Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060
Sports 25 Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 | illum SPORTSillum Minn Cristian Antony Muscat FTIT tal-jiem ilu, Miguel Spiteri, il-goalkeeper nazzjonali Malti ta' taħt is- 17-il sena, iffirma mal-klabb Spanjol ta' Getafe FC. Din il-firma ta' Spiteri hi meqjusa bħala pass importanti għall-futur professjonali fil- futbol taż-żagħżugħ Malti. Dan hu t-tieni tim fil-karriera ta' Spiteri fi Spanja. Qabel Getafe FC, Spiter lagħab għal żewġ staġuni ma' Deportivo Leganes. Spiteri hu meqjus bħala l-goalkeeper tal-futur tal- football Malti. L-ILLUM tkellmmet ma' Miguel Spiteri nnifsu fejn tana dawn il-kummenti esklussivi: "Dan huwa pass ieħor importanti fil-karriera tiegħi. Getafe kienu ilhom bil-ħsieb li mmur magħhom imma kont marbut ma' Deportivo Leganés, li kienet esperjenza sabiħa u utli ħafna għall-karriera tiegħi." Tkellimna wkoll ma' Donald Spiteri, missier Miguel, li b'mod mill-aktar passjonali u sinċier tana d-dettalji kollha rigward x'fisser dan il-vjaġġ li hu flimkien mal-familja tiegħu kellhom jagħmlu biex Miguel wasal sa dan l-istadju fil-karriera tiegħu. "Biex tibda ħajja ġo pajjiż ieħor b'lingwa u kulturà ġdida mhux faċli però jiena u l-mara dejjem ħdimna flimkien u ħadna deċiżjoniet iebsin f 'ħajjitna li mhux dejjem kienu faċli. Ħafna nies jgħidu li t-tfal iridu joħorġu mill-comfort zone, però huma l-ġenituri l-ewwel li jridu jkunu lesti għal sagrifiċċji kbar. Jien u l-mara ċċaħħadna minn kollox: familja, ħbieb, ħruġ u xalar fost oħrajn u tlaqna biex nibdew ħajja mill- ġdid fi żmien li suppost konna ssetiljati. Nistaqsi kemm hawn min hu lest li minn ħajja komda jibda jgħix ħajja ta' diffikultajiet kbar fejn ma ssib l-ebda għajnuna u lanqas tkun taf kelma waħda bl-Ispanjol?! Kemm hawn ġenituri li lesti li jkollhom kollox kif jixtiequ u jħallu kollox warajhom? Tmur ġo pajjiż tgħix ġo bicca lukanda sakemm issib kenn għal fuq rasek. Tibda tapplika għall-permessi tax-xogħol u residenza fost oħrajn - kollox b'lingwa oħra li bil- kemm tifhem. Kemm hu faċli sakemm it-tifel jidra ġo skola b'lingwa li ma jafx u bla ħbieb fl-aktar żmien iebes tal- adoloxxenza? Kemm hawn tfal lesti biex jaħdmu kuljum u jgħixu ħajja professjonali ta' futboler flimkien ma' ikel sustanzjuż, studju u oħrajn? Kemm hawn tfal lesti biex filli tkun tilgħab regolari ma' tim ġo Malta mbagħad barra minn xtutna ġieli lanqas ikollok postok mat-18? Biex tirnexxi barra minn Malta, trid tinsa x-xenxilli kollha li naraw fuq it-televixin. Wara dak kollu hemm żmien twil iebes ta' sagrifiċċju kbir. M'hemm l-ebda tapit aħmar jistenniek. M'hemm l-ebda persuna li ħa tgħamillek ħajtek komda. Meta t-tfal ikunu fuq il-pitch, it-tfal kollha jkunu rivali ta' xulxin. Kulħadd ġirja waħda biex forsi jkun magħżul mat-18 fil- logħba li jmiss. Il-qabża bejn il-livell tal- futbol Spanjol u Malti hija waħda enprmi u ġganteska. Meta tkun qed tgħix il-ħajja tal-futbol barra minn Malta, titgħallem ħafna, li xejn ma jiġi garantit. Kien hemm partiti fejn Miguel kien viċi-captain u għamel logħba kbira u fil- ġimgħa ta' wara lanqas kien mat-18 iżda kien bilqiegħda ħdejna jara l-logħba. F'kull skwadra jkun hemm tliet goalkeepers, kollha ta' stoffa. Kull tmiem il-ġimgħa wieħed minnhom irid jibqa' barra mil- logħob. Mit-Tnejn trid tibda tkun iffukat għall-weekend ta' wara. M'hemmx lok ta' ħajja rilassata u teħodha 'for granted' li ser tkun mal-iskwadra. Kuljum trid torqod u tqum taħseb fuq il-logħba li jkun imiss. X'jiġri f 'dawk is-siegħa u nofs huma frott ta' xi tkun għamilt f 'dik il-ġimgħa fosthom kemm tkun irqadt, kemm għamilt recovery, kemm trenjajt b'serjetà, u kemm kilt tajjeb fost oħrajn. Barra minn Malta f 'dan il- livell fl-ogħla diviżjoni Spanjola anke jekk tkun qiegħed tgħix ħajtek professjonali b'mod komplet, m'ggħendekx garanzija li se tirnexxi. Hawn fi Spanja mhux mijiet hawn imma eluf ta' tfal jimmaġinaw biex forsi jagħmluha fil- futbol. Ma' Getafe biss biss, hawn fuq mitt goalkeeper mill-Under 5 sal-kbar u fl-aħħar iridu jispiċċaw tlieta biss mal-kbar. Barra minn hekk trid tkun b'saħħtek mentalment, int u l-familja kollha. M'għandek lil ħadd fuq min iddur, anzi nies li taħseb li jkunu qed jgħinuk aktar iniżżluk 'l isfel. Bħala konklużjoni, nixtieq nesprimi dawn il-punti. F'Malta ngħidu biex nibgħatu t-tfal barra minn xtutna. Żommu f 'moħħkom li dawn mhux envelope - twaħħal bolla u timpostah! Għaliex jiġu lura wara jumejn? Hemm bżonn naħdmu fuq it-tfal qabel jitilqu. Tifel jagħmilha barra mhux kemm jiskorja jew jagħmel saves imma kemm ikun b'saħħtu meta jigi l-intopp. Il-klabb jekk ikollok problema malajr jeħles minnek, jekk ma jogħġbokx itlaq, hemm mijiet lesti għal postok, m'hemmx qżież. Però, nixtieq nagħamel naqra ringrazzjamenti għax bla dubju sibt għajnuna wkoll. L-ewwel persuna hija Dr Adele Muscat - sports phsychologist - persuna li dejjem issibha ta' għajnuna kull meta jkollna bżonn. Andrè Schembri, inqisu bħala l-mentor tiegħi, qed jgħaddi lil Miguel l-esperjenza tiegħu fid-diffikultajiet ta' Miguel. Dr Matthew Paris u s-Sur Ivan Vella f 'isem l-MFA għall- għajnuna f 'hafna oqsma li huma ta' benefiċċju kbir. Robert Gatt u t-technical staff kollu tal-MFA li tant jemmnu f 'Miguel. Inrodd ħajr ukoll lil Cedric Sciberras għas-supplimenti tiegħu u fl-aħħar u mhux l-inqas lil Jonathan Debono f 'isem LeonGK, li dejjem emmen f 'Miguel mill-bidunett tal-karriera tiegħu. Ħafna plejers jew ġenituri Maltin, iridu jmorru barra minn Malta ma' tim kbir mill- ewwel. Trid tieħu l-vjaġġ tarġa tarġa anke jekk tmur ġo kampjonat b'livell daqs Malta, mhux problema. Id-differenza hi li barra jarawk u jekk ħaqqek timxi 'l quddiem ser timxi żgur. Miguel ma' akkademja ġo Sqallija beda. Kien hemm ħafna li ma qablux miegħi, qaluli li seta' baqa' Malta, però jien kont naf li jekk Miguel hu kapaci minn hemm jista' jimxi biċċa oħra u hekk ġara fil-fatt! Ġo Malta, Malta tibqa'. Importanti li tneħħi l-ego minn ġo fik, tkun umli, taħdem ħafna u jekk ħaqqek tasal. Dis-sena Miguel seta' baqa' ma' Leganes iżda ġew għalih ir-Rayo Vallecano u Getafe. Għażilna Getafe għax ġo Madrid l-aqwa huma Real Madrid, Atlético Madrid, Getafe, Rayo Vallecano u Leganes. Hekk, Miguel għamel qabża oħra 'l quddiem." Miguel Spiteri jingħaqad ma' Getafe Spanja.... jitkellem missieru Donald rigward il-vjaġġ li ttrasforma l-ħajja tal-familja Miguel Spiteri l-preżentazzjoni uċjali tiegħu ma' Getafe CF Miguel Spiteri imkien mal-ġenituri tiegħu, Donald u Caroline