwel ġudizzju...kif irrisponda lill-ILLUM Il-ġimgħa l-oħra din il- gazzetta intervistat lil Adrian Delia f 'għeluq is-sena minn meta kien elett Kap tal-PN, li jaħbat illum. Huwa insista li l-elezzjoni tas-sena d-dieħla mhix qed jikkunsidraha bħala "xi ħaġa ta' barra minn din id-dinja jew xi ġudizzju kbir fuqi jew fuq il-Partit Nazzjonalista." Imma dan minnu? B'dak li stqarr ma' din il-gazzetta huwa pjuttost ċar illi strateġikament Delia jista' jkun li qed jipprepara lilu nnifsu għal kull eventwalità. Jekk inaqqas id-distakk, tajjeb. Jekk le, jista' jgħid li mhux ġudizzju fuqu. Imma Delia ma jeżistix f 'bozza. Fl-2019 il-Partit Laburista se jkun qed jilgħab karta importanti; 'Din hija l-aħħar elezzjoni ta' Joseph Muscat, ejja nivvotaw ħalli ntuh l-aħħar u l-aqwa riżultat.' Din hija karta li tista' taħdem tajjeb ħafna ma' Laburisti jew switchers diżillużi li mbagħad jiddeċiedu li jħallu l-vot tal-protesta għal wara, meta Muscat ma jibqax hemm u allura l-affinità lejn il-Moviment tal-Progressivi tonqos. Dan ifisser illi, bla dubju ta' xejn Muscat se jitfa' lilu nnifsu fuq quddiem u aktar minn kollox, għall-Partit Laburista, din se tkun elezzjoni li se tgħaddi ġudizzju fuqu, imma l-aktar fuq il-mexxej tiegħu. Anke jekk ma jridx, din id- deċiżjoni se tagħmel differenza kbira għall-għażliet ta' Delia. Jista' jkun li mingħajr ma jrid u mhux b'għażla tiegħu jkollu jidħol fl-arena u jiffaċċja lil Muscat, elettoralment, għall- ewwel darba. Dan apparti x'qed jgħidu numru ta' Nazzjonalisti, li fil-fatt qed jaraw riżultat ħażin fl-elezzjoni tal-MEPs, bħala ċans biex jitneħħa Delia. Bħalissa s-sondaġġi tal- kamra tal-aħbarijiet tagħna qed juru illi fost id-deċiżi d-distakk huwa ta' madwar 90,000 vot. Jekk dak id-distakk ikun imqar nofs dak li qed juru s-sondaġġi (45,000) jew 5,000 iktar mill-2017, irid jew ma jridx se tirrifletti ħażin ħafna fuq il-PN u t-tmexxija tiegħu. Għalkemm mhux assolut u finali, il-25 ta' Mejju 2019 se jkun ġudizzju kbir għal Adrian Delia.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 16 2018