Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 | illum ħafna x'naqdfu fil-Malti' X'qed isir sabiex i-lingwa Maltija tiġi ppreservata? Dr Charles Daniel Saliba jgħidilna li l-lingwa Maltija għadha tintiret b'mod naturali hekk kif fid-djar ħafna Maltin għadhom jitkellmu bil- lingwa Maltija. Iżid jgħid li s-sistema edukattiva tgħallem il-Malti f 'livelli differenti u bosta għaqdiet, ambaxxati u aġenziji li jippromovu l-lingwa u l-kultura Maltija bl-aħjar mod li jistgħu. Minkejja dan, saħaq magħna li "għad baqgħalna x'naqdfu". Saliba ta na eżempju ta' kif xi drabi slowgans ta' kampanji edukattivi bil-Malti fuq it- televiżjoni jkunu bl-Ingliż jew Malti mħallat mal- Ingliż. Kompla jgħidilna li la darba l-kampanja edukattiva tkun bil-Malti, l-islowgan għandu jkun bil- Malti wkoll. Charles Daniel Saliba b'serje ta' kotba 'Maltese for Foreigners' Saliba jgħid lill-ILLUM kif hu beda l-kitba tiegħu tal-kotba li ppubblika għal dawk li jridu jitgħallmu l-lingwa Maltija bħala lingwa barranija bħala riċerka li għamel f 'livell ta' dottorat fl-Università ta' Sheffield. Fl-istudju tiegħu analizza korsijiet tal-Malti bħala lingwa barranija li saru fl-2012 u l-2013 fid-Direttorat għat- Tagħlim tul il-Ħajja. Minn din ir-riċerka huwa sab li l-għalliema kellhom ħtieġa għal sillabi aħjar u aktar riżorsi għat-tagħlim. Hu jkompli jgħidilna li s-serje tiegħu ta' 'Maltese for Foreigners' hi magħmula minn 14 –il ktieb u hi maqsuma fuq tliet livelli. L-ewwel livell (A1): My First 750 Words in Maltese, Maltese Grammar Essentials in Context 1 u Speaking Maltese 1. It-tieni livell (A2) maqsum fi tliet kotba: More Words in Maltese, Maltese Grammar Essentials in Context 2 u Speaking Maltese 2. It- tielet livell (B2) maqsum f 'ħames kotba: Further Words and Expressions in Maltese, Maltese Grammar Essentials in Context 3, Speaking Maltese 3 u Reality u Rocco Learns Karate. Saliba ppubblika wkoll tliet kotba li jispeċċjalizzaw fuq it- tgħalim tal-Malti Mediku għall-professjonisti u studenti ta' nazzjonalità barranija li jridu jużaw il-lingwa tal-Malti sabiex jikkomunikaw ma' pazjenti jew kollegi. Saliba jgħid lill-ILLUM li dawn il-kotba li ppubblika ntlaqgħu tajjeb ħafna hekk kif din is-sena se jiġi ppubblikat għat-tielet darba l-ewwel serje. Din il-gazzetta staqsiet lil Saliba dwar x'inhuma l-ewwel passi li għandha tieħu persuna ta' nazzjonalità barranija sabiex tibda titgħallem il-lingwa tal-Malti. It- tweġiba ta' Saliba tkun li, la darba persuna jkollha r-rieda u l-motivazzjoni li titgħallem, se tirnexxi. Aktar persuni ta' nazzjonalità barranija jixtiequ jitgħallmu l-Malti… Fiċ-ċensiment tal-popolazzjoni u l-akkomodazzjoni li nħareġ fl-2011 jirriżulta li hekk kif l-popolazzjoni ta' Malta tilħaq 416,055 persuna, 4.8% jew aħjar 20,086 minn dawn il-persuni huma ta' nazzjonalità barranija. Naturalment, meta wieħed jintebaħ b'dawn iċ-ċifri, jistaqsi dwar kemm minn dawn il-persuni lesti li jintegraw fil-kultura Maltija. B'hekk l-ILLUM staqsiet lil Dr Saliba dwar jekk l-interess ta' persuni barranin li jixtiequ jitgħallmu l-Malti qed jiżdiedx. Saliba jwieġeb li d-domanda għat-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija qed tiżdied fuq kull livell tas- sistema edukattiva. Jgħidilna li t-tagħlim tal-Malti għal persuni ta' nazzjonalità barranija huwa importanti fost l-oħrajn sabiex titjieb il-komunikazzjoni fuq il-post tax-xogħol u għal aktar integrazzjoni fis- soċjetà. Saliba jkompli jisħaq li "dan it-tgħalim se jkompli jgħin lil-lingwa u l-kultura Maltija jinfirxu mad-dinja". Ikompli jgħidilna li l-interess fil-lingwa tagħna qed jiżdied saħansitra anke minn persuni li jgħixu f 'pajjiżi oħra. Mhux biss minn dixxendenti Maltin li jgħixu l-Awstralja, il-Kanada u l-Amerka iżda anke minn persuni li jistudjaw il-lingwi. Hu jinformana li fiċ-Ċentru tal-Malti fl-Università ta' Bremen fil-Ġermanja qed jiġu organizzati korsijiet tal-Malti. Simili wkoll għall-Ingliterra hekk kif qed jiġi organizzat kors mill- Maltese Culture Movement u saħansitra qed isiru talbiet sabiex f 'pajjiżi oħra tiġi mgħallma l-lingwa Maltija. Jgħidilna wkoll li delegazzjoni Iżraelita li ġiet f 'Malta f 'Mejju li għadda wriet ix-xewqa li jitwaqqaf Ċentru tal-Lingwa Maltija fl-Università tagħhom. "Opportunitajiet bħal dawn għandna naħtfuhom biex inkomplu nseddqu l-lingwa u l-kultura Maltija," itemm Saliba. Saliba jgħid lill-ILLUM li l-ġurnata tal-lum aktar persuni ta' nazzjonalitajiet differenti qegħdin jattendu korsijiet tal-Malti, ilkoll bi skopijiet varji. Iżid ukoll li għalkemm l-isfidi huma akbar minħabba li ċertu studenti li jattendu dawn il-korsijiet ma jkunux jafu l-Ingliż, iż-żieda fir-riżorsi, tiffaċilita t-tagħlim tal-lingwa. Jieħu madwar erba' snin sabiex persuna li tgħix Malta titgħallem il-Malti mill-bidu nett u tiżviluppa l-lingwa fl- aspetti tal-qari, fehim, taħdit u kitba. Il-futur tal-lingwa Maltija… "Il-lingwa Maltija hija ġawhra u rridu nibżgħu għaliha." Dr Saliba jgħidilna li l-fatt li t-tfal Maltin qed iqattgħu aktar ħin f 'ambjent multi-etniku u multi- lingwistiku, għalkemm dan fih il-vantaġġi tiegħu, qed ikunu anqas esposti għal- lingwa Maltija. B'hekk meta jiġu nnottati nuqqasijiet fil-profiċjenza tal-Malti, għandhom jittieħdu passi sabiex dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati. Saliba jtemm jgħid li għandna ninkoraġġixxu persuni ta' nazzjonalità barranija b'xewqa għat-tagħlim tal- Malti, sabiex il-lingwa u l-kultura Maltija tkompli tinxtered mad-dinja kollha. ħafna x'naqdfu fil-Malti'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018