Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 15-il kilometru ta' karreġġjati ġodda fost xogħlijiet li tlestew jew waslu biex Yendrick Cioffi LINVESTIMENT ta' €14.2 miljun għat-titjib tal- konnessjoni arterjali bejn in-Nofsinhar u ċ-ċentru tal-pajjiż qed jagħti lis- sewwieqa tat-toroq aktar minn 15-il kilometru ta' karreġġjati ġodda jew mibnija mill-ġdid u 10 ħoloq imtejba matul ir-rotta. Qal dan il-Ministru għat- Trasport Ian Borg waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ta l-aħħar aġġornamenti dwar l-aħħar fażijiet tax-xogħlijiet li għaddejin fuq ir-rotta bejn il-Marsa u Santa Venera. Il-Ministru Borg qal kif it-tliet proġetti, li jinkludu t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fl-intersection taċ- Ċimiterju tal-Addolorata, it- twessigħ tal-Marsa-Ħamrun bypass u l-bini mill-ġdid ta' partijiet minn Triq Diċembru 13 uTriq Aldo Moro, se jkunu lesti sal-bidu ta' Ottubru u l-maġġoranza tal-karreġġjati l-ġodda u l-ħoloq imtejba se jinfetħu għas-sewwieqa mill- ġimgħa d-dieħla. Huwa insista li x-xogħlijiet qed inaqqsu l-ħin tal- ivvjaġġar u diffikultajiet oħrajn matul l-aktar rotta traffikuża min-Nofsinhar għaċ-ċentru fin-network¬ tat-toroq ta' Malta, li testendi mill-inħawi tal-Marsa Sports Grounds fi Triq Aldo Moro san-naħa ta' isfel tal-mini ta' Santa Venera. Il-Ministru rringrazzja lill-kuntratturi u lill-esperti tekniċi ta' Infrastructure Malta tal-ħidma tagħhom biex ix-xogħol ikun lest qabel il-bidu tas-sena skolastika. Fakkar kif it-twessigħ tal- Marsa-Ħamrun bypass kien proprjament skedat li jkun lest fl-2019 iżda x-xogħlijiet estensivi li kienu jinkludu l-bini ta' żewġ korsiji ġodda u l-bini mill-ġdid tas-central strip tlestew xhur qabel. X'kienu jinkludu x-xogħlijiet? Minbarra r-realignment u t-twessigħ ta' toroq eżistenti, it-tliet proġetti kienu jinkludu wkoll l-iżvilupp ta' aktar minn 38 kilometru ta' cables u ta' pajpijiet għas-servizzi tal-ilma, tal-elettriku u tat- telekomunikazzjoni taħt. Dawn tpoġġew f '1.5 kilometri ta' trinek ġodda taħt l-art li se jiffaċilitaw manutenzjoni u tiswijiet futuri mingħajr il-bżonn li jitħaffru t-toroq il-ġodda. Apparti minn hekk, 3.8 kilometri oħrajn ta' pipes u ta' trinek taħt l-art għall-ilma tax-xita ġew installati taħt l-uċuħ tat-toroq il-ġodda. Dan apparti l-iżvilupp ta' 2.8 kilometri ta' bankini ġodda, bniet mill-ġdid sitt lay bys għall-karozzi tal-linja u installat aktar minn erba' kilometri ta' sistemi ġodda għat-trażżin tal-vetturi. Karreġġjata ġdida għaċ- ċiklisti... Għaċ-ċiklisti saret ukoll karreġġjata ġdida ta' 400 metru fi Triq Aldo Moro biex eventwalment tingħaqad ma' infrastruttura oħra favur iċ- ċikliżmu li qed tiġi żviluppata fi proġetti oħrajn li għaddejjin bħalissa jew li huma pjanati matul l-istess rotta. Dawn jinkludu, l-iżvilupp tal-intersection il-ġdida b'seba' pontijiet minflok is- sinjali tat-traffiku fil-ħolqa taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, il-bini mill-ġdid ta' parti minn Vjal Santa Luċija u l-introduzzjoni ta' żewġ mini ġodda bħala parti mill- proġett tar-roundabout ta' Santa Luċija u l-bini mill-ġdid ta' Triq Ħal Luqa li tgħaqqad lil din ir-roundabout ma' Ħal Luqa u mal-Gudja. Xogħlijiet oħra li tlestew jew waslu biex Apparti dawn, Infrastructure Malta lestiet it-titjib taż-żewġ roundabouts ewlenin ta' Ħaż-Żebbuġ u t-twessigħ ta' Triq l-Imdina, l-iżvilupp tat-t-junction li tgħaqqad Triq tal-Barrani mal-Gudja u Ħal Għaxaq u t-twessigħ u t-titjib ta' parti mit-Telgħa t'Alla u Ommu li tgħaqqad Burmarrad mal-inħawi ta' Birguma fin- Naxxar. Bħalissa għaddej xogħol fuq it-twessigħ ta' Vjal l-Avjazzjoni bejn il-Gudja u Ħal Luqa, il-bini mill-ġdid ta' Triq Bormla bejn Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun u ta' Triq tal-Balal bejn in-Naxxar u San Ġwann u l-iżvilupp tar-roundabout viċin Mosta Technopark għaddejjin bħalissa wkoll. DOI – Kevin Abela Yendrick Cioffi 829 student u studenta li jattendu skejjel tal-Knisja jew privati għadhom qed jistennew li jingħataw trasport b'xejn hekk kif din il-ġimgħa jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola. Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo saħaq li l-Gvern jibqa' kommess li fi żmien qasir l-istudenti kollha jinstabilhom post biex kulħadd igawdi mill- iskema ta' trasport b'xejn. Sas-sena skolastika li għaddiet, it-trasport b'xejn kien jingħata biss lill-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-Gvern, iżda dan ġie estiż għall-iskejjel kollha primarji u sekondarji, bil-għan li jittaffa xi ftit it-traffiku. Madanakollu, l-għadd ta' ġenituri li ddeċidew li jagħmlu użu minn din l-iskema u jibagħtu lit-tfal tagħhom bil- vannijiet, wassal għal nuqqas ta' vetturi disponibbli. Fil-fatt, sa nhar il-Ħamis li għadda, il-Gvern ikkonferma li kien għad hemm madwar 1,000 student u studenta li jattendu skejjel mhux tal-Gvern u li għalihom ma kienx hemm post fuq il-vannijiet. Minn dakinhar 'l hawn, in- numru niżel għal 829 student hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm aktar operaturi li daħlu parti mill-iskema. L-għadd tal-operaturi jitla' għal 75 Il-Ministru Bartolo qal li sal- lum in-numru ta' operaturi li se jkunu qed iwasslu lill-istudenti bħala parti minn din l-iskema tela' għal 75, hekk kif sat-8 ta' Settembru kienu ffirmaw 18-il operatur biss. "Aktar ma jkun hemm operaturi, aktar nistgħu nipprovdu servizz," saħaq il- Ministru. "Irridu kemm jista' jkun ġenituri u tfal li jgawdu minn din l-iskema." Waqt li saħaq li n-negozjati ma kinux faċli, il-Ministru insista li l-Gvern qed jintroduċi sistema li ma kinitx hemm qabel. Insista li din l-iskema se tara lill-ġenituri jiffrankaw madwar €700 f 'trasport għat-tfal tagħhom waqt li saħaq li meta dan is-suq ma kienx irregolat, kienu qed isiru ħafna abbużi. "Kull student fil-lista huwa prijorità," insista l-Ministru waqt li ħeġġeġ aktar operaturi biex jidħlu f 'din l-iskema. Sa Diċembru l-ġenituri se jibdew jirċievu messaġġ meta t-tfal jinġabru u jitwasslu Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall- Edukazzjoni, Frank Fabri, qal li bħalissa għaddej eżerċizzju bil-għan li jekk hemm xi postijiet vakanti fil-vannijiet, jidħlu fihom dawn l-istudenti li għadhom qed jistennew, dejjem skont ir-rotta. "Il-loġistika kollha qed issir mill-Ministeru bil-ġenituri jikkomunikaw direttament mal-Ministeru u mhux mal- operaturi. Rotot ġodda nħadmu skola skola u l-ġenituri qed ikunu mgħarrfa liema rotta se tkun qed taqdi lil uliedhom u minn fejn se jibdew jinġabru," saħaq Fabri. Kompla jgħid li sistema ta' monitoraġġ se tkun introdotta sa Diċembru bil-għan li l-ġenituri jibdew jirċievu notifika meta t-tfal tagħhom ikunu nġabru jew twasslu mill- iskola. Din is-sistema se tkun estiża wkoll għal dawk li t-tfal tagħhom jattendu skejjel mhux tal-Gvern. Minkejja li kienet imwiegħda s-superviżjoni fuq il-vannijiet, din se tkun qed tapplika biss għall-istudenti tal-kindergarten fl-iskejjel tal-istat. Intant, madwar 14,000 student u studenta li jattendu skejjel tal-Gvern se jkunu qed jużaw it-trasport mogħti mill-Gvern. Dan ifisser żieda ta' 1,500 student u studenta fuq is-sena li għaddiet. Sa Diċembru l-ġenituri se jibdew jirċievu messaġġ meta t-tfal jinġabru u jitwasslu mill- iskola Aktar minn 800 student u studenta għadhom bla post fuq il-vannijiet