Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 Christina Sammut, Shannon Mak, Doris Schembri u 23 mara oħra…kollha vittmi ta' femiċidju f 'Malta Fl-aħħar tliet xhur, Malta rat erba' każijiet ta' femiċidju Minn Yendrick Cioffi LOURDES Agius, Sylvana Muscat, Therese Sciberras, Antonia Micallef u nisa oħrajn kollha għandhom xi ħaġa komuni. Dawn huma kollha nisa li fl-aħħar snin sfaw vittmi mhux biss ta' vjolenza domestika iżda anke spiċċaw inqatlu f 'Malta, għax il- karba tagħhom qatt ma nstemgħet. Fil-fatt, 26 mara nqatlu fl-aħħar 20 sena. Erbgħa minn dawn il-każijiet ta' femiċidju, seħħew fl-aħħar tliet xhur. L-ismijiet ta' dawn il-vittmi ta' femiċidju nżammnu f 'idejn għexieren ta' persuni li lbieraħ niżlu jimxu tul Triq ir- Repubblika fil-Belt Valletta biex isemmgħu leħinhom konta l-vjolenza domestika u l-femiċidju. "Min imissu?" kienu qed jistaqsu tabelli oħra, hekk kif l-għan tal-mixja kien li titqajjem kuxjenza biex min jaf b'każijiet ta' vjolenza domestika jitkellem u min hu responsabbli jieħu azzjoni immedjata qabel ma jkun tard wisq. Il-mixja kienet organizzata mill-Fondazzjoni għad- drittijiet tan-Nisa li qed tisħaq li f 'Malta għadha tiddomina s-soċjetà maskilista li dejjem tistaqsi u twaħħal fin-nisa waqt li l-aggressur qatt mhu ħati u qed tinsisti li dan għandu jinbidel qabel ma aktar nisa jisfaw vittmi. Il-mixja saret wara li nhar is-Sibt 15 ta' Settembru, Malta qamet maħsuda hekk kif inxterdet l-aħbar li Lourdes Agius, omm ta' sitt itfal, instabet mejta minn ommha fil-kamra tas- sodda. Agius, li kellha 35 sena, instabet b'għadd ta' tbenġil f 'għonqha, bl-awtopsja tikkonferma li l-mara mietet fgata. L-għada, is- sieħeb tagħha li għandu 28 sena, tressaq il-Qorti akkużat bi qtil. F'Lulju, żewġt aħwa anzjani nqatlu fid-dar tagħhom fil-Għargħur u ftit tal-jiem wara, Olandiża nstabet imħanxra f 'Santa Venera. Għal din il-mixja, attendiet kemm il-President tar-Repubblika Marie- Louise Coleiro Preca, il-Prim Ministru Joseph Muscat u għadd ta' Deputati miż-żewġ naħat tal-Kamra. Aqra aktar dwar il- vjolenza domestika f 'paġna 3 u l-editorjal f 'paġna 19.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018