Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 TV/Ċinema MILE 22 Films ġodda għal din il-ġimgħa UNFRIENDED (2014) film xokkanti dwar għibien ta' tinagers, li jiżvolġi totalment minn fuq kompjuter, faċilment nista' ngħid li lili ma għoġobni xejn. Searching huwa thriller robust, li jżommok kontinwament attent li wkoll jiżvolġi bl-apparat u t-teknoloġija li l-maġġoranza jużaw kuljum biex jikkomunikaw bejniethom. F'San Josè, California, David Kim (Cho) hu l-missier, armel frisk, ta' Margot (La), tfajla ta' 16-il sena. Meta din tisparixxi wara li ngħaqdet ma' sħabha tal-iskola biex jgħaddu lejl jistudjaw fil-beraħ, missierha jiftaħ investigazzjoni. Rosemary Viċk (Messing), ditective rinomata tinkariga ruħha minn dan il-każ. Wara 37 siegħa fejn ma rriżulta l-ebda ħjiel, David, b'ferneżija fuqu jibda jfittex fejn ħadd s'issa ma ssoppona - il-laptop ta' bintu stess. B'interess kbir fuqu jistudja bir-reqqa l-messaġġi li bagħtet u li rċeviet mingħand sħabha, il-video blogs u anki l-kontijiet tal-midja soċjali. Searching hu thriller topiku, ultra modern, li jqanqal f 'dak li jkun stennija ta' affarijiet mhux sbieħ u emozzjoni palpabbli. Tassew jispikka John Cho bħala l-missier melankoliku wara l-mewt ta' martu, issa inkwetat sewwa bin-nuqqas ta' bintu u l-aktar bil-biża' li jekk jgħaddi aktar ħin, konvint li mhux se jaraha aktar. Dirett bi stil innovattiv minn Aneesh Chaganty, dan ix-xogħol għandu żgur jappella għaż-żgħażagħ. Searching li jiżvolġi kważi f 'ħin reali, tant laqgħat l-għajn fil-festival ta' Sundance Institute, Utah, li rebaħ l-Audience Award. MILE 22 huwa film mimli azzjoni, speċjalment sparar, dwar aġenti tas- C.I.A. li jikkumbattu korruzzjoni u kriminalità. Dan hu thriller eċitanti dwar moda ġdida ta' kumbattiment. Mile 22 jesplora r-rapport bejn aġent effiċjenti tas-C.I.A. u polizjott Indoneżjan li jkunu obbligati jaħdmu flimkien waqt li jiffaċċjaw każ ta' korruzzjoni gwappa u vjolenza estrema minn politikanti. Tim para- militari taħt il-kmand tad-dinamiku James Jimmy Silva (Wahlberg flimkien ma' Alice Kerr (Cohan), ukoll operattiva ta' stoffa, jimbarkaw fuq missjoni urġenti biex jittrasportaw aġent barrani, Li Noor (Awais), li għandu informazzjoni sensittiva ħafna u anki sigrieta, li hu biss jaf il-kodiċi tagħha biex tkun attwata, mill- Ambaxxata Amerikana tal-Indoneżja fejn daħal jistkenn, għall-ajruport biex jinħareġ mill-pajjiż, distanza ta' 22 mil. Matul dan il-vjaġġ, ikollhom jikkumbattu l-militar tal- pajjiż, pulizija korrotti u xi gruppi li jridu lil dan l-aġent. Waqt li huma jkunu jinsabu spiss f 'periklu imminenti, eluf ta' mili 'l bogħod, ikunu mgħejuna minn grupp magħruf Overwatch, permezz ta' drones, immexxija minn Bishop (Malkovich). Mile 22 jiffoka ta' spiss fuq azzjoni tassew mħarrka u jiftaħ b'sekwenza verament eżileranti fejn l-aġenti tas- CIA jkunu jissorveljaw dar fejn hemm xi suspettati kriminali. Barra li hu topiku, jesibixxi wkoll propaganda Amerikana! Searching Atturi Ewlenin: John Cho; Debra Messing; Joseph Lee; Michelle La; Sara Sohn; Michael Porter. Direttur: Aneesh Chaganty. Maħruġ minn KRS Releasing. 102 min. Ċert 12A. LAĦJAR films tal-biża' ta' dawn l-aħħar ftit snin ħarġu mill-produtturi tas-sensiela The Conjuring li welldet ukoll dik tal- pupa msaħħra, Annabelle. F'The Conjuring 2 dehret il- preżenza tas-soru ppossessata mid-demonju Valak. Minn din il-premessa nħadem il-film The Nun li jittratta l-oriġini tal-imxajtna Nun Valak. L-avvenimenti ta' din il-produzzjoni jibdew fl-1952, f 'kunvent iżolat, mhux miżmum fi stat tajjeb fir-Rumanija, fil-bażi tal-muntanji Carpathians. Meta żewġ sorijiet fl-abbazija ta' Santa Ċarta fir-Rumanija, jazzardaw jidħlu f 'sezzjoni msakkra tal-kunvent fejn hemm miktub Finit Hic Deo! (Alla Jieqaf Hawn), is-soru anzjana tinġarr fil-baħħ mill-forzi malinni u ż-żagħżugħa tagħmel suwiċidju. Il-Vatikan ried jindaga dwar dan is-sagrileġġ u jibgħat hemm lil Father Burke (Bechir), qassis eżorċista li l-passat tiegħu għadu jniggżum, u lin-novizza, Sr. Irene (Farmiga). Flimken, fid-dlamijiet tal-kurituri twal u mudlama u tal-kmamar bid- dawl tax-xemgħat, jiskopru l-ordni sigrieta tal-ħażen li ħakkmet dan il-kunvent/kastell, li tassew qisu l-lok tat-Transilvanja fejn kien jabita l-Konti Dracula. B'ħajjithom fil- periklu u anki l-fidi tagħhom f 'dubju kbir jiġi wiċċ imb wiċċ ma' forzi sopranaturali malinni fil-forma ta' soru. The Nun huwa thriller gotiku bl-aħħat tliet kwarti tiegħu mimli qtajja' u mużika li taħsdek minn ġewwa. Il-vjaġġ tal-bidu fuq karettun biż-żiemel lejn il-kunvent misterjuż, fejn ħadd miċ-ċittadini ma jersaq, fil-kampanja Rumena, bi Frenchie (Bloquet). Żagħżugħ kuraġġuż raħħal li jgħin lill-qassis u lin-novizza, iġib quddiemna diversi films tal-biża' tal- kumpanija Brittanika, Hammer Films. The Nun Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Mark Wahlberg; Lauren Cohan; Ronda Rousey; Iko Awais; Carlo Alban; John Malkovich. Direttur: Peter Berg. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 94 min. Ċert. 15 Atturi Ewlenin: Taissa Farmiga; Demian Bechir; Jonas Bloquet; Ingrid Bisu; Charlotte Hope; Bonnie Aaron. Direttur: Colin Hardy. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 96 min. Ċert. 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018