Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 23 ta' Settembru2018 | illum "Ġieli jidħlu tliet każijiet ta' abbuż f 'ġurnata" BLA dubju il-vjolenza domestika hu suġġett li jinsab fuq fomm kulħadd speċjalment wara t-traġedja li seħħet nhar il-15 ta' Settembru fejn Lourdes Agius sfat maqtula f 'darha stess. Dan tal-aħħar kien ir-raba' qtil ta' din is-sena li kien jinvolvi nisa. Din ir-realtà ħarxa bħal donna qed nisimgħu ħafna aktar dwarha, b'hekk il-ħtieġa li jkun hawn aktar għarfien u titqajjem aktar kuxjenza dwar il-vjolenza domestika dejjem qed tiżdied, mhux biss minħabba l-każijiet traġiċi li seħħew riċenti iżda aktar minn hekk sabiex każijiet futuri jiġu evitati. L-ILLUM tkellmet ma' Bernardette Briffa li ilha tokkupa l-pożizzjoni ta' Social Worker għal dawn l-aħħar 30 sena. Bernardette li bħalissa tinsab taħdem f 'Dar Merħba Bik, xelter ta' emerġenza f 'Ħal Balzan, tkellmet magħna dwar is-sitwazzjoni preżenti tal- vjolenza domestika f 'Malta u x-xogħlijiet li jagħmlu sabiex nisa li jirrikorru għall- għajnuna jiġu megħjuna. Ix-xelter b'ħidma sabiex nisa jinħarġu minn sitwazzjonijiet ta' periklu... Fi triq Birbal f 'Ħal Balzan sa mill-1980, mal-entratura ta' dan ix-xelter wieħed ma jistax ma jinnotax l-ammont ta' sigurtà, li hi kruċjali għall-protezzjoni tan-nisa li jkunu qed jirkupraw minn trawma. Bernardette Briffa tkellmet magħna dwar kif ħafna min-nisa li jiddaħħlu fix-xelter ta' Dar Merħba Bik ikunu referuti mill-Appoġġ, iżda ġieli jinqalaw każijiet fejn in-nisa jirrikorru huma minn jheddhom. Il-każ ta' abbuż hu wieħed komuni ħafna u kien hemm okkażżjonijiet, fejn ix- xelter kellu jingħalaq minħabba nuqqas ta' spazju għal aktar vittmi. Tgħidilna li l-bieb tagħhom miftuħ 24 siegħa kuljum u tispjega kif meta jiddaħħlu persuni ġodda jsir 'Risk Assessment' minn social workers tal-Appoġġ tas-settur tal-vjolenza domestika fejn jekk vittma tinsab taħt riskju għoli tidħol l-għajnuna tal-Pulizija. Jekk każ ikun klassifikat taħt riskju għoli tinħareġ ordni ta' protezzjoni temporanja fi żmien sitt sigħat sabiex il-mara jkollha l-protezzjoni sakemm tinħareġ deċiżjoni mill-Qorti. Bernardette tkompli tispjegalna bħala Social Worker tieħu ħsieb li n-nisa jieħdu l-għajnuna li hemm bżonn minn professjonisti, dejjem skont il-każ. "Xogħolna hu li noffrulhom refuġju f 'post kalm". Briffa żżid li x-xelter jagħti ċans lin-nisa jirriflettu u jfiequ mill-weġgħat tagħhom, anke dawk li mhux viżibbli. "Hawnhekk min ġej u min sejjer," hekk kif Bernardette tgħarrafna li s-sajf li għadda kien hemm 20 tifel u tifla li ddaħħlu flimkien ma' ommhom ġewwa x-xelter, illum il-ġurnata hemm miżmuma tmien nisa. Briffa żżid tgħidilna li x-xelter hu attrazzat bi 'playground' u kamra fejn tfal li jinsabu fix- xelter ikunu jistgħu jilagħbu sabiex dejjem iħossuhom aktar komdi. L-abbuż fiżiku, emozzjonali, finanzjarju u sesswali, kollha jwasslu sabiex mara tirrikorri għall-għajnuna. Briffa tispjega lill-ILLUM li ġieli ħabbtulhom nisa b'feriti u li kellhom bżonn attenzjoni medika immedjata. Tgħidilna wkoll li għalkemm jissemma l-aktar l-abbuż fiżiku, kien hemm nisa li fittxew l-għajnuna anke jekk ma kellhomx girfa waħda "tinduna mill-ħarsa ta' għajnejhom kemm ikunu mġarrba". Briffa tisħaq li l-għagħa m'għandux iqum wara delitt, iżda matul is-sena kollha," hekk kif esprimiet ix- xewqa li dan is-suġġett għandu jissemma fuq il-midja ta' kuljum. "Għandna nitkellmu aktar dwar dan is-suġġett u ma nkomplux nitfgħuh taħt it-tapit." Xi drabi f 'ġurnata jidħlu tliet każi ta' abbuż u Bernardette tisħaq mal-ILLUM li "jekk l-vjolenza domestika mhux se nagħtuha biżżejjed attenzjoni, hemm barra se jkomplu jmutu aktar nisa". Kif persuna tinduna li qed tiġi abbużata... "Ħafna drabi tibda b'intimidazzjoni, fejn il-mara tħossha mbeżża'". Bernardette tgħidilna li dan iwassal għal abbuż emozzjonali fejn wara l-agressur jibda anke jiżola lill-vittma mill-familjari tagħha u jimminimizza lill-vittma billi jitfa' l-ħtija fuqha. "Xi ħaġa ta' swied il-qalb għalina hi li jiddaħħlu t-tfal bejn il-koppji," hekk kif l-użu tat-tfal huwa parti miċ-ċirku tal-abbuż. Dawn l-abbużi jwasslu wkoll għal abbuż ekonomiku u wara anke r-raġel jieħu vantaġġ mill- mara. Dan kollu, finalment iwassal għall-aħħar tip ta' abbuż fejn jibda jsir theddid. "Ġieli jkun theddid mhux serju, imma ħafna drabi jkun serju" tgħidilna Bernardette. Jirrappurtaw u ma jsibux l-għajnuna li hemm bżonn! Bernardette wriet ix-xewqa li l-Pulizija għandhom jieħdu lin-nisa aktar bis-serjetà hekk kif tgħidilna li ġieli ltaqgħu ma' każijiet fejn nisa li rrapportaw għand il-Pulizija minflok sabu l-għajnuna qalulhom "mur aħfirlu" jew "mur u erġa' pprova". Tkompli tisħaq li f 'każijiet ta' vjolenza domestika ftit ikun hemm x'tirranġa fir- relazzjoni minħabba li l-abbuż ikun sar aktar minn darba qabel jiġi rrappurtat. Bla saqaf fuq rashom wara li joħorġu mix-xelter... Briffa tkellmet magħna li n-nuqqas ta' 'housing' joħloq problemi lin-nisa li jkunu lesti li joħorġu mix-xelter. Tirrakkonta magħna li mara kellha tikri garaxx flimkien ma' erba' wlied minħabba problema ta' kirjiet għolja. Saħansitra jkun hemm nisa li l-unika alternattiva li jibqgħalhom hi li jirritornaw lura fid-dar mal-agressur f 'periklu ta' aktar abbuż. It-tfal jispiċċaw vittmi wkoll... Is-social worker tisħaq fuq il-bżonn li jsir aktar xogħol favur it-tfal tal-vittmi. "It-tfal qishom 'ping pong' bejn l-omm u l-missier". Tgħidilna wkoll li m'hawn l-ebda servizz li jgħin lit-tfal tal-vittmi li għaddejjin minn vjolenza domestika għajr servizz ta' 'counselling' fl-iskejjel. F'każ ta' vjolenza domestika għandek tfittex l-għajnuna... "Jekk inti għandek persuna li qed tikkontrollak, taċċettax! Ċempel fuq in-numri għall- għajnuna u żgur ikun hemm xi ħadd li jisma' l-istorja tiegħek," ittemm tgħidilna Bernardette Briffa b'inkuraġġiment għal dawk in-nisa li qed jiġu abbużati u għadhom ma rrikorrewx għall-għajnuna. ...bżonn ta' aktar għar en u attenzjoni fuq il-vjolenza domestika fost in-nisa Sarah Debattista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018