Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 | illum 'Li sirt Champion tad-Dinja kienet xewqa li saret realtà' - Charlie Aquilina Minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, Charlie Aquilina, rebaħ it-titlu ta' Champion tad-Dinja fil-kategorija tal-veterani fit- Tazza tad-Dinja tat- Table Football li ġiet organizzata ġewwa Ġibiltà. L-ILLUM tkellmet ma' Aquilina nnifsu fejn tana iktar dettalji rigward dan kollu. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it-table football? Meta kont tifel minn dejjem kont dilettant ta' din il-logħba peress li ħija kellu waħda li kienet minn tal-bidu dak iż- żmien. Dak il-pannu aħdar minn dejjem kien jaffaxxinani. Ta' tfal li konna ma kellniex regoli u konna nivvintaw affarijiet l-aqwa li nieħdu pjaċir. Kont nilgħab ħafna ma' ħija u anke l-iskola u l-mużew konna nipprattikaw u nagħmlu dik il-famuża logħba kontra plejers oħra. X'ħassejt meta riċentement sirt iċ- champions tad-dinja tal-veterani tat-table football? Kelli emozzjoni kbira. Kienet xewqa li saret realta'. Ili nilgħab b'mod kompetittiv għal dawn l-aħħar 23 sena. Kelli ħafna esperjenzi barra minn Malta kemm bħala klabb kif ukoll individwali. Minn dejjem kont insegwi avvenimenti ta' ċertu livell bħall- Olimpijadi, it-Tazza tad-Dinja u l-kampjonati Ewropej tal-futbol. U f 'qalbi kont ngħid, 'Min jaf x'iħoss dak il-plejer li jkun qed jirrappreżenta lil pajjiżu waqt xi manifestazzjoni daqshekk kbira?' Il-verita' hi li din id- darba kien imiss lili u lanqas stajt nemmen li ġibt dan l-unur daqshekk kbir u poġġejt isem Malta daqshekk fil-għoli. Dak il-ħin timmaġina ħafna affarijiet għax mhux sempliċement logħba. Nammetti li rsistejt ħafna għaliha minħabba t-taħriġ iżda wkoll għax ridt nagħmel ċertu sagrifiċċju. Bħalma jgħidu xejn ma jsir ta' xejn. Barra din l-esperjenza unika, tkellem dwar xi esperjenzi oħra li kellek barra minn Malta. Għamilt sitt snin nilgħab ma' klabbs barranin bħal Ternana, Catania u Reggiana. Imbagħad għamilt sentejn ma' Palermo. Fis-sena 2009 ingħaqadt ma' Bormla Subbuteo Club u għajr għal sentejn fejn mort nilgħab mal-Valletta Lions, erġajt irritornajt fil-Kottonera sabiex inkompli magħhom. Dan il-klabb li jien kont wieħed mill-fundaturi, żviluppa mhux ftit u issa qed jikkompetu f 'diversi kompetizzjonijiet fosthom l-EuropaLeague u GrandPrix. Int semmejt l-involviment tiegħek ma' Bormla Subbuteo Club. Kellimni dwar is-suċċessi riċenti li rnexxielkomtakkwistaw. Ifhem issa tista' tgħid li tfajna ż-żerriegħa, telgħet is-siġra u bdejna nieħdu l-frott. Fil-kampjonat tlifna biss logħba waħda u fil-kompetizzjoni KO irbaħna dan l-unur b'mod meritat. Taħseb li dan it-tim kapaċi jkun qawwi biżżejjed sabiex ixejjen l-isfida ta' Valletta Subbuteo Club? Ifhem jidher li l-progress qed isir. Issa jiddependi minna kemm ser inkunu qed nieħdu l-affarijiet bis-serjeta' sabiex eventwalment inkunu ta' oppożizzjoni denja lejn kull avversarju. X'tikkummenta fuq l-operat tal-MTFSA? Dan huwa kumitat li jieħu ħsieb dan l-isport. Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed. Peress li l-membri huma l-klabbs domestiċi stess, jien nagħmel appell. Żommu dak li hu ta' Malta għalih u dak li hu tal-klabb għalih. Ma nħalltux oġġetti għax inkella kapaċi naġevolaw lil xi ħadd barrani. X'sagrifiċċji jinvolvi t-table football? Hemm ħafna sagrifiċċji. Jien ili sajf sħiħ għaddej mingħajr ma nieqaf. Dħalt fid-dettall u filgħaxija kont immur nitħarreġ. Ġieli qomt fl-erbgħa ta' filgħodu biex immur niġġogja ftit. Tgħidli x'għandu x'jaqsam mat-table football? Meta tmur tiġri int tkun qed iżżid l-istamina u s-saħħa fiżika. Mill-banda l-oħra l-kompetizzjoni ddum ħafna fejn l-ewwel rawnd jibda kmieni filgħodu u l-finali tintlagħab tard filgħaxija. B'hekk ma tridx tkun għajjien u tkun dejjem iffukat tul il-ġurnata kollha. B'hekk trid tkun b'saħħtek fiżikament u mentalment. Trid tistudja lil ħaddieħor u l-mossi li jkun ser jagħmel. Fl- aħħar imbagħad kollox jiġi deċiż waqt il-logħba. X'tikkummenta dwar il- fatt li hawn min ma jqisx it-table football bħala sport? Jien ngħid li dan huwa oġġett tal-passat. Meta ħadna t-tazza tad-dinja bdejna niġu rikonoxxuti bħala sport. Anke fl- arma tagħna insemmu li aħna sports association. Il-mentalita' qed tinbidel u dan huwa pass 'il quddiem. Kif tqis il-livell tat- table football f 'Malta kkomparat ma' dak ta' barra? Aħna għandna livell tajjeb ħafna. Jien min- naħa tiegħi qatt ma baxxejtrasi għal barrani u aħna m'għandna xejn inqas minn ħaddieħor. Aħna l-plejers jiġu mfittxija sabiex jilagħbu ma' klabbs barranin fosthom fl-Italja. Il- Maltin li jipprattikaw it- table football għandhom talent kbir. Fl-aħħar u mhux l-inqas x'inhu l-futur tiegħek? Il-futur hu li nibqa' nilgħabma' Bormla Subbuteo Club. Aktar minn hekk importanti li nibqa' nżommsaqajja mal- art u dak li tgħallimt jien ngħaddih lil ħaddieħor sabiex din il-logħba tkompli tikber dejjem aktar.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018