Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 'Wara s-suċċess -Ewropa, konna għaddejjin b'ritmu tajjeb u dan deher l-pitch' - Xavier Saliba Minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-jiem ilu, kompliet il-mixja pożittiva ta' Valletta FC Futsal li ddominaw u rebħu bla tbatija,il-finali tas-Super Cup kontra t-tim tal-Università ta' Malta. Il-Beltin li kellhom vantaġġ ta' 9-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima ħarġu rebbieħa bl-iskor finali ta' 13-1. Il-Beltin mill-ewwel ikkontrollaw il-partita u bdew idawru l-ballun faċilment. Min-naħa l-oħra l-Universitarji dehru għall-ħinijiet twal statiċi u ftit li xejn setgħu jwettqu reazzjoni. Fl-ewwel taqsima l-Beltin skurjaw disa' gowls minn doppjetta ta' Camilo Andres Vanegas Gomez, tripletta ta' Jovica Milijic, gowls ta' Gia Nikvashvili, Dylan Musu u Shawn Vella flimkien mal- awtogowl tal-gowlkiper Jonathan Martinelli. F'nofs it-tieni taqsima bi żball ta' Daniele Degennaro l-ballun spiċċa fix-xibka u rregala l-għaxar gowl ta' Valeltta. Għaldaqstant minuta wara l-istess Degennaro skurja l-uniku gowl għall- Universitarji meta rċieva l-ballun tajjeb ħafna mingħand Daniel Borg. Ħames minuti mit-tmiem Dylan Musu għaqqad ukoll doppjetta personali u għamel l-iskor parzjali 11-1. Fl-aħħar minuta waslu żewġ ġowls oħra għal Valletta mingħand Denis Di Maio u Daniel Saliba li għamlu l-iskor finali ta' 13-1. Wara t-tisfira finali l-partitarji Beltin ingħaqdu mall-iskwadra Beltija fiċ-ċelebrazzjoni li laħqu l-qofol tagħhom meta l-captain Melvin Borg għolla s-Super Cup. B'dan is-suċċess miksub il-Beltin jkomplu jippreparaw għall- impenji tagħhom fil- Main Round tal-UEFA Futsal Champions League fl-Islovakkja, fl-ewwel ġimgħa ta' Ottubru. L-ILLUM tkellmet mal-kowċ bravu u ferm ħabrieki ta' Valletta FC Futsal, Xavier Saliba, fejn tana iktar dettalji rigward danl-unur. Huwa qal li: "Kienet logħba li ddominajna mill-bidu sal-aħħar fejn konna superjuri minn kull aspett. Għamilna l-ewwel taqsima perfetta fejn dħalna nistrieħu bl- iskor kbir ta' 9-0. Ta' min jgħid ukoll li t-tim tal-Università nbidel ftit mhux ħażin minn dak it-tim li rebaħ in-Knoack- Out kontra Luxol is-sena l-oħra u aħna komplejna nibnu ma' li kellna u wara s-suċċess fl-Ewropa konna għaddejjin b'ritmu tajjeb u dan deher fil-pitch. Issa rridu ndawru ħarsitna fuq il-'main round' taċ- Champions League avolja mhux ħa tkun faċli għax ħa jkollna diversi plejers li ħa jkunu man- Nazzjonal tagħhom sa nhar it-Tlieta li ġej, il-25 ta' Settembru, u aħna nsiefru lejn is- Slovakkja fit-2 ta' Ottubru. Appell li nixtieq nagħmel issa huwa biex kulħadd jissapportja lit-tim nazzjonali tal-futsal li ħa jilgħab kontra l-Olanda għada u t-Tlieta rrilevanti mill-klabb li jaħdem miegħu." Ritratti - Joe Borg Il-kowċ ta' Valletta FC Futsal, Xavier Saliba, bis-Super Cup Plejers u diriġenti ta' Valletta FC Futsal jirħu bil-kbir wara r-rebħ tas-Super Cup

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018