Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 | illum Sophie Camilleri tkompli r-renju ta' suċċess tal-familja l-waterpolo Minn Cristian Antony Muscat SOPHIE CAMILLERI - plejer tal-ogħla livell fil-waterpolo lokali u li fl-aħħar staġun lagħbet b'self ma' Sliema fejn rebħet ukoll in- Knock-Out meta fil- finali s-Slimizi għelbu l-isfida ta' San Ġiljan bl-iskor ta' 12-8. Hija wkoll l-viċi-captain tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-waterpolo. Tiġi wkoll oħt iż-żewġ plejers indispensabbli ta' Neptunes u tat-tim nazzjonali tal-irġiel tal-waterpolo, Stevie u Jordan Camilleri, liema plejers jgħinuha bis- sħiħ biex tkompli tiksbe suċċess fl-isport li tant tħobb - il-waterpolo. F'dan l-artiklu, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "Bdejt nitħarreġ man- Neptunes u dan il-klabb jien nikkunsidrah bħala t-tieni dar tiegħi. Għadni niftakar qisu llum meta kont nara liż-żewġ ħuti l-kbar tiegħi jilagħbu mal-klabb, sa minn eta' żgħira u missieri fuq il- bank tas-sostituti ħdejn il-kowċis, minħabba li kien it-tabib tal- klabb għal diversi snin. Meta ħija Jordan kien għadu jifforma parti mit-tim ta' taħt l-14- il sena ta' Neptunes li kien immexxi minn Anthony Farrugia, kont ningħaqad magħhom waqt it-taħriġ speċjalment meta kienu jilagħbu xi logħob bejniethom. B'hekk nista' ngħid li kbirt fil- waterpolonosserva u nilgħab dan l-isport ma' sħabi tan-Neptunes. Eventwalment bdejt nitħarreġ mal-kowċ Gużi 'l-ors' Attardu kont nagħmel parti mit-tim ta' taħt it-13-il sena. Dak iż-żmien kont l-unika tifla f 'dan it-tim, għalkemm kont nilgħab ħafna mil-logħba. Wara ġejt magħżula biex inkun fit-tim ta' taħt il-15-il sena flimkien ma' MatthiasAzzoparid li llum jilgħab mal- kbar. Meta ġie ntrodott il-kampjonat tan-nisa mal-ewwel kont parti mit-tim tan-Neptunes u miegħu kont ferm kburija li rbaħt l-ewwel żewġ kampjonati. Nista' ngħid li ħuti l-kbar ispirawni ħafna sa mill-ewwel ġurnata. Stevie huwa attakkant filwaqt li Jordan huwa difensur. Huma dejjem jippruvaw ituni l-pariri tagħhom sabiex inkun nista' nitjieb bħala plejers. Jien min-naħa tiegħi dejjem tajthom kuraġġ u din hija xi ħaġa reċiproka. Ma jimpurtax ma' min nilagħbu, aħna nagħtu s-sapport lil xulxin. B'xorti ħażina, Neptunes iddeċidew illi jwaqqfu t-tim tan- nisa minħabba diversi raġunijiet. F'dan il-mument kelli ħafna offerti mingħand timijiet oħra femminili sabiex ningħaqad magħhom. Jien kont qed nikkontempla li nieqaf għax ma tantx kien jogħġobni l-fatt li mmur ma' xi ħaddieħor. Iżda minkejja kollox, kont iffirmajt ma' Sliema fil-ġurnata tas- semifinali tan-KO li kellhom jilagħbukontra Birżebbuġa. Siegħa qabel il-logħba kont iltqajt għall-ewwel darba magħhom u dakinhar irbaħna bl-iskor ta' 27-5 u jien skorjajt seba' gowls. Għall-bidu ħassejtni stramba li ngħaqadt ma' Sliema minħabba li naf li bejnhom u bejn Neptunes hemm rivalita' kbira. Madankollu l-kowċ, il-kumitat, il-plejers u l-partitarji laqgħuni ħafna sa mill-ewwel ġurnata li ngħaqadt magħhom. Kuntenta wkoll li ħafna mill- plejers tat-tim nazzjonali huma plejers tas-Sliema u dan il-fatt għeni wkoll. Minkejja li tlifna l-kampjonat kontra San Ġiljan, kellna l-konsolazzjoni nirbħu n-KO kontra l-istess avversarji u kienet sensazzjoni verament sabiħa. minkejja li jien partitarji akkanita ta' Neptunes, kuntenta li tajt kontribut fis-suċċess tat- tim tan-nisa ta' Sliema. F'Malta l-waterpolo tan-nisa ma tantx jingħata mportanza. Minkejja kollox f 'dawn l-aħħar sentejn l-isport kiber mhux ħażin. Ġie ffurmat tim nazzjonali u nieħdu sehem f 'diversi turnaments internazzjonali. F'pajjiżna iktar nara li tingħata ħafna mportanza lill-futbol aktar milli lill-waterpolo. Minkejja li t-tim tal-kbar tal-irġiel ikkwalifikaw għall-kampjonati Ewropej darbtejn, l-isport għad m'għandux dak il-coverage li l-mezzi tax-xandir suppost jagħtu. Mill-banda l-oħra l-waterpolo tan-nisa ħadd ma jinnutah għax mhux jingħata mportanza biżżejjed minkejja t-talent kbir li jeżisti. Nittamaw li fil- futur, l-isport ikompli jikber u l-waterpolo ikollu aktar importanza li wara kollox jistħoqqlu." Ritratti - Abby Bonello Photography Sophie Camilleri -azzjoni ma' Sliema l-nali tan-KO kontra San Ġiljan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018