Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 | illum ġurnalisti li jridu jsiru MEPs 1. Il-Partit Nazzjonalista mhux qiegħed fl-aqwa tiegħu bħalissa. Sondaġġi juru, kontinwament, distakk ta' aktar minn 50,000. Ma taħsibx li din is-sitwazzjoni mhix tajba għall-pajjiż? Ma taħsibx li sitwazzjoni ta' Gvern mingħajr opppożizzjoni b'saħħitha hija ta' detriment għal pajjiżna? Bla dubju li kull demokrazija teħtieġ Oppożizzjoni b'saħħitha u effettiva. Il-fatt li fl- aħħar snin il-PN tilef l-elezzjonijiet ġenerali u dawk tal-Parlament Ewropej b'distakki kbar hu messaġġ fih innifsu fejn il-poplu tkellem li jrid bidla fil-PN. Hu proċess naturali li wara 25 sena fil-gvern kull partit politiku jkollu bżonn bidla; bidla importanti li fil-politika trid issir b'mod kawt u studjat biex tkun tirrifletti lis-soċjetà. Ma naqbilx li bħalissa l-pajjiż m'għandux Oppożizzjoni effettiva. Fil-fatt fil-parlament l-Oppożizzjoni qed twettaq l-iskrutinji meħtieġa fuq il-Gvern b'impenn qawwi. Dan filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tressaq ukoll diversi proposti. Dan hu mument fejn il-pajjiż verament jeħtieġ Oppożizzjoni b'saħħitha u effettiva għaliex qed naraw Gvern li jbiddel it-tessut tas-soċjetà mingħajr konsultazzjoni u li qed iniżżel il-livell ta' governanza tajba u korretta l-inqas livelli. Quddiem din is- sitwazzjoni l-PN hu obbligat li jkompli jwettaq id-doveri tiegħu b'mod magħqud u konsistenti. 2. Tidħol għand familja. Jgħidulek 'żvilupp warajna u quddiemna. Jibdew iħaffru u jagħmlu l-istorbju minn filgħodu! Imma inti u l-PN, mur ara. X'tistgħu tagħmlu? Mhux se twaqqfuhom!' X'tgħidilhom? Jidher li fl-aħħar snin qed jonqos il- bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-kunsiderazzjonijiet ambjentali u tal-komunità. Uħud mill-irħula u lokalitajiet Maltin qed jitilfu l-karatteristika Maltija tagħhom b'bini ta' għoli esaġerat u mingħajr karatteristiċi Maltin. Kulħadd irid jifhem li ma jistax jitwaqqaf l-iżvilupp sostenibbli iżda d-drittijiet tar-residenti jridu jkunu mħarsa. Bla dubju li r-regolamenti li jħasru lir-residenti dwar il-ħinijiet u l-infurzar mhux ikunu osservati. Għalhekk jeħtieġ li r-regolamenti jkunu iktar effettivi biex jipproteġu lir-residenti. 3. Tidħol għand familja Nazzjonalista f 'Tas- Sliema u jgħidulek li ma jridux jivvutaw għax Adrian Delia mhux idoneu biex ikun Kap, kif kienet tgħid Daphne Caruana Galizia. Kif se tikkonvinċihom? Il-PN mhux il-Kap biss. Fil-PN il-Kap hu l-iktar politiku li jrid iservi. Il-PN qatt ma ħaddan kunċetti 'Mintoffjani'. Adrian Delia wieġeb għall-allegazzjonijiet li ntqalu kontrih u diversi drabi ddikjara li hu lest wieġeb il-mistoqsijiet kollha li jsiru. La qed issemmi Tas- Sliema, allura nirriferi lil din il-familja għad- dikjarazzjoni li għamel il-Viċi Kap tal-PN Robert Arrigo li ddikjara pubblikament li meta tkellem ma' Adrian Delia u poġġa l-karti kollha fuq il-mejda, kiseb il-fiduċja sħiħa fil-Kap tal-PN. 4. Tidħol f 'dar fil-Ħamrun u jgħidulek li xebgħu. Kullimkien barranin u m'għadhomx iħossuhom siguri. 'Grazzi talli smajtna Dione, imma int x'tista' tagħmel differenti?' Kif twieġeb? Quddiem din il-problema jien mill-ewwel mort il- Marsa u l-Ħamurn biex nara s-sitwazzjoni wara li kont nirrapporta dwarha fil-karriera ta' ġurnalist. Tkellimt diġà ma' familji Marsin u Ħamruniżi u fhimt aħjar il-problemi kbar li qed jiffaċċjaw. Permezz tal-pjattaforma ta' dawn l-elezzjonijiet irrid li s-sitwazzjoni ta' din il-komunità tingħata prijorità. Jien ninsisti li r-razziżmu mhux soluzzjoni iżda l-protezzjoni tal-komunità hi obbligazzjoni. Mal-familji milquta minn din li-problema trid tipproponi u hekk għamilt; jeħtieġ isir ċensiment biex ikun stabbilit kemm verament jgħixu nies fil-lokal, jeħtieġ isir investiment dirett fil-lokal, jeħtieġ riforma fil-pulizija biex dawn il-lokalitajiet ikollhom in-numru ta' pulizija neċessarju, jeħtieġ investiment fil-kunsilli lokali u jeħtieġ li jsiru progammi ta' integrazzjoni għal dawk ir-refuġjati li lesti jintegraw fil- komunità. Ir-razziżmu mhux soluzzjoni u għalhekk Malta għandha tibqa' tonora l-obbligi internazzjonali tagħha li ssalva l-ħajjiet tar- refuġjati bejn sema u ilma u li jkunu qed jaħarbu l-persekuzzjoni. Filwaqt li Malta għandha tibqa' qawwija quddiem l-UE biex jinstabu s-soluzzjonijiet, jeħtieġ li l-fondi tal-UE jintużaw ukoll għal proġetti fil- komunitajiet. Iva, nemmen f 'diskriminazzjoni pożittiva favur il- lokalitajiet milquta. 5. Tidħol għand familja Nazzjonalista biż-żewġ membri jkunu nisa, li issa grazzi għall-bidliet li daħħal dan il-Gvern fil-liġi tal-IVF se jkollhom ċans isiru ġenituri. Kif se tikkonvinċihom li l-PN għamel sew li vvota kontra? Il-PN ma vvotax kontra li l-persuni li għandhom bżonn għajnuna u assistenza biex ikollhom it-tfal fil-fatt jingħataw din l-għajnuna. Il-pożizzjoni tal-PN hi u kienet dejjem favur il-ħajja, tant li l-liġi tal-IVF daħħalha propju Gvern Nazzjonalista. Il-PN ma jistax jaċċetta li l-bidu tal-ħajja jkun deskritt bħala tmien ċelloli u mhux ħajja ta' bniedem. Għall-PN dan hu punt kardinali u kien dibattut bis-sħiħ fil-Parlament. Il-PN jemmen fil- protezzjoni tal-embrijuni għaliex jemmen fil-ħajja sa mill-konċepiment. Il-liġi li l-Gvern daħħal tant ma kinitx mirquma tajjeb li l-Gvern ċeda għall-pressjoni fl-opinjoni pubblika u biddel elementi bażiċi minnha. 6. Tidħol għand familja tan-negozju. In-negozju sejjer tajjeb u qed jikru appartament, b'kirja tajba ħafna. Qegħdin komdi, iktar milli kienu. Għaliex għandhom jappoġġjaw lill-PN dawn? L-ekonomija ma tistax tkun ikkunsidrata minn aspett wieħed. Pajjiż għandu jiżviluppa ekonomikament b'mod kollettiv u mhux settur jiżviluppa waqt li setturi oħrajn jibqgħu lura anzi jitgħaffġu. Din hi s-sitwazzjoni li qed isseħħ bħalissa fejn hawn setturi li qed ikomplu jikbru waqt li l-faxxa kbira tal-ħaddiema u l-familji tagħhom qed isibuha dejjem iktar diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja dejjem togħla. Int semmejt il-kirjiet tal- appartamenti; mhux ġust li kategoriji tas-soċjetà jistanaw minn fuq il- familji li m'għandhomx dar fejn jgħixu u li jkollhom iħallsu prezzijiet għolja ferm u mhux ġusti. L-appoġġ politiku lil partit m'għandux jingħata biss fuq kunsiderazzjonijiet personali jew settorjali iżda fuq kunsidrazzjonijiet ġenerali u nazzjonali wkoll. Bla dubju li l-ġungla li teżisti fil-prezzijiet tal- kirjiet tal-appartamenti qed iddawwar ir-rota bħalissa għas-sidien iżda jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi għaliex dan is-suq qed isir mhux sostenibbli minħabba li ma jirriflettix ir-realtà. Il-familji qed jitkissru. 7. Tidħol f 'dar ta' kaċċatur jew nassab u jgħidlek 'jien x'nivvota nagħmel jekk il- kaċċa dejjem taħt attakk mill-UE?' X'se tgħidlu biex tikkonvinċih? L-UE għandha regoli u liġijiet dwar diversi setturi fosthom il-kaċċa u l-insib flimkien ma delizzji u tradizzjonijiet oħra. Hu pożittiv li fil-pajjiż il-kuxjenza ambjentali ssaħħet tant li hawn qbil kważi totali li l-konservazzjoni tal- ambjent hi prijorità. Din il-konservazzjoni tinkludi wkoll il-ħlejjaq u l-annimali; inkluż l-għasafar. Bla dubju li l-Gvern Malti hu obbligat li josserva l-liġijiet tal-UE f 'kull settur iżda dan ma jżommux milli jressaq il-każ ta' Malta b'saħħa quddiem l-UE. 8.Tidħol għand koppja pensjonanti u jgħidulek 'inti trid tkun elett MEP biex issir sinjurun u tgawdi minn benefiċċji kbar u lussu'. X'tgħidilhom? Ma dħaltx fil-politika biex insir sinjur. Dik hi kunsiderazzjoni li qatt m'għamilt. Jien ilni naħdem fil-PN sa mill-1980 u dejjem tajt kontribut bla ma ħadt xejn lura. Għalija l-politika għandha tkun servizz lejn in-nies; impenn biex permezz tal-partit politiku tkun iktar viċin in-nies u tipproponi inizjattivi ġodda. Bqajt fil-PN anki meta ż-żminijiet kienu ferm diffiċli u l-problema finanzjarja għall-impjegati kienet realtà. Dan ma qatagħlix qalbi, la lili u lanqas lil sħabi. Għalija dawn l-elezzjonijiet huma pjattaforma biex inwasslu l-vuċi tan-nies u biex il- poplu jibgħat fil-Parlament Ewropew rappreżentanti li jiddefendu l-interessi tiegħu waqt li jiskrunitaw l-operat tal-Gvern. Dione Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018